Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384
l-aktar li jistgħu jieħdu dan il-pass bħalissa Liema u għaliex tkun iffurmata? Possibilità oħra hija li Graffitti toħroġ għall-elezzjoni jew inkella li tinħoloq forza politika direttament minn dan il-Moviment. Graffitti fl-aħħar snin - taqbel jew le miegħu - bena profil ta' għaqda non governattiva kredibbli fuq kwistjonijiet ambjentali, voċiferu, skjaċċanti, liberali u verament xellugi. Fil-fatt bosta huma tal- fehma li l-Graffitti sar l-unika vuċi u l-aktar vuċi xellugija b'saħħitha. Minkejja li l-immaġini ta' din l-għaqda kienet - u fost numru ta' votanti għadha - illi din qisha organizzazzjoni ta' "erba' hippies u tree huggers" maż-żmien ittrasformat ruħha biex saret vuċi kontinwa u effettiva fuq kwistjonijiet li rawha tkabbar il-popolarità. Forsi - jekk inħarsu lejn dak li seħħ mill-2013 lil hawn, naraw illi l-akbar saħħa li kisbu diversi għaqdiet ambjentali - imma b'mod speċjali Graffitti - kienet permezz tal-protesta kontra l-iżvilupp fiż- Żonqor, li fil-fatt kienet waħda mill-akbar protesti ambjetali li qatt saru. Din kienet segwita minn diversi oħrajn li għamlu ħafna ħoss jew immobilizzaw gruppi ta' ċittadini, residenti jew saħanistra masses: Protesti kontra qtugħ ta' siġar fir-Rabat, kontra teħid ta' art f 'Burmarrad u l-aktar waħda riċenti l-kampanja kontra marina f 'Wied il-Għajn li mhux biss kienet effettiva għax il-Prim Ministru waqqaf kull pjan għal marina simili, imma notevolment ukoll għaliex għaqqdet madwar il-Graffitti għaqdiet u personaġġi lokali, bħas-sajjieda, dawk li jaħdmu in-nar tal-festa ta' Sant'Anna u diversi oħrajn. Naturalment Graffitti kienu wkoll preżenza qawwija fil-protesti wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, tant li darba grupp ta' attivisti kienu daħlu Kastilja u waqt li daqqew it-tnabar ma aċċettawx li joħorġu. Qabel l-2013 Graffitti wkoll kienet fiċ- ċentru ta' protesti diversi, mhux l-inqas dawk kontra ż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u protesti kontra l-iżvilupp. Riċentement Graffitti mhux biss għamlu ħoss kbir imma ngħataw ħafna appoġġ ċivili, minn nies ta' fehmiet politiċi differenti, fl-azzjoni qawwija u kuraġġuża li ħadu f 'Kemmuna minħabba dak li jaraw u jsejħu l-kontroll tal-privat ta' bajja pubblika. Ikollu suċċess? L-ambjent - u allura l-akbar saħħa tal- Moviment Graffitti - rari kien l-aktar kwistjoni importanti f 'elezzjoni ġenerali sal-lum, għalkemm jidher illi jekk wieħed jiġġudika l-burdata fuq il-midja soċjali imma aktar u aktar dak li qed jgħidu s-sondaġġi - inkluż tal-gazzetta ILLUM - hemm rabja ċara u sens ta' eżasperazzjoni għas-sitwazzjoni tal-bini, ambjent li jinqered, permessi li joħorġu u li "mhux suppost" kif ukoll l-inkonvenjent u anke l-qerda tar-ruħ tal-irħula Maltin minħabba l-kostruzzjoni. Imma din ir-rabja li hija ċara fis-sondaġġi se tissarraf f 'voti? Din il-mistoqsija hija l-qofol ta' kollox, għalkemm wieħed jiem illi Graffitti jaf illi l-qabża bejn l-attiviżmu effettiv għal partit effettiv hija kbira. Teħtieġ struttura ċara li Graffitti ma għandhomx u fil-fatt jiaħru li ma għandhomx. Il-qabża għall- politika teħtieġ ukoll ċerta livell ta' kuntatti politiċi li Repubblika għandha - minħabba li l-għeruq tagħha huma politiċi - iżda li l-Moviment Graffitti ma għandux għax huwa ħafna aktar mibni fuq l-attiviżmu li ġej minn fost in-nies u l-voluntiera li qajla qatt kienu protagonisti politiċi, jew li huma midħla tal-makkinarju politiku li jkun qed jieħu l-vera deċiżjonijiet minn wara - bħal ma għandek lil Robert Aquilina u Manuel Delia f 'Repubblika. Finalment hemm ukoll il-kwistjoni ta' strateġija politika. Filwaqt li Graffitti kienet effettiva mmens fl-aħħar snin biex ttella' fuq l-aġenda l-għadab ta' settur dejjem jikber tal-poplu fuq l-ambjent u l-qerda tiegħu, li toħroġ għall-elezzjoni u tikkampanja teħtieġ strateġija politika. X'se tgħid, fejn se tgħid, quddiem min se tgħid, lil min trid tattira b'dak li se tgħid, lil min jaf titlef b'dak li se tgħid u kif se tidher int u tgħidu jsiru kollha kunsiderazzjonijiet importanti. Jiġifieri minkejja li jinħass illi fid-deher il- Moviment Graffitti għandu appoġġ popolari ikbar minn Repubblika, it-triq ipotetika biex dan jitrasforma f 'partit politiku jaf tkun aktar diffiċli. U jekk elett fil-Parlament? Jekk formazzjoni magħmula minn Graffitti jirnexxielha tidħol fil-Parlament il-probabilità hija li żżomm ħafna iktar 'il bogħod mill-PN u l-PL, anzi tagħmel mezz li tiddistanzja ruħha minnhom kemm jista' jkun. Koalizzjoni għalhekk tkun pjuttost xenarju remot ħafna. L-aħjar triq tibqa' iżda li elettoralment u waqt kampanja Graffitti tgħin u tikkolabora b'mod mill-aktar attiv u miuħ - kemm jekk bħala partit jew anke fil-forma ta' NGO - biex tappoġġja u tħeġġeġ vot għall-aktar partit politiku li jirrapreżenta dak li jemmen il-Moviment, jiġifieri l-ADPD. Il-voti ta' Graffitti bħala partit ikunu ġejjin minn diversi bnadi, iżda l-probabilità hija li jkunu votanti aktar magħġuna fl-ideoloġija liberali u xellugija. Allura l-probabilità hija li jattira aktar votanti tradizzjonalment Laburisti li jħossuhom diżillużi ferm bil- Gvern u b'elenku ta' skandli politiċi li seħħew kif ukoll bil-qerda ambjentali - flimkien mal-perċezzjoni li l-Gvern qiegħed fil-but tal-kuntratturi. 09 illum • IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 analiżi Formazzjoni politika minn Graffitti Il-Moviment Graffitti huwa meqjus kredibbli, konsistenti u effettivi fil-qasam ambjentali. Imma biżżejjed?