Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 • illum Partit ġdid: Imma possibbli? Dawk l-aktar Partit kbir li jheżżeż is-saħħa bla qies tal- PN u l-PL jidher kważi impossibbli. Imma f'pajjiżna bħalissa jeżistu żewġ formazzjonijiet soċjali u politiċi li minkejja illi huma NGOs għandhom is-saħħa, sens ta' kontiwità u l-attiviżmu li jaf jagħmilhom kandidati tajbin għal partit ġdid... Liema u għaliex tkun iffurmata? Ikun iffurmat partit politiku li ġej minn Repubblika jew inkella minn Repubblika nnifisha. Repubblika fir-realtà - minkejja li hija għaqda non governattiva - bniet għeruq pjuttost fondi fl-aħħar xhur ma' sezzjoni partikolari tal-elettorat. Naturalment tkun formazzjoni jew partit politiku li ma jara għajn m'għajn assolutament xejn mal-Partit Laburista u mal-maġġoranza qawwija ta' dawk li vvotaw lill-PL fl-aħħar elezzjonijiet ġenerali. U huwa proprju dan li jagħti s-saħħa lil Repubblika. Għaliex ħafna drabi hija din li qed tidher kontinwament f 'konfront dirett - li wħud jaraw ġustifikat u oħrajn le - mal- Partit Laburista, speċjalment ma' Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi, il-Prim MInistru preżenti Robert Abela u dawk kollha appuntati mill-Gvern preżenti. Dan ifisser illi Repubblika - li taf il-bidu tagħha mill-assassinju ta' Caruana Galizia, pero' li matul is-snin kienet preżenti, voċifera u xi drabi skjaċċanti fil-konfront tal-Gvern fuq kwistjonijiet oħrajn bħall- immigrazzjoni, il-governanza kif ukoll l-etika Parlamentari - qed issir dejjem aktar attraenti għal uħud, li normalment jivvutaw PN. Jekk nużaw l-aħħar attivitajiet tal-massa organizzati separatement mill-PN u minn Repubblika, huwa ċar għal kull min kien preżenti mhux biss li din tal-aħħar kważi kapaċi timmobilizza lin-nies aktar, imma kapaċi timmobilizza wkoll folla ta' nies xi it differenti wkoll. Repubblika - jidher illi qed tkun effettiva ħafna fl-immobilizzar ta' core group - li dejjem jattendu għall-attivitajiet u li jgħoddu it għexieren - imma wkoll ta' ħafna aktar votanti li ġeneralment (imma mhux kollha) huma mill-klassi medja 'l fuq, li għandhom antipatija politika u anke soċjali lejn il-Partit Laburista li intirtet minn ġenerazzjonijiet għax għandha għeruqha fil-mibgħeda lejn Mintoff (u l-mibgħeda ta' Mintoff lejha) u li jikkomunikaw ukoll (jew l-biċċa l-kbira) bl-Ingliż. Fi kliem ieħor settur ta' nies li jekk jivvutaw, probabbilment jivvuatw PN (imma żgur mhux Labour). Dan allura jfisser li l-aktar votanti li jasal biex jattira partit bħal dan ikun ta' votanti tradizzjonalment Nazzjonalisti, speċjalment dawk li huma inqas leali lejn il-partit, pero' li imbgħad tpatti għal-lealtà hemm l-antipatija tagħhom lejn il-Partit Laburista, l-imħabba lejn Daphne, ir-rabja kbira għal dak li ġara fl-aħħar snin u s-sens ta' diżillużjoni minħabba l-istat li jinsab fih il-PN. Fi kliem ieħor il-qarrej tipiku tar-Running Commentary ta' Daphne Caruana Galizia: Li ma kienx irid lill-Partit Laburista f 'Kastilja, li jrid jew jgħid li jrid politika aktar nadifa, li għalih il-korruzzjoni għandha tkun l-ewwel fuq l-aġenda tal-Oppożizzjoni f 'kull istanza u li fl-istess ħin ma kellu ebda affinità lejn Adrian Delia u dawk li assoċjaw ruħhom miegħu għal raġunijiet politiċi, imma anke soċjali! Ikollu suċċess? Min jaf. Ħafna se jserraħ fuq dak li jiġri fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Il-PN se jnaqqas id-distakk? U dan id-distakk se jnaqqsu primarjament fuq is-saħħa ta' Metsola? U jekk id-distakk jibqa' 28,000 - 30,000+ Bernard Grech jibqa' Kap? L-aħjar klima politika li jaf twassal biex Repubblika tieħu dan il-pass ikun jekk il- PN jerġa' jkollu disfatta enormi fl-2024 u Grech jibqa' minkejja dissens qawwi. Jew inkella Grech jitlaq u minfloku jkun hemm xi ħadd li mill-ġdid ma jitqiesx "idoneu" minn dan is-settur ta' votanti nazzjonalisti. It-tisħiħ tal-PN kemm fil-voti globali, kemm mil-lat organizzattiv kif ukoll f 'termini ta' siġġijiet fl-2024 ikun ifisser li din il-possibilità ssir aktar remota, milli bosta forsi jemmnu li diġà hi. U jekk eletti fil-Parlament? Jekk ikun partit fil-Parlament wara l-elezzjoni li jmiss Repubblika probabilment jissieħeb mal-Partit Nazzjonalista f 'koalizzjoni u - jekk il-PN jitlef l-elezzjoni li jmiss - flimkien jifformaw oppożizzjoni li tista' (għalkemm mhux neċessarjament) tkun aktar b'saħħitha minn dik tal-lum, numerikament. Formazzjoni politika minn Repubblika ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Żewġ Ħdud ilu l-gazzetta ILLUM ippubblikat sondaġġ xjentifiku li juri illi 56% tal-poplu jaqbel illi jkun hawn partit ġdid. Anke jekk dan ma jfissirx li kull min jaqbel ma' partit ġdid, se jivvotalu, huwa indikattiv iżda ta' kemm il-poplu qed jibda jixba' mill-istat tal-politika bħalissa, mill-klassi politika kollha u anke mill- għażliet li sal-lum hemm għall-eġemonija kważi assoluta bejn il-PN u l-PL. Kif inhuma l-affarijiet sa issa dawn iż-żewġ partiti għandhom garanzija assoluta li se jkunu fil-Gvern b'alternanza perpetwa. Anke jekk il-ħolqien ta' partit ġdid mhux neċessarjament iseħħ u anke jekk huwa diffiċli ħafna li jitkisser id-duwopolju tal- PN u l-PL - minħabba l-mod kif taħdem is- sistema elettorali Maltija, li tagħmilha diffiċli illi partit "żgħir" jakkwista l-kwota f 'distrett - l-ILLUM tat ħarsa lejn liema jkunu l-aktar "kandidati" probabbli li jaf jagħmlu xi forma ta' suċċess, kieku jifformaw partit ġdid. Liema huma l-votanti li l-aktar illi jaslu jivvutaw għal partit ġdid? Qabel nħarsu lejn formazzjonijiet politiċi possibbli, ejja nagħtu ħarsa lejn l-aktar votanti li probabbilment (u għallinqas bħalissa) jaslu jivvvutaw lil partit ġdid. Dan se nagħmluh billi nagħtu ħarsa lejn żewġ sondaġġi, dak tal-ILLUM u dak tal-Maltatoday li fil-fatt ħarġu fl- istess jum. Meta mistoqsijin għandux ikun hawn partit ġdid, l-aktar parteċipanti li wieġbu fil-pożittiv kienu żgħażagħ, nies bi sfond edukattiv għoli (livell terzjarju) u naturalment dawk li ma vvutawx fl-aħħar elezzjoni. Fil-fatt is-sondaġġ tal-ILLUM juri illi xejn inqas minn 84% ta' dawk kollha li ma jivvutawx kieku ssir elezzjoni llum u 73.6% ta' dawk l-eluf li ma vvotawx fl- aħħar elezzjoni jemmnu li wasal iż-żmien biex ikun hawn partit ġdid. Sentiment li huwa rifless f 'qawwa fost dawk ta' livell edukattiv terzjarju (70%), dawk bejn 16 sa 35 sena (68.8%) u mhux b'inqas dawk ta' bejn 35 u 50 sena (62.4%). Intant fis-sondaġġ tal-Maltatoday jirriżulta illi kieku kellha ssir elezzjoni bħalissa jkunu xejn inqas minn 22.5% li ma jivvutawx filwaqt li 14.9% qalu illi ma jafux kif jivvutaw. Dan ifisser li 37.4% ma jivvutawx jew ma jafux kif jivvutaw kieku ssir elezzjoni bħalissa. Iż-żgħażagħ (16 sa 35 sena) huma l-aktar grupp li jidher ċar illi ma għandux fiduċja fiż-żewġ partiti u li ma jivvotawx jew inkella ma jafux kif jivvotaw kieku issir elezzjoni issa. Fil-fatt 33.7% ta' dawk f 'din l-età ma jivvotawx, filwaqt illi 22.5% ma jafux kif jivvutaw (total ta' 56.2%). Is-sondaġġ ikompli fuq il-linji u l-indikazzjonijiet ta' dak li deher fuq l-ILLUM b'xejn inqas minn 29% ta' dawk b'livell edukattiv terzjarju ma jivvotawx u 22% ma jafux kif jivvutaw. Fost dawk li ma vvutawx fl-aħħar elezzjoni 65.7% jerġgħu ma jivvutawx u 26.8% ma jafux kif jivvutaw kieku ssir elezzjoni llum. Repubblika organizzat numru kbir ta' protesti fl-aħħar tliet snin, b'uħud minnhom jkollhom attendenza kbira

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022