Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 Baġit2023 illum • IL-ĦADD 06 TA' NOVEMBRU 2022 s-soluzzjoni għall-kriżi preżenti... wisq silenzju fuq Steward elettorat li dejjem qed issir diżilluż u votanti li qed jaqgħtu qalbhom mis- sistema politika - filwaqt li issa jibda dieħel l-element ta' għejja 'naturali' mill-partit fil-Gvern għax ilu 10 snin jiggverna, u ġeneralment partit idum popolari 10 snin f 'pajjiżna, imbagħad jibda jmajna - Abela jaf li jrid jibqa' joħloq din ir-rilevanza ġejja mid-differenza. Illum kważi tmur fejn tmur ħafna jgħidulek "u mhux it-tnejn l-istess". Filwaqt li din tivvantaġġja lil-Labour ħafna iktar mill-PN - għax l-interess tal-Oppożizzjoni huwa li l-poplu jkun irid il-bidla - xorta jidher li Abela qiegħed jirpprova kemm jista' joħloq din id-differenza biex juri illi l-Gvern li jmexxi huwa superjuri u differenti mill-avversarju. Hux qed ikun ta' suċċess f 'dan jew le, naraw maż-żmien. Traffiku - Bla pjan? Madankollu d-diskors tal-Prim Ministru, daqs kemm kien b'saħħtu fuq il-miżuri fiskali u miżuri oħrajn, daqstant ieħor it ta direzzjoni u idea ta' viżjoni aktar fit-tul, ta' x'se jiġri minn hawn 'il quddiem b'mod speċjali fuq it-trasport. It-trasport u t-traffiku jidher li huma żewġ kwistjonijiet li kulħadd - inkluż il-politiċi - qed jammettu li hemm problemi fihom. Il-Ministru għat-Trasport Aaron Farrugia f 'din il-gazzetta nhar il- Ħadd li għadda stess ammetta illi qed joħorġu medja ta' 60 karozza kuljum fit-toroq tagħna, it-traffiku li perjodikament ikun wieħed gravi - speċjalment f 'każ ta' inċidenti jew toroq magħluqin - kulħadd ikun fih u l-problema tal-arja imniġġsa ħafna - speċjalment f 'postijiet bħal Furjana - l-ERA stess ikkonfermatha, permezz tal-istudji tal-arja li tagħmel f 'diversi bnadi fil-pajjiż. Minkejja dan - u minkejja proġetti ta' toroq - Abela u l-Gvern li jmexxi ma jidhirx li qed iħares lejn sistema li tivvantaġġja aktar it- trasport pubbliku, apparti li dan sar b'xejn. Minkejja li huwa tajjeb li sar b'xejn l-aħħar statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi illi fl- 2021 kienu biss 5% li użaw trasport pubbliku għax-xogħol ta' kuljum - persentaġġ miżerabbli, anke jekk il-prezz tat-trasport pubbliku kien biss 75ċ għal sagħtejn u meta kien diġà b'xejn għal setturi differenti tal- poplu! Il-Gvern ta' Abela jidher ċar li ma jridx jieħu dak il-pass kuraġġuż li jbiddel il-mentalità fil-qasam tat- trasport u jibda l-qalba lejn trasport pubbliku u dak tal-massa. U biex tgħaxxaq il-Metro lanqas biss issemmiet, la fil-Baġit u lanqas fid- diskors ta' sagħtejn u kwart tal-Prim Ministru! Silenzju - Steward - Saħħa Din il-gazzetta - editorjalment - dejjem qalet illi l-ehim mal-VGH li permezz tagħha din il-kumpanija akkwistat tliet sptarijiet pubbliċi, ingħatat eluf ta' ewro kuljum u xorta falliet - filwaqt li kellha struttura mill- aktar suspettuża li ġiet intraċċata għall-British Virgin Islands - kien l-akbar oxxenità ta' dan il-Gvern. L-akbar għax mhux talli l-poplu ħallas, talli għal dak il-ħlas ma ħa xejn minn dak imwiegħed, filwaqt li r-rappreżentanti tal-VGH telqu mil-pajjiż bla kliem u bla sliem. Il-Prim Ministru kellu jirribatti dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq il-kuntratt - li imbagħad ingħata lil Steward Healthcare. Bernard Grech għamel żewġ punti pertinenti: L-ewwel li Steward Healthcare għandhom €37 miljun pendenti xi jħallsu li għadhom ma ħallsux! F'dan il-punt Abela u numru ta' Deputati deheru (fuq il-filmat li kien qed jixxandar fuq il-PBS) jidħku. Kien ikun aħjar li kieku f 'diskors ta' aktar minn sagħtejn indirizza b'mod ċar din il-kwistjoni, li mhi xejn tad-daħk. Il-Prim Ministru jeħtieġ ikun attent għall-fatt illi minkejja li kwistjoni bħal din jaf ma ttellifx ħafna voti lill-Gvern, xorta hija mażżra serja ma' għonqu għal diversi raġunijiet. L-ewwelnett għax il-Gvern reġa' qed joħroġ miljuni kbar lil Steward Healthcare din is-sena minkejja li jidher li qed tagħmel profitt (it- tieni punt ta' Grech), xi ħaġa li tmur kontra kull loġika - speċjalment ta' kif jopera l-privat. Ngħinek, inħallaslek il-pagi, tagħmel profitt u nibqa' nagħtik il-miljuni. Loġika lloġika! It-tieni nett għax ċerti proġetti għadhom lura jew għadhom lanqas biss bdew, biżżejjed naraw kif il- wegħda ta' Sptar ta' Rijabilitazzjoni State of the Art fil-bini fejn hemm San Luqa baqa' wegħda fl-arja. Minflok illum dan il-bini enormi għadu fi stat ta' abbandun u telqa totali, monument ċar ta' kemm dan il-ehim għadu ma ssarrfax f 'dak li kien imwiegħed! U finalment, għax jista' jkun li l-istorja kollha marbuta mal- kuntratt tal-VGH għad trid toħroġ għall-imbarazzament tal-Gvern. X'sehem kellu Ram Tumuluri u għaliex ma sarx due diligence fuqu, meta kien diġà instab ħati ta' serq fil- Kanada? Kif intgħażlet kumpanija bi struttura mill-aktar dubjuża b'Ultimate Beneficiary Owner li lanqas konna nafu min hu (imma nafu li jiġi itraċċat lura għal British Virgin islands, li hija ġurisdizzjoni maħmuġa daqs il-Panama)? U kif intagħżlet kumpanija bla ebda track record fis-saħħa? Fejn marru l-eluf u l-miljuni li ħadu u kif fallew minkejja dawn il-flejjes kollha? Min ħa d-deċiżjoni li jagħti l-kuntratt lil kumpanija li kellha biss it eluf f 'kapital? Kif ma kinitx qed tħallas lill-ħaddiema u lill-kuntratturi? Kif tħalliet tiddeċiedi hi lil min tgħaddi l-konċessjoni wara li ma żammitx mal-pjani u l-wegħdi ta' investiment? Il-kwistjoni tal-kuntratt tal- VGH hija storja b'ħafna truf li jekk jingħaqdu jafu jpinġu stampa agħar minn dik li għandna sa issa u li tpoġġi lill-Gvern u l-Prim Ministru f 'qagħda mill-aktar antipatka u imbarazzanti. Iktar kemm idumu marbutin ma' dan il-kuntratt Abela u anke Chris Fearne, aktar jidħlu fir-riskju ta' imbarazzament jekk minn xi kantuniera jibdew ħerġin fatti ġodda dwar dan il-kuntratt. Il-fatt li Abela injora dan is- suġġett u ma weġibx lill-Kap tal- Oppożizzjoni tirrifletti ħażin fuq kemm għandu (jew ma għandux) kontroll fuq dan il-kuntratt u naturalment tagħti r-riħ fil-poppa lill-avversarju biex iktar jargumenta li dan "kuntratt jinten." Pero' Abela żbalja wkoll li ma rreaġixxiex għall-akkużi li għamel il- Kap tal-Oppożizzjoni dwar iffullar fl-Isptar u pazjenti fil-Canteen fejn ma hemmx bathrooms u bit-tobba - allegatament - jużaw it-torches tal- mobile biex jgħinu lill-pazjenti. Abela kellu jkun it iktar sensittiv għal dawk - forsi veru it nies, imma xorta - li kelhom jew għandhom qraba fuq sodod fil-Canteen u fil- kurituri, speċjalment fid-dawl tal- fatt li meta kien hemm sitwazzjoni simili taħt Gvern Nazzjonalista l-PL kien għamel kritika inċiżiva u li ma qatgħet xejn kontriha. Fejn Grech naqas, Abela eċċella... imma xorta ma tilef opportunità Kien hemm punti oħrajn fejn Abela kien konvinċenti, fis-sens li l-Gvern vera beda jiċċaqlaq biex iwettaq proġetti - fosthom fl-ambjent - fejn elenka numru ta' proġetti ta' parks, proġetti fil-qasam tal-iskart u oħrajn, iżda fejn l-akbar inkwiet tal- poplu f 'dan ir-rigward ma kienx indirizzat, jiġifieri l-effetti tal- kostruzzjoni. Kollox ma' kollox Abela kien b'saħħtu fid-delivery, fit-ton u fil-bini tal-immaġini tiegħu ta' Prim Ministru li jmexxi Gvern konxju tal-akbar sfida quddiem il-poplu bħalissa: L-għoli tal- ħajja! Huwa ċar li fejn naqas Grech, jiġifieri ir-risposta għall- kriżi tal-mument, eċċella Abela! Iżda din il-ġimgħa l-Prim Ministru xorta jibqa' fatt li tilef l-opportunità biex jindirizza sfidi oħrajn li wkoll qed idejqu lill-poplu, iħassbuh jew anke jirrabjawh. Tilef ukoll l-opportunità biex jaqta' l-aħħar kurdun li għad fadal bejnu u kuntratti li saru qabel u li fihom kienu b'xi mod jew ieħor involuti l-istess nies li kienu involuti fil-Proġett tal-Power Station (Electrogas). Forsi jagħmilha darba oħra!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022