Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 intervista 'Il-Gvern għandu ċ-ċans li joħloq liż-żgħażagħ iżda qed jinjorana' ANTHEA CACHIA Wasal jum il-Baġit u bħal kull sena diversi nies ipoġġu mal-mejda tal-pranzu jew fuq xi sufan u jsegwu dak li qed jgħid il- Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana minn fuq it-televiżjoni biex jaraw x'se jiżdidilhom u x'se jonqsilhom mill-but. X'se tkun il-viżjoni għas-sena 2023 ta' dan il-Gvern, sa' llum għadna ma nafux iżda din il-gazzetta marret fuq in- naħa l-oħra tal-Kamra u tkellmet mal- Oppożizzjoni fuq il-viżjoni tagħha, jekk wara kollox għandha viżjoni. Għaldaqstant l-ILLUM tkellmet mal- Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Jerome Caruana Cilia u ddiskutiet uħud mill-proposti għall-Baġit 2023, in- nuqqasijiet tal-Gvern u l-Oppożizzjoni u kif hu bħala Deputat ġdid fil-Parlament se jikkonvinċi lill-poplu dwar l-industriji vertikali, il-famuż Metaverse u liż- żgħażagħ biex ma jitilqux minn pajjiżna. 'Kieku l-Gvern investa fl-offshore windfarms kieku ma kienx jissussidja mill- Kaxxa ta' Malta' Il-punt tat-tluq ta' din l-intervista kien propju fuq il-kriżi tal-enerġija, il- pandemija u l-inflazzjoni. Tliet fatturi li mhux biss qed jaffetwaw lid-dinja kollha kemm hi iżda lil Malta wkoll. Tant hu hekk li l-Gvern iddeċieda li jintervjeni u jilqa' għall-impatt finanzjarju li kienu se jġarrbu diversi Maltin billi jissussidja l-enerġija. Il-Gvern stess qal li din se tiswa lill-pajjiż €600 miljun. Allura l-Partit Nazzjonalista ma jirrikonoxxix li dan kien pass tajjeb li jsalva l-impjiegi u jaċċerta stabbilità? Caruana Cilia jibda billi jisħaq li fejn hu ġust, kemm min-naħa tiegħu bħala Kelliem għall-Finanzi kif ukoll mill-Oppożizzjoni, huwa rikonoxxut. Fil-fatt saħaq li l-PN kien oġġettiv fl-analiżi tiegħu u għamel aċċenn għall-isfidi li ġarrab il-pajjiż meta nieda sett ta' proposti, tliet ijiem ilu biss. Madankollu Caruana Cilia saħaq li ma jistax ma jikkritikax il-fatt li ċertu nuqqasijiet tal-Gvern ta' snin ilu, issa qed jinħassu aktar minn qatt qabel. Mistoqsi biex jelabora aktar, Caruana Cilia qal li l-Gvern preżenti għandu t-tendenza li jaħdem bis-sistema ta' 'management by crisis', jiġifieri li filwaqt li jilqa' għall-kriżi dak il-mument ma' jaħsibx għall-futur. Caruana Cilia stqarr li l-Gvern hekk għamel biex jaffaċċja l-kriżi tal- enerġija. "Naqbel li qiegħed jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija, tajjeb. Però li kieku snin ilu investa f 'enerġija rinovabbli, partikolarment dik tal-offshore wind farm, kieku llum il-ġurnata dawn qed jiġġeneraw 20% tal-enerġija u l-flus maħruġa mill- kaxxa tal-pajjiż qed jintużaw għal skopijiet oħra." Hawn l-ILLUM waqqfitu u fakkret li sa it snin ilu taħt tmexxija Nazzjonalista, il-pajjiż kellu sitwazzjoni simili u dak iż- żmien il-Gvern mhux talli ma investiex f 'offshore windfarms, talli għażel li jgħolli l-kontijiet tad-dawl minflok issussidja. Caruana Cilia reġa tenna li jaqbel mas- sussidji tal-Gvern u bl-aktar mod sempliċi spjega li jekk il-Gvern ma ssussidjax l-enerġija u ikel mhux proċessat, "kieku aħna effettivament ikollna inflazzjoni ferm aktar miż-żona ewro, jiġifieri dik ta' 9.1%." Għal darb'oħra tenna li, "iva, naqblu ma' dik id-deċiżjoni li ttieħdet. Iżda li kieku l-Gvern investa aktar fl-enerġija, kieku żgur mhux forsi kien joħroġ ferm inqas flus." Huwa rrimarka wkoll li hemm nuqqas ta' ppjanar fuq l-offshore wind farming hekk kif il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli "qed tgħid mod u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima 2030 qed jgħid mod ieħor." Fakkar li filwaqt li l-Ministru Dalli ħabbret li qed isir qafas u studju għall-implimentazzjoni ta' offshore wind farm, il-pjan nazzjonali jisħaq - b'kontradizzjoni lejn dak li qiegħed jipproponi hu stess bħala soluzzjoni - li offshore wind farm, "ma jista' qatt jiġi implimentat fil-kuntest lokali, minħabba numru ta' restrizzjonijiet." 'Il-Metaverse ġie redikolat minn apoloġisti tal-Gvern… aħna irriduh li jittieħed bis-serjetà' L-ILLUM reġgħet għamlet referenza għall-perjodu tal-pandemija u li minkejja l-ħerba li kkawżat lill-ekonomiji globali, ħafna negozji Maltin għadhom hemm, b'uħud reġgħu irreġistraw profitt. Dan ma jirrikonoxxihx Caruana Cilia? "Aħna qed immorru lil hinn mill- pandemija u l-immaniġġjar bi kriżi. Fil- fatt qed nissuġġerixxu viżjoni ekonomika alternattiva b'niċċeċ ġodda. Dak hu l-unika mod li permezz tiegħu l-ħaddiema u l-professjonisti f 'pajjiżna jistgħu verament ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar," stqarr Caruana Cilia. L-ILLUM tistaqsi kif. X'inhuma dawn il-niċeċ, li qed jgħid li huma daqstant bżonnjużi? "Il-Metaverse." Hekk beda jwieġeb Caruana Cilia f 'eku tal-proposta nazzjonalista fil-programm elettorali tal- PN, f 'Marzu li għadda. Huwa stqarr mal- ILLUM li xhur ilu meta kienu ipproponew għall-ewwel darba l-Metaverse u n-numru ta' setturi li joħloq, "apoloġisti tal-Gvern irredikolawh. Aħna rridu li l-Gvern jieħdu bis-serjetà." Id-Deputat saħaq li l-Metaverse huwa l-pass li jmiss li huwa proġettat li sa inqas minn 10 snin oħra kapaċi jiġġenera madwar €10.1 triljun. Spjega li l-mexxejja kummerċjali internazzjonali kollha qed jisħqu dwar l-importanza ta' dan is-settur, deskritt minnu bħala l-industrija vertikali, li fiha jamalgama l-kummerċ diġitali, it- tagħlim virtwali, r-reklamar diġitali, il- gaming u aktar fost oħrajn. Għal darb'oħra l-ILLUM twaqqfu u tistaqsi: "X'garanzija għandha l-Oppożizzjoni li dak li qed tipproponi se jħalli frott? Ma taħsibx li għad hemm negozjanti li għadhom xettiċi? Bħala Oppożizzjoni, kif se tikkonvinċu lill- pubbliku u lill-Gvern li l-Metaverse huwa daqstant kruċjali?" "Aħna mhux nivvintaw xi rota ġdida," qal Caruana Cilia. Fakkar ukoll fis-settur tal-iGaming li Gvern Nazzjonalista, "kien kapaċi, fil-bidu, jaħdem u jistinka biex jattira. Dak iż-żmien kien hemm min ma fehmx x'kontribut kien se jkollu fl- ekonomija ta' pajjiżna." Żied li kien hemm żmien fejn diversi nies kienu jaraw il-Gaming bħala xi ħaġa remota. "Imma għax konna bilgħaqal - u għax kien hemm viżjoni ekonomika fit-tul - irnexxielna." Qal li Gvern Nazzjonalista ħadem, stinka u ra li jkun hemm il-qafas regolatorju, il- ħiliet kif ukoll ġab esperti minn barra biex iħarrġu lill-Maltin. "Illum kulħadd jirrikonoxxi is-suċċess li qiegħed jagħmel il-Gaming. Fil-fatt għadna ngawdu minnu sal-ġurnata ta' llum." Spjega wkoll li anke l-eSports, jiġifieri l-isport diġitali, għandu jingħata l-attenzjoni meħtieġa għax sas-sena 2026, qiegħed jiġi valutat għal aktar minn €300 Id-Dokument tal-PN ta' qabel il-Baġit ftit li xejn fih miżuri konkreti li se jolqtuk direttament u li jagħmlulek differenza fil-but. Iżda min-naħa l-oħra fih ħafna aċċenn fuq niċċeċ ekonomiċi ġodda. Mal-ILLUM il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Jerome Caruana Cilia jgħid li l-Metaverse, l-eSports u l-industrija vertikali huma s-soluzzjoni tal-futur IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022