Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 intervista illum • IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 joħloq pagi ta' €40,000 jinjorana' miljun. Caruana Cilia qal li jemmen bi sħiħ li din hija t-triq li bħala pajjiż għandna bżonn naqbdu, "u Allaħares ma jkunx hekk. L-unika triq 'il quddiem hi li noħolqu mudell ekonomiku sostenibbli u reżiljenti li jinvesti b'dawn l-industriji vertikali." 'Għaliex mhux nużaw l-kompetenzi li ksibna mill-greylisting?' Caruana Cilia qal li għaddew xhur minn mindu ħriġna mill-greylisting u "l-Gvern għadu ma għamel xejn, biex nużaw il- kompetenzi li kisbu l-professjonisti waqt iż-żmien li għamilna fil-greylisting." Qal li fis-sena li pajjiżna għamel fil- greylist, diversi professjonisti tħarrġu u rnexxielhom jiġġeneraw kompetenzi li lil hinn minn xtutna hemm għatx kbir għalihom. Għaldaqstant kien hawn li Caruana Cilia staqsa: "Għaliex il- Gvern mhux juża dawn il-kompetenzi?" Huwa appella wkoll li l-Gvern, b'sens ta' djalogu u umiltà, jitkellem mal-mexxejja kummerċjali lokali, għaliex skont hu din hija opportunità oħra li pajjiżna qed jonqos milli jieħu. 'Le l-mekkaniżmu tal-COLA ma rriduhx jinbidel' L-ILLUM bil-proposta tal-Kamra tal- Kummerċ dwar il-COLA f 'idejha - jiġiferi li jingħata €6 kull sena, għal tliet snin - staqsiet lil Caruana Cilia x'jaħseb dwarha, bħala l-Kelliem tal-PN għall-Finanzi. "Jien kont diġà ċar u kategoriku, li aħna bħala Oppożizzjoni ninsistu li għandu jintuża l-mekkaniżmu eżistenti," qal Caruana Cilia. Fil-fatt huwa minnu li l-Oppożizzjoni kienet insistenti li ma ssirx din il-bidla, tant li fid-Dokument ta' Qabel il-Baġit saħqet li għal dawn l-aħħar 30 sena, "il-mekkaniżmu preżenti bid-difetti u l-benefiċċiji tiegħu, ħoloq amtmosfera ta' paċi industrijali, relazzjonijiet industrijali stabbli u ġustizzja soċjali." Hawn Caruana Cilia mill-ġdid reġa' insista għall-bżonn li jinħolqu industriji vertikali ġodda "u għaldaqstant joħloq pagi li jrendu." 'Il-mudell ekonomiku tagħna mhuwiex li jintaxxa lin-nies iżda li joħloq pagi tajbin' Il-bejgħ taċ-ċittadinanza u l-passaport Malti riesaq lejn id-data ta' iskandenza tiegħu. Dan għaliex il-Kummissjoni Ewropea se ttella' lill-Malta fil-Qorti Ewropea proprju għaliex il-bejgħ taċ- ċittadinanza, li qabel kien isir minn Ċipru u l-Bulgarija wkoll, iqajjem diversi mistoqsijiet u dubji dwar l-intenzjonijiet tax-xerrej. Tliet xhur ilu l-ILLUM tkellmet proprju fuq dan, fl-editorjal tagħha. Irridu nirrikonoxxu li dan il-bejgħ kien qiegħed idaħħal flejjes kbar fil-kaxxa ta' Malta, anke jekk editorjalment din il-gazzetta ma tħossx li dan huwa l-aħjar mod kif pajjiżna jagħmel il-flus. Dakinhar l-ILLUM staqsiet; Il-Gvern kif se jkun qiegħed jagħmel tajjeb għal dan it-telf ta' qligħ? Din id-darba l-gazzetta staqsiet lil Caruana Cilia jekk il-Gvern pereżempju għandux jintaxxa lis-sidien ta' proprjetajiet vojta u ta' prodotti lussużi - bħal xi jott - biex jagħmel tajjeb għal dawn il-flus li mistenni jitlef. F'risposta mhux daqstant konvinċenti, id-Deputat Nazzjonalista wieġeb biss li dawn huma possibilitajiet li l-Gvern jista' jikkunsidra. L-ILLUM reġgħet staqsietu għal darb'oħra jekk jaqbilx li jittieħdu dawn il-miżuri li jintaxxaw proprejtà u l-lussu. Filwaqt li tenna li għandu jsir djalogu mal- imsieħba soċjali "biex wieħed jikkonsidra li jmur għal dik id-direzzjoni", saħaq li l-PN ma jridx jintaxxa lin-nies, iżda joffri impjiegi ta' kwalità. Caruana Cilia - għal darba oħra - jerġa' jelenka l-industriji vertikali u l-metaverse li jgħid li kapaċi joħolqu impjiegi li jħallsu 'l fuq minn €40,000 fis-sena f 'pagi għaż- żgħażagħ iżda jgħid li sa issa, "il-Gvern għażel li jinjora din il-possibilità." Fuq nota kompletament differenti minn dak mistoqsi minn din il-gazzetta, Caruana Cilia irrimarka li llum 70% taż- żgħażagħ iridu jitilqu minn pajjiżna. L-ILLUM tfakkru li l-finanzi mhumiex neċessarjamet l-unika jew l-aktar raġuni għaliex iż-żgħażagħ għandhom din ix- xewqa, għax fosthom hemm il-problemi ambjentali u ċ-ċokon ta' pajjiżna, li ħafna drabi jfisser opportunitajiet limitati. Allura kieku l-PN ikun fil-Gvern x'se jagħmel biex iħajjar aktar żgħażagħ jibqgħu hawn? Huwa qal li l-PN qed jipproponi li jingħataw inċentivi fiskali sostenibbli għal dawk li diġà jgħixu barra minn xtutna, li tħarrġu u kisbu l-għarfien barra, biex jerġgħu jiġu Malta u jaħdmu f 'industriji li ripetutament waqt din l-intervista għamel referenza għalihom. 'Għaliex il-Gvern ma joqgħodx attent kif qed jonfoq flusu?' Caruana Cilia reġa' dar fuq il-possibilità ta' aktar taxxi u rrimarka li l-Gvern għandu jkun ta' eżempju u minflok jgħid lill-poplu biex jissikka ċ-ċintorin, "joqgħod attent kif jonfoq flusu u nnaqsu l-ħela minflok inżidu l-piżijiet fuq il-familji jew agħar minn hekk inaqqas l-inizjattivi." Hawn għamel referenza għall-ehim mal-klabb Ingliż Manchester United, "li qed jiġi irraportat li ġie jiswa €20 miljun." Saħaq, b'ċertu sens ta' rabja, li l-Gvern qiegħed jirriuta milli jindika kemm verament intefaq. "Meta staqsejtu fil- Parlament, taf x'qalli? Li kummerċjalment hemm informazzjoni sensittiva u ma jistax jgħid kemm intefaq b'kollox. Mela l-Gvern ngħidlu: Ejja inkunu bilgħaqal u evita direct orders lill-ħbieb, jew sparpaljar biex taqdi lil dak u lill-ieħor." Il-gazzetta twaqqfu u tfakkru li taħt Gvern Nazzjonalista diretturi jew konsulenti żgur ma kinux jitħallsu bil- paga minima. Kieku jerġa' jkun fil- Gvern se jħallashom xi €800 fix-xahar il- konsulenti? Stqarr li m'għandu l-ebda problema li jinħatar xi ħadd li għandu l-abbiltajiet meħtieġa u l-esperjenza u li b'hekk ikollu ċertu salarju. "Iżda persuna għandha tingħata impjieg għax hi tal-qalba? Jekk il- persuna jkollha l-ħiliet meħtieġa għandha tingħata li ħaqqha. Dan ħadd mhu qed jikkontestah, imma ejja inkunu realistiċi," sostna Caruana Cilia. Jiġifieri qed jgħid li taħt tmexxija ta' Gvern Nazzjonalista qatt ma kien hemm ħela? "Il-ħażin dejjem ħażin. Sar meta sar, għamlu min għamlu." Hekk wieġeb id- Deputat filwaqt li saħaq li hu jħobb iħares lejn il-futur u mhux lejn il-passat. Saħaq li f '10 snin ta' Gvern Laburista kien hemm ħela bla rażan, "li mhux talli ma naqsitx maż-żmien, iżda żdiedet." Minkejja dan saħaq li hu Deputat ġdid fl- Oppożizzjoni u filwaqt li sar it-tajjeb mill- partit tiegħu stess, jirrikonoxxi l-iżbalji u n-nuqqasijiet li saru wkoll, "mill-partijiet kollha." Temm l-intervista jgħid li bħala Deputat ġdid tal-PN u bħala Kelliem għall-Finanzi, il-ħidma tiegħu hi li "jkollna politika ġdida, innovattiva, li nħarsu 'l quddiem b'umiltà u nikkonvinċu lin-nies dwar il- ħidma tagħna." RITRAT T MEĦUD MINN JAMES BIANCHI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022