Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 Baġit2023 IL-ĦADD 06 TA' NOVEMBRU 2022 • illum B'saħħtu fid-diskors u s-soluzzjoni Imma xott fuq it-traffiku u wisq ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Prim Ministru Robert Abela indirizza lill-Parlament fi spirtu ta' kombattiment, kważi, kważi biex nużaw lingwaġġ li wara kollox nużaw ta' kuljum: Qisu mar għall-ġlied! L-ewwelnett il-fatt li Abela jagħti diskors fi spirtu enerġetiku u ta' kumbattiment politiku jkun - konxjament jew le - qed jibgħat il-messaġġ li minkejja li dan il- Gvern se jagħlaq 10 snin fil-poter u minkejja riżenja ta' Prim Ministru f 'nofs kriżi politika, akkużi ta' korruzzjoni, pandemija li ġabet l-ekonomija għalkopptejha u issa gwerra wara biebna, għad għandu l-ħeġġa u l-enerġija u dik il-'Can do Attitude' li tagħmlu differenti minn Gvernijiet Soċjalisti tal-passat, tellgħetu fil-poter u għadha żżommu fil-poter b'tant popolarità. F'dinja fejn id-dehera u r-relazzjonijiet pubbliċi huma importanti daqs (jekk mhux aktar xi kultant) mis- sustanza politika d-dehera ta' Prim Ministru Laburista - 10 snin wara - li għadu qed jitkellem qisu 10 snin ilu huwa importanti, biex iżomm il-vantaġġ tal-fatt li minkejja akkużi u stejjer relatati ma' korruzzjoni, jibqa' jidher Gvern aktar żagħżugħ, aktar 'hands on' u finalment aktar 'l-unika partit bis-soluzzjonijiet għall-problemi tan-nies' mill-PN. Bernard Grech, għadda botta u osservazzjoni pjuttost notevoli fil-bidu tad-diskors tiegħu (ara l-analiżi dwar id-diskors ta' Bernard Grech f 'paġni 8 u 9) illi kieku l-Baġit kien daqstant tajjeb kien ibigħ lilu nnifsu u l-Gvern ma kienx ikollu għalfejn jimla l-midja soċjali b'riklami u jibgħat fuljetti d-dar. Daqskemm din tista tkun osservazzjoni korretta, hemm possibbilità oħra. Il-Labour ma tantx imur fejn jibgħatu r-riħ u jekk l-aħħar 10 snin urewna xi ħaġa huwa li jkollu kollox ippjanat, strateġija ċara, jieħu d-deċiżjoni u wara jaċċerta li kull tromba jdoqqha - biex ħadd ma jinsa' x'għamel jew m'għamilx. Bl-Ingliż kieku ngħidu li 'Labour leaves nothing to chance.' Kuntrarjament għal dan, id- dokument ta' qabel il-Baġit tal-PN ħareġ bl-iżbalji, ma ngħatax spazju fuq il-midja - lanqas l-aktar midja li ġeneralment hija qrib jew tagħti imbuttatura lill-PN - u intesa' it wara li ħareġ. Illum xejn ma jbigħ lilu innifsu biżżejjed, speċjalment f 'dinja fejn l-attenzjoni tan-nies la qegħda fuq il-politika, l-attention span fuq kull ħaġa hija ta' it sekondi (biżżejjed tara kemm filmat fuq Facebook jarawh nies għal aktar minn minuta!) u f 'dinja fejn iktar minn qatt qabel, l-għajn tiġbed. Anke l-aqwa ħwienet tal-ħwejjeġ, l-aqwa programmi televiżivi u l-aqwa ristoranti jirriklamaw lilhom infushom u ma joqgħodux jistennew li l-prodott jinbigħ waħdu, aħseb u ara baġit - li dejjem qed jonqsu dawk li għandhom tlett sigħat minn ħajjithom x'jaħlu biex joqħodu jarawh kollu! 'Aħna li nagħtu' u 'huma li qed jieħdu' It-tieni saħħa tal-Prim Ministru fid-diskors tiegħu kien il-fatt li taqbel jew ma taqbilx miegħu - kważi kulħadd irrikonoxxa - inkluż iż-żewġ unjins prinċipali tal-pajjiż u kważi, kważi anke l-Oppożizzjoni nnifisha - li dan il-Baġit qiegħed, permezz ta' diversi miżuri, jindirizza l-problema immedjata tal-għoli tal-ħajja. Żieda ta' €90 għal kull wild fis- sena, COLA ta' €9.90, żieda ta' €12.50 kull ġimgħa lill-pensjonanti, bonus ġdid lil dawk kollha li jaqilgħu inqas minn €17,700 li jvarja skont il-kobor tal-familja u l-qligħ, ċekkijiet ta' rifużjoni tat- taxxa, żieda ta' €50 fl-istipendju, żieda ta' €4,000 fil-carers Grant, trasport pubbliku b'xejn... Dawn kollha miżuri li fil-fatt ħadd ma kkritikahom għax ma hemmx x'tikkritika wisq. Ħadd fil-politika mhu se jgħid li dawn il-miżuri ma għandhomx isiru "għax ħela" - għalhekk rajna anke l-avversarji tal- Gvern jammettu li "dawn il-miżuri tajbin u ta' fejda, imma...." Dan ipoġġi lil Abela f 'qagħda ta' vantaġġ. Fil-fatt id-diskors tiegħu kontinwament għamel referenza għal dawn il-miżuri fid-dawl ukoll ta' dak li kien għamel Gvern Nazzjonalista meta kellu fuq idejh kriżi internazzjonali u prezzijiet taż- żejt li kienu qed jiżdiedu Naturalment dan il-vantaġġ ġej mill-fatt li jinsab fil-Gvern u allura għandu "l-lussu" tal-flus xi jroxx biex iwettaq dawn il-miżuri li se jagħmlu d-differenza. U ngħiduha kif inhi! In-nies minn hekk jinteressahom, kif il-Gvern se jagħmilielhom aktar faċli biex jaqilgħu ewro u jgħixu diċenti u mhux il-kliem fl-arja dwar l-ideoloġija. Minkejja dan u konxju tal-fatt li l-priorità huwa l-but, Abela xorta pprova jindirizza l-aspett ideoloġiku/ekonomiku tal-Baġit! Tul id-diskors għamel aċċenn diversi drabi dwar dak li qal illi jara huwa t-twemmin differenti bejn il-partiti: Bejn il-Partit Laburista li l-ħin kollu jfakkar li "jagħti u jaħseb fil-poplu" u l-PN li kontinwament ifakkar li huwa "l-partit li jemmen fl-awsterità." Issa r-realtà hi li l-formola ekonomika tal-Labour illum hija viċin ħafna dik tal-PN, jiġifieri jemmen li l-privat għandu jitħalla jimraħ filwaqt li l-Gvern kemm jista' jkun inaqqas mis-sehem tiegħu fl-ekonomija. Jemmen fit-trickle down effect, fis-saħħa tal-kostruzzjoni u l-kuntratturi, ma jagħmel xejn jew kważi xejn li jdejjaq lill-akbar operaturi ekonomiċi u ma jemminx f 'miżuri li jintaxxaw il-lussu. Imma fir-realtà ta' poplu u Il-Prim Ministru jibqa' enerġetiku u b'diskors b'saħħtu, minkejja li l-isfidi mhumiex żgħar. Ressaq Baġit li jroxx u jqassam, anke jekk f'nofs gwerra. Imma fuq t-trasport u t-traffiku baqa' ma rabbiex kuraġġ għall-bidla u fuq Steward Healthcare baqa' wisq silenzjuż, forsi għad-detriment tiegħu stess... Il-Prim Ministru Robert Abela waqt id-diskors dwar il-Baġit. Ritratt tad- DOI meħud minn Clifton Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022