Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

'Ma hawnx l-apokalissi li qed ipinġu! Li tgħid li s-sitwazzjoni se tikkolassa u t-tfal qishom qed jiġu u ma jagħmlu xejn hija stqarrija inġusta' YENDRICK CIOFFI Mis-sajf li għadda ma waqafnix nisimgħu dwar il-Kulleġġ ta' San Albert il-Kbir, b'mod partikolari dwar l-iskola sekondarja tal-Belt Valletta u dan wara t-tkeċċija tal-Kap tal-Iskola, Mario Mallia. Fiċ-ċentru ta' din il-kontroversja hemm ir-Rettur tal-Kulleġġ, Patri Aaron Zahra O.P, li ġie kkritikat minn xi għalliema u ġenituri imma mfaħħar ukoll minn oħrajn. Kien hemm żmien meta lanqas kien hemm ċertezza jekk l-iskola hijiex se tiaħ u fl-aħħar jiem, grupp żgħir ta' ġenituri qalu li s-sitwazzjoni fl- iskola waslet biex tikkollassa. Propju għalhekk li l-gazzetta ILLUM marret l-iskola tal-Belt Valletta biex tara b'għajnejha s-sitwazzjoni u fuq kollox biex tpoġġi bilqiegħda u titkellem mar- Rettur biex tiem aħjar x'wassal għal ċertu deċiżjonijiet u jekk hux minnu li "s-sitwazzjoni waslet biex tikkollassa." Bdejna nitkellmu dwar it- tkeċċija ta' Mario Mallia. Anke fuq din it-tkeċċija donnu ma hemmx ċarezza. L-MUT qed tinsisti li ma kinitx ġusta u ħadet dan il-każ quddiem it-Tribunal Industrijali. "Jekk it-tkeċċija kinitx ġusta jew le, dak se jiddeċidih it-Tribunal Industrijali," beda jisħaq ir- Rettur. Madanakollu qal li għall- kuntrarju ta' dak li ġie rrapportat, mhuwiex minnu li t-tkeċċija seħħet minħabba l-inklussività. Fi kliemu, Mallia tkeċċa għax ma kienx qed jimxi mal-linja tal-Bord u baqa' ma jagħtix kas diversi struzzjonijiet u twissijiet li kien qed jingħata. Insista li d-deċiżjoni ma kinitx waħda mgħaġġla u warajha kien hemm ukoll pariri legali. "Mhuwiex minnu li tkeċċa minħabba l-inklussività. Jiena anke din is-sena bgħatt imejl biex jekk hemm ġenituri li għandhom uliedhom minn reliġjonijiet differenti u ma jixtiqux li dawn jattendu għal ċelebrazzjonijiet reliġjużi kattoliċi, aħna nonoraw ix-xewqa tagħhom u norganizzaw attivitajiet oħra għalihom, bħal pereżempju cras." Mistoqsi jiċċara għaliex tkeċċa Mallia, Patri Aaron Zahra qal li dan waqqaf koperattiva mingħajr ma informa lir-Rettur jew il-Bord. "Intuża l-indirizz tal-proprjetà tagħna mingħajr ma konna nafu. Quddiem il-liġi, is-sid tal-iskola huwa r-Rettur. Din kienet deċiżjoni minn wara dahar il-bord. Ittieħed ukoll it-tuck shop. Dan spiċċa f 'idejn il-koperattiva mingħajr l-approvazzjoni tar-Rettur. Jiena kelli nkun infurmat li l-koperattiva se tieħu parti mill-proprjetà." Għaliex kap tal-iskola u r-Rettur? Imma għaliex hemm il-Kap tal- Iskola u r-Rettur? Vapur b'żewġ kaptani ma jimxix, jgħid il-Malti. Patri Aaron Zahra fakkar li anke fl-iskejjel tal-Gvern hemm il- Prinċipal tal-Kulleġġ u l-kapijiet tal-iskejjel individwali. Fil-fatt, illum il-Kulleġġ ta' San Albert huwa magħmul mill-iskola sekondarja, dik primarja u anke Kindergarten fil-Fgura. Dan kollu huwa investiment tal-Provinċja Dumnikana Maltija. Qal li d-Dipartiment tal- Edukazzjoni kien għamel eżerċizzju fejn evalwa l-popolazzjoni tal-iskola anke flimkien mas-Segretarjat għall- Edukazzjoni Nisranija u ġaladarba l-popolazzjoni kibret sew kienu ngħataw il-permess li jkun hemm kap għas-sekondarja u kap għall- primarja. Għalhekk, kompla jispjega, il-kapijiet jieħdu ħsieb il-ħidma tal-iskola kuljum, inkluż il- kurrikulum, filwaqt li r-Rettur huwa dak li jgħaqqad kollox. "Ċertu policies, deċiżjonijiet kbar, il-finanzjajament, l-ethos tal-iskola huma responsabbilità tar-Rettur. Il-kapijiet tal-iskola huma impjegati. L-iskola hija tad-Dumnikani, mhux bħala binja imma wkoll bħala missjoni edukattiva." Fakkar li r-Rettur jintagħżel mill-Provinċjal tad-Dumnikani f 'Malta. Id-deċiżjoni dwaru tittieħed waqt il-Kapitlu Provinċjali u eventwalment il- konferma tasal mill-Majjistru Provinċjali ta' Ruma, jiġifieri dak li jmexxi lill-Ordni tad-Dumnikani mxerred mad-dinja. Insista li għall-kuntrarju ta' dak li ngħad fil-midja, jiġifieri li baqa' hemm minħabba l-paga, hu ma jitħallasx għal dan ix-xogħol għax dan huwa uffiċċju mogħti lilu mis-superjuri tiegħu. "Jien ma nieħu xejn. Jiena reliġjuż. Kieku nieħu xi paga, jeħodha l-kunvent. Dan il- Kulleġġ huwa parti mill-missjoni tal-Ordni." Lezzjonijiet għaddejjin u l-għalliema fuq xogħolhom... Tkellimna dwar is-sitwazzjoni preżenti anke għax grupp żgħir 14 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 • illum Ir-Rettur tal-Kulleġġ ta' San Albert il-Kbir, Patri Aaron Zahra jitkellem mal-gazzetta ILLUM dwar is-sitwazzjoni fl-iskola, id-diffikultajiet li ffaċċja u l-isfidi li indirizza. Jisħaq li l-istudenti għandhom ikunu dawk li jgħaqdu lill- amministrazzjoni u l-istaff kollu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022