Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

ta' ġenituri u anke għalliema qed jiktbu kontinwament lill- midja biex jgħidu li s-sitwazzjoni sejra mill-ħażin għall-agħar u se tikkollassa. Tajjeb ngħidu li l-gazzetta ILLUM ingħatat iċ-ċans li ddur l-iskola u setgħet tara li kulħadd kien għaddej fuq xogħlu, mill- edukaturi, għall-istudenti, l-iskrivana u anke l-fattiga. L-iskola hija armata u mżejna bl- aħjar mod, anke bix-xogħlijiet tal- istudenti stess. Fi kliem sempliċi, is-sitwazzjoni kienet tidher bħal fi kwalunkwe skola oħra. Ir-Rettur beda jisħaq li fil- każ tal-kindergarten u anke tal- primarja, is-sitwazzjoni mixja ħarir. L-istudenti li għandhom bżonnijiet speċjali għandhom l-LSEs kif indikat u qed jingħataw is-servizzi kollha. Kemm telqu għalliema? Normali s-sitwazzjoni? Ir-Rettur ikkonferma li kien hemm xi riżenji u qabel inqalgħet il-kwistjoni kollha, kien hemm edukaturi u ħaddiema li talbu sena sabbatika jew oħrajn li ħarġu bil-leave għax saru ġenituri. Il-vojt li dawn ħallew ġie mimli minn edukaturi oħra, bir-Rettur jisħaq li kwalunkwe skola jkollha medja ta' għaxar riżenji fis-sena. Mistoqsi direttament kemm telqu ħaddiema wara t-tkeċċija ta' Mallia, ir-Rettur qal li kellhom ħmistax-il riżenja u dawn ma kinux kollha għalliema. Madanakollu qal li mhuwiex minnu li dawn irriżenjaw kollha minħabba Mallia. Filwaqt li kkonferma li kien hemm uħud li ma ħassewhomx komdi bis- sitwazzjoni, kien hemm oħrajn li taw ir-riżenja tagħhom minħabba problemi familjari jew inkella mard. "Jiena nirringrazzja lill-istaff kollu, kemm tas-sekondarja, tal-primarja u tal-kindergarten anke lil dawk li ma qablux mad- deċiżjonijiet li ttieħdu u lil dawk li rreżenjaw. Aħna bqajna hawn, inkluż jien, għax nemmnu li din hija l-missjoni tagħna għall-ġid tal-istudenti." Għad hemm suġġetti bla għalliema? Minkejja s-sitwazzjoni u l-kontroversja, l-iskola ingaġġat diversi ħaddiema u għalliema ġodda. "Għad ma għandnix għalliema tal-IT u tal- Computer Studies imma din hija problema fuq livell nazzjonali. Telqet l-għalliema tal-istorja u sibna oħra. Irriżenja tal-PSCD u sibna wkoll. Irriżenjat għalliema tal-Year 1 u Year 4 u sibna wkoll. Irriżenjaw segretarji u sibna wkoll," qal ir-Rettur. Ikkonferma li għad għandhom it problema fejn jidħlu għalliema tal-bijoloġija u tal- Integrated Science u l-pressjoni tinħass xi it aktar meta jkun hemm xi edukaturi fuq is-sick leave. Tenna li din hija sfida ta' kull skola. "Il-ħin kollu nagħmlu riklami u nintervistaw lil dawk li japplikaw. Ix-xogħol għaddej." Insista li l-prijorità bħalissa hija li jimtlew dawk il-postijiet tal-għalliema li rriżenjaw għall- ġid tal-istudenti. "Mhux bilfors ninkwieta għal dawk li resqin għall-O Levels u ma għandhomx għalliema tal- Computer Studies. Qed nagħtu prijorità lill-Year 11. Imma li tgħid li l-Kulleġġ ta' San Albert qed jikkollassa u li t-tfal qed jiġu hawn u ma jagħmlu xejn, hija stqarrija inġusta." 'Ma stajtx naċċetta li edukaturi jagħmlu xogħol li mhux ikkwalifikati għalih' Ikkonferma wkoll li kellhom jitwaqqfu xi programmi imma qal li dan ma sarx minħabba xi nuqqas tagħhom. Insista li l-amministrazzjoni preċedenti tal-Kulleġġ kienet qed tagħti programmi minn persuni li mhumiex akkreditati u kkwalifikati. "Kellna LSEs li qed imorru kontra l-job description tagħhom u jiena dik ma nista' qatt naċċettaha. Jiena bħala Rettur ma nistax inqabbad LSE tgħallem programm tal-Malti meta din mhux iggradwata fil-Malti u mhijex akkreditata biex tgħallem il-Malti." Insista li kien hemm problemi oħra simili. Qal li kien hemm LSEs li kienu qed jagħlmu suġġetti oħrajn u hu waqqaom. "Ngħidha b'wiċċi minn quddiem li waqqahom. Din ma tistax tagħmilha." Qal ukoll li llum il-ġurnata, studenti li għandhom bżonn għajnuna individwali minn LSE qed jingħataw dan is-servizz. Kien hemm ġenituri li neħħew lill-uliedhom mill-Kulleġġ? Ir-Rettur ikkonferma wkoll li kien hemm xi ġenituri li waqqfu lil uliedhom minħabba l-mod kif żviluppat is-sitwazzjoni, madanakollu insista li n-numru huwa żgħir ħafna. Ovvjament, post dawn it-tfal ittieħed minn studenti ġodda wkoll. 'Kien hemm min ma riedx jgħaddi informazzjoni importanti lill- amministrazzjoni l-ġdida...' Fl-aħħar ġimgħat, grupp ta' għalliema li ħarġu għonqhom għar-Rettur ilmentaw kif qed ikunu intimidati minn grupp żgħir ta' għalliema li qed jagħmlu l-bsaten fir-roti. Din il-qasma ma tinkwetahx? Fakkar li meta ħarġet l-aħbar li Mallia tkeċċa, l-MUT mill-ewwel ħarġet direttiva biex l-għalliema ma jkellmux la lilu u lanqas lill- membri tal-bord. "Waħda mill-problemi kienet li ma stajnix nakkwistaw l-informazzjoni kollha biex noħorġu l-iskeda tal-lezzjonijiet għax kien hemm min ma riedx jgħaddi din id-data lill- amministrazzjoni l-ġdida," qal ir- Rettur. Insista li ma jridx jidħol fi kwistjonijiet interni, imma insista wkoll li f 'kull entità, minn partit politiku, għal kumpaniji u skejjel, mhux kulħadd jaqbel mad- deċiżjonijiet li jittieħdu. "Iżda nibqa' ninsisti li kull min baqa' hawn, mill-għalliema, għas-segretarji, il-fattigi u tal- manutenzjoni, kollha għamlu dan għax iħobbu l-iskola u għall-interess tal-istudenti. Min iddeċieda li jirriżenja, dik hija deċiżjoni tiegħu u nirrispettaha." Mistoqsi mill-ġdid dwar fazzjonijiet differenti fl-iskola, saħaq li huwa r-Rettur tal-Kulleġġ kollu. "Jiena ma nħarisx lejn l-appoġġ. Aħna qegħdin hawn għall-ġid tal- istudenti." Filwaqt li kkonferma li forsi għad hemm min huwa rrabbjat jew imweġġa' u oħrajn li mxew 'il quddiem, Patri Aaron Zahra qal li l-iskola qed taħdem dwar dan. Fil-fatt, bl-għajnuna ta' professjonisti tas-Segretarjat tal-Iskejjel tal-Knisja kellhom sezzjonijiet għall-għalliema u għall-amminstrazzjoni biex tinstab it-triq li tgħaqqad. Patri Aaron kompla jisħaq li hu bħala reliġjuż, għandu l-missjoni li jgħaqqad u fil-jiem li ġejjin se jibda wkoll laqgħat individwali mal-istaff kollu. "Inkunu inumani jekk ma nħossux il-polz ta' kulħadd. Kien hemm mumenti fejn weġġajt jien. Kien hemm mumenti fejn weġġgħu l-għalliema u ħassewhom qed jikkollassaw. Imma naħseb li fl-aħħar mill- aħħar, huma t-tfal li jridu jgħaqduna," kompla r-Rettur. Ġieli ħaseb li għandu jaqbad u jwarrab? L-ILLUM staqsiet lir-Rettur jekk qattx kien hemm mumenti li ħass li kellu jwarrab anke għax hemm għalliema li qed jgħidu li ma għandhomx fiduċja fih. Insista li kien hemm mumenti iebsa ħafna imma saħaq li sakemm fit- tfal jibqa' jara wiċċ Kristu, allura ma jitlaqx. Fakkar ukoll li hu għandu l-vot tal-ubbidjenza u anke wara dak li ġara, is-superjuri tiegħu baqgħu jafdawh b'din ir-responsabbilità. "Nibqa' nġorr din ir- responsabbilità għax din hija missjoni importanti tal-Ordni Dumnikana f 'Malta," insista Patri Aaron Zahra. Qal ukoll li fl-aħħar ġimgħat kellu diversi laqgħat ma' ġenituri u membri ta' staff u kien hemm ġenituri li saħansitra marru jitkellmu miegħu l-Kunvent. "Jiena żammejt kommunikazzjoni l-ħin kollu ma' kulħadd. Kull complaint li jidħol, jiena nċemplilhom wieħed wieħed u waħda waħda. Bħalissa hemm bżonn." Jagħti l-kelma tiegħu li s-sitwazzjoni mhux se tikkollassa? L-ILLUM talbet lir-Rettur jagħti l-kelma tiegħu lill-istudenti, lill-ġenituri u lill-għalliema li s-sitwazzjoni mhux se tikkollassa u li s-sena skolastika se tasal sat- tmiem tagħha. Qal li fl-aħħar jiem kellhom diversi laqgħat mas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija u anke mal-Ministeru tal-Edukazzjoni. Fil-fatt, żaru l-iskola sitt uffiċjali mill-Quality Assurance Department. "Talbuna kollox. Mit- timetables, skedi tas-superviżjoni, ir-riklami li qed noħorġu etċ. Kollha qalulna li l-apokalissi li qed inpinġu hemm barra ma teżistix hawn ġew. Mhux ngħid li kollox ward u żahar imma fl-ebda skola ma jkollha kollox perfett." Fil-fatt ikkonferma wkoll li l-Pjan ta' Kontiġenza li kienet ħabbret il-Kurja (f 'każ li s-sitwazzjoni tikkollassa jew inkella l-Kulleġġ jagħlaq il- bibien), ma għadux attiv u fattwali. 15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 Ir-Rettur tal-Kulleġġ ta' San Albert il-Kbir Patri Aaron Zahra O.P.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022