MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 6 TA' NOVEMBRU 2022 • illum aħbarijiet Is-saga tal-mina: 'Għandna naqtgħulha rasha darba għal dejjem' ANTHEA CACHIA Fid-dawl ta' rapporti u anke konferma mill-Prim Ministru li l-proġett tal-mina bejn iż-żewġ gżejjer intefa' "fil-friża" is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg frisk minn rebħa fuq il-proġett tal-Ħondoq sostna li l-pjanijiet tal-mina għandhom jitwaqqfu. "Le l-mina għandna naqtawlha rasha darba għal dejjem" hekk qal Buttigieg mal-gazzetta ILLUM. Bħala sindku Għawdxi, l-ILLUM staqsiet lill-Buttigieg dwar il- pjanijiet tal-mina. Preċiżament dwar jekk għandiex tibqa' fuq l-ixkaffa - kif kienet fl-aħħar 50 sena- jew jekk għandhomx jaqtawlha rasha darba għal dejjem. Nhar it-23 ta' Ottubru l-gazzetta M a l t a t o d a y ikkowtat sorsi li kkonfermaw li l-pjanijiet tal-mina li tgħaqqad lil Malta u Għawdex waqfu temporanjament. Sussegwentament dan ġie ikkonfermat mill-Prim Ministru Robert Abela innifsu meta mistoqsi mill-ILLUM. Abela qal li fiċ-ċirkostanzi, il-mina mhux priorità minkejja li xorta waħda għaddejjin l-istudji fuqha. Fil-fatt il-MaltaToday ikkowtat lis-sors tagħha jgħid illi, "apparti l-kumitat appuntat biex jara l-istudji u t-tenders ta' dan il-proġett, ma hemm l-ebda impenn biex issir il-mina. Il- Covid-19 u l-gwerra tal-Ukrajna kompliet twassal biex dan il-proġett jintefa' taħt it-tapit." Il-mina proposta tkun twila 14- il kilometru, wiesgħa 500 metru biex takkomoda żewġ karreġġjati b'direzzjonijiet alternattivi u kareġġjata oħra għall-emerġenza. Kien maħsub li dawn iż-żewġ karreġġjati jaraw mas-6,500 karozza kuljum. Frisk mir-rebħa tal- Ħondoq is-Sindku Paul Buttigieg jgħid mal-ILLUM li l-mina għandna naqtgħulha rasha darba għal dejjem... Ħafna studji imma kollox fuq l-ixkaffa Fl-2015 il-gazzetta ILLUM, fuq il-faċċata, tagħha kienet żvelat kif kumpanija Norveġiża esprimiet interess kbir f 'dan il-proġett. Fil-fatt membri tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija u uffiċjali ta' Transport Malta marru Trondheim fin-Norveġja fejn żaru diversi sistemi ta' mini, sew taħt il-belt kif ukoll taħt il-baħar. Il-gazzetta ILLUM kienet irraportat ukoll kif il-Ministru għall- Għawdex, dak iż-żmien Anton Refalo, kien stqarr li d-deċiżjoni dwar jekk għandiex issir mina jew le għandha tittieħed permezz ta' referendum f 'Għawdex. Dakinhar Refalo qal li l-vuċi Għawdxija "irid ikollha aktar saħħa." Fl-2016, Chris Said għamel talba simili u filwaqt li qal li l-PN huwa favur dak kollu li jżid il-konnettività bejn Malta u Għawdex qal ukoll li dan għandu jiġi deċiż f 'referendum f 'Għawdex. L-istess qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ftit xhur ilu, waqt il-kampanja elettorali meta wiegħed li PN fil-Gvern, apparti li jsir studju fuq l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali, ikunu l-Għawdxin li jagħżlu jekk issirx mina jew le. Sadanittant mill-2015 'il quddiem, komplew id-diskussjonijiet u l-istudji iżda l-mina baqgħet fuq l-ixkaffa. Dan minkejja l-interess ta' diversi investituri barranin ġejjin minn kull kantuniera tad-dinja. Apparti interess mill-kumpanija lokali ta' Hugo Chetcuti, kumpanija Taljana, konsorzju magħmul minn kumpaniji Ċiniżi, Ġermaniżi u Torok u konsorzju ieħor magħmul minn kumpaniji Franċiżi, Torok, Ingliżi u Ġappuni ukoll urew l-interess għall-bini. Ħaġa waħda baqgħet biss konsistenti matul dawn is-snin ta' inċertezza fuq il-bini tal-mina, l-oġġezzjoni mill-ambjentalisti. F' 50 sena ta' dubju dwar jekk għandiex issir jew le, diversi ambjentalisti rrimarkaw li l-mina se toħloq impatt enormi fuq iż-żewġ siti ta' minn fejn tibda' u tispiċċa. Inkluż il-qerda ta' wieħed mill-isbaħ widien, mimli raba' saqwi f 'Malta, il-Wied tal-Pwales. Apparti minn hekk, dawn jisħqu li mina bejn Malta u Għawdex tfisser aktar żvilupp f 'Għawdex kif ukoll żieda qawwija ta' karozzi bejn il-gżejjer. Fl-aħħar snin is-sindki Għawdxin ingħaqdu kollha f 'daqqa biex jesprimu t-tħassib tagħhom dwar l-iżvilupp f 'Għawdex, rifless ukoll f 'sondaġġ li għadu kif ħareġ fil-gazzetta ILLUM li juri kif 80% tal-Għawdxin huma "inkwetati ħafna" dwar is-sitwazzjoni tal-bini u l-permessi fuq il-gżira tat-tliet għoljiet. is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg Enemalta flimkien mal- kumpanija Nexans bdiet it- tiswijiet fuq l-interconnector li jgħaqqad lil Malta mal-Italja li ġarrab ħsarat b'ankra ta' vapur aktar kmieni din is-sena. Jekk it-temp jippermeti, it- tiswijiet fuq il-parti tal-cable li ġarrbet il-ħsara mistennija jitlestew sal-aħħar ta' dan ix-xahar. F'Marzu li għadda, parti minn dan il-cable ta' 98km li jissupplixxi 20% tal-elettriku f 'Malta, ġarrbet ħsara minn ankra tat-tanker Chem P, qrib Qalet Marku. L-ankra u l-katina tiegħu ttellgħu minn qiegħ il-baħar f 'operazzjoni delikata li saret ix-xahar li għadda. Wara li saru spezzjonijiet mill- bugħaddasa tal-ħsara li hemm fl-interconnector, l-Enemalta flimkien mal-kumpanija Nexans identifikaw medda ta' 1.2 kilometru tal-cable tal interconnector li hemm bżonn jinbidlu. Din il-ġimgħa saret ħidma metakoluża f 'Dellimara fejn l-ispare cable li kien miżmum għal dan it-tip ta' emerġenzi, nħareġ mill-imħażen tal-Enemalta u permezz ta' imradd apposta tgħabba fuq il-vapur speċjalizzat għal dax-xogħol, in-Nexans CLV Aurora. F'din l operazzjoni li kienet tikkonsisti wkoll f 'testijiet fuq il-cable, assista t-tim tekniku tal International Energy Service Centre Ltd, li hija kumpanija sussidjarja tal-Enemalta plc li tieħu ħsieb il-manutenzjoni tal- power station. L-interconnector li jgħaqqad lil Malta mal-grid tal-elettriku Ewropej intefa' sakemm isiru t-tiswijiet mehtieġa. Il-provvista tal-elettriku sadanittant ser tkun qegħda tingħata mis-sorsi lokali tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, fosthom l-impjanti ta'emerġenza tal-Enemalta f 'Delimara. L-inġiniera tal-Enemalta ngħaqdu mal-ekwipaġġ tan- Nexans biex isegwu t-tiswijiet u jassiguraw li dawn isiru b'mod sigur u ta' livell għoli. Din hija t-tieni darba fl-aħħar tliet snin, l-interconnector kellu jiġi imsewwi wara li ġarrab ħsarat b'ankra ta' vapur. Jibdew it-tiswijiet fuq l-interconnecor li jgħaqqad lil Malta mal-Italja Din hija t-tieni darba fl-aħħar tliet snin, l-interconnector kellu jiġi imsewwi...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 November 2022