Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

ikompli jżomm f 'idejh iċ-ċens tal- għalqa li tgħalfu elettoralment. 'Minkejja li dħalna fl-UE l-status quo provinċjali se jibqa' jifga lill-pajjiż fis-snin li ġejjin' Fl-2004, ħafna kienu dawk li ħasbu li Malta se tibda proġett politiku ġdid. Proġett li kellu jwassal għat-tmiem ta' qafas politiku provinċjali, fejn il- baruni-politikant ma jibqax jiddomina b'politika territorjali, tal-parroċċa u fewdali. Jidher ċar minn dan u episodji oħrajn li rajna fuq medda ta' tmintax-il sena, li l-politikant ma jridx jibdel dan il-qafas, u jrid ikompli fejn ħallew dawk ta' qablu, jiġifieri li jgħix il-ħajja ta' politikant provinċjali u insulari filwaqt li jippretendi li huwa msieħeb attiv fi proġett kożmopolitan u internazzjonali. Imkennen f 'fosdqa medjokri, frott l-istess provinċjaliżmu li jiddomina x-xenarju politku Malti, il-politikant baruni la għandu l-interess u lanqas is- sigurtà personali li joħroġ mill- fosdqa medjokri biex jiem il- ħsara permanenti li qiegħda ssir lill-pajjiż, kemm internament kif ukoll internazzjonalment. Għax il-bidla paradigmali hija proċess kulturali u mpenn intellettwali u azzjonali fit-tul, u għaliex il- politikant, li jokkupa pożizzjoni għolja fil-ġerarkija tar-raħal, mhuwiex ippożizzjonat bħala intelletwali organiku ta' qafas politiku li mhuwiex, nistgħu nserrħu moħħna li l-status quo provinċjali se jibqa' jifga lill- pajjiż fis-snin li ġejjin. Dan ifisser imblokk għall-possibiltà ta' bidla sostanzjali fir-relazzjonijiet politko-soċjali tal-pajjiż. Iċ-ċarlatanizmu politiku, li jagħmilha possibbli li r-ram isir deheb, li ċ-ċenteżmu jitkattar f 'balal tal-Ewro f 'ħakka t'għajn, li l-għorfa ssir villa, li l-illitterat jgħaddi mit-test tat-teorija u minn kull eżami li jitlob profiċjenza ta' lingwa, li s-sewwieq jakkwista l-liċenzja mingħajr ma jitla' għat- test tas-sewqan, li ċ-ċitazzjonijiet jitħassru, u stejjer oħra, għandu l-effett psikoloġiku kollettiv li jbaxxi qatigħ l-istima kollettiva tagħna bħala pajjiż, idarrina nistennew it li xejn minn pajjiżna, jaċċentwa is-sens ta' fataliżmu (x'tagħmel, il-pajjiż hekk magħġun!), ikattar l-indifferenza u ċ-ċiniżmu, ibaxxi l-aspettattivi, u jaljena lin-nies li jistgħu jagħmlu xi differenza fl-arena politika. Iċ-ċarlataniżmu jfaqqar pajjiż, kemm intellettwalment kif ukoll emozzjonalment. Il-frustrazzjoni ta' min ġenwinament jixtieq il-bidla paradigmali, li mhix l-istess bħall- alternanza politika, fejn x'aktarx il-gwardji jinbidlu biex il-qafas politiku jibqa' l-istess, toktor meta fl-analiżi tintlemaħ doża qawwija ta' falzità li toħroġ mill- fatt li r-relazzjoni soċjali bejn is-sid u l-vassal hija waħda ta' konvenjenza. Għalkemm jidhru li qegħdin jiggwadanjaw minn xulxin, ħafna drabi ma jokkupawx l-istess pożizzjoni/ġeografija soċjali. L-aspirazzjonijiet, l-interessi u, allura, kif iġarrbu u jaqraw id-dinja dawk li jmexxu u ħafna minn dawk li jinqdew huma differenti. Dan il-fatt, flimkien ma' nuqqas ta' preparazzjoni intellettwali, filistiniżmu teoretiku, ħsibijiet eklettiċi, disorganizzati u kontraditorji, u nuqqas ta' fehem u apprezzament tal- importanza tal-litterizmu kritiku u l-formazzjoni politika fuq livell popolari, jagħmilha diffiċli biex jinbena front nazzjonali għall- bidla. Fl-istess ħin, Il-baħħ politiku, in-nuqqas ta' preżenza tal-intellettwali fl-isfera pubblika u, b'mod ġenerali, in-nuqqas ta' 'sapere aude', jagħmluha aktar faċli biex l-politikant predatur jistagħna b'politika provincjali mibnija fuq is-suq tal-pjaċiri. L-impressjoni tal- provinċjaliżmu lokali hija ħafna aktar mifruxa milli naħsbu Mill-esperjenza internazzjonali ta' 35 sena, nista' ngħid li kull meta l-barrani jiltaqa' ma' ċarlatan mbuttat mill-baruni politiku Malti, l-impressjoni ta' pajjiż provinċjali tibqa' stampata f 'moħħ il-barrani. Filfatt, sikwit ikolli mistoqsijiet minn kollegi barranin dwar funzjonarji Maltin li jidhru mitlufin fl- irwol tagħhom. Ħafna drabi, it- tweġibiet tiegħi ma jaħsduhomx, li tfisser li l-impressjoni li għandhom ta' Malta tkun waħda diġà nfurmata u ffurmata. L-effett tal-provinċjaliżmu politiku Malti jinħass minn distanzi twal u f 'irkejjen fejn aħna naħsbu li ċ-ċarlataniżmu tagħna ma jinqabadx mir-radar. Fid-dawl tal-iżviluppi riċenti fil-qasam tal-attiviżmu soċjali, huwa ovvju li t-tama għal trasformazzjoni fir-relazzjonijiet soċjali bejn il-politiku u ċ-ċittadin trid tiġi minn barra l-apparat tal- Istat. Jidher ċar li l-politiku attiv fil-qafas eżistenti m'għandu l-ebda interess li jċaqlaq l-ilmijiet. L-irwol tas-soċjetà ċivili fil- missjoni għall-bida L-attivisti fis-soċjetà ċivili, ħafna minnhom klassi medja, iridu joqogħdu attenti li ma jieħdux attitudni vangardista fil- konfront tan-nies, u ma jimponux il-bidla jew jużaw lin-nies bħala għamara għall-aġenda tagħhom. Il-pedagoġija tal-bidla m'għandha qatt titbiegħed mill- għan fundamentali tagħha, dak li tissaħħaħ id-demokrazija permezz ta' parteċipazzjoni attiva u popolari, b'kontenut riflessiv li jwieġeb għal temi li jolqtu direttament lin-nies, u mwaħħad ma' azzjoni diretta. Kardinali fil-mixja formattiva tas-soċjetà ċivili hija d-diskussjoni dwar: it-tifsira ta' l-Istat demokratiku, ġust u inklussiv; ir-rabta bejn il-poter, l-Istat u l-eġemonija; l-Istat kożmopolitan; u t-tifsira ta' pedagoġija tat-tama u possibilità mibnija man-nies u mhux għan- nies. Mingħajr formazzjoni intellettwali kontinwa fuq livell popolari, in-nies se jibqgħu jiġru minn mikro-attività u azzjoni għal oħra mingħajr għarfien serju, 'l hinn mill-partitokrazija, ta' kif jaħdem l-apparat attwali tal-Istat, l-interessi dominanti li jinfurmaw l-azzjoni tal-Istat, u kif l-apparat tal-Istat jirnexxielu iżomm il- kunsens ta' poplu, speċjalment ta' dawk imweġġgħin mill-Istat innifsu. Il-frammentazzjoni fis-soċjetà civili, l-interessi partikolari u specjalizzati jimmilitaw kontra front popolari, unit, u organiku għal bidla fundamentali. Sakemm is-soċjetà ċivili tibqa' kollezzjoni ta' interessi speċjalizzati, se tibqa' mbegħda l-possibilità ta' bidla radikali ta' Stat marradi, li la għandu l-istamina u lanqas il-kuraġġ morali li jinbidel. Il- politiku se jibqa' politikant. Il-politika provinċjali li qed tifga' lill-pajjiż 13 analiżi illum • IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 Iċ-ċarlatanizmu politiku, li jagħmilha possibbli l-għorfa ssir villa... li s-sewwieq jakkwista l-liċenzja mingħajr ma jitla' għat-test tas- sewqan għandu l-effett psikoloġiku kollettiv li jbaxxi l-istima kollettiva tagħna bħala pajjiż, idarrina nistennew ftit li xejn minn pajjiżna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022