Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 illum • IL-ĦADD 06 TA' NOVEMBRU 2022 lin-Nazzjonalisti imma lill-pajjiż' kompetenti. "Xhieda ta' dan huwa l-programm elettorali li ħriġna. Kien programm eċċellenti u għandi dubji serji minn qrah u din hija ħasra," kompla jisħaq, bl-ILLUM tfakkru li dan sar għax it kienu dawk li verament emmnu li l-PN jista' jirbaħ. Irrikonoxxa li apparti l-kompetenza u l-kredibbilità, biex partit jirbaħ, in-nies iridu jemmnu li kapaċi jirbaħ elezzjoni. Fi kliemu, din hija l-isfida li għandu l-Partit Nazzjonalista quddiemu. "Din il-perċezzjoni ilha hekk. Propju għalhekk li xogħli hu li nħares lejha b'lenti differenti minn kif ħarisna lejha issa. Fl-2008 in-nies tawna l-ewwel indikazzjoni ċara. Minn hemm irridu nħarsu. Jekk is-sitwazzjoni bdiet minn hemm u jekk il-mod kif affrontajniha ma tax ir-riżultati mixtieqna, xogħolna hu li nħarsu lejn din l-isfida b'atteġġjament ġdid." Fi kliemu, ħafna minn dan ix-xogħol sar għax l-istrutturi tal-partit iġġeddu u fl-ogħla karigi tal-partit hemm nies ġodda u żgħażagħ. 'Il-PN jibqa' dak li jpoġġi lin-nies fiċ- ċentru tal-politika' Iżda l-ILLUM tirreferi għall-attivitajiet tal- Indipendenza u anke l-Protesta li organizza fil-Belt. Tajjeb ikollok demm ġdid fl-istrutturi imma mbagħad għal dawn iż-żewġ attivitajiet it li xejn attendew żgħażagħ. Għaliex il-PN mhux jattira ż-żgħażagħ? "Din hija sfida ta' dejjem imma jekk illum għadhomx jagħmlu sens il-mass meetings, jiena għandi dubju," qal Perici Calascione. Fi kliemu, l-ewwel irid jitkellem maż- żagħżagħ u jifimhom biex ikun kapaċi jitkellem għalihom u l-istess irid jagħmel ma' oqsma u gruppi oħra fis-soċjetà. "Iż-żmien jinbidel imma l-għan ewlieni tal- Partit Nazzjonalista jibqa' wieħed, jiġifieri li jpoġġi l-iżvilupp totali tal-persuna fiċ-ċentru tal-politika ... Huwa abbażi ta' din li mbagħad inti tfassal l-edukazzjoni jew inkella taħdem biex tattira impjiegi ta' kwalità," insista Perici Calascione. 'Irridu l-aħjar riżultat ... irid ikollna l-aqwa kandidatura' L-ewwel test elettorali għal din it-tmexxija tal-PN fadallu biss sena u it xhur. Lejn xiex qed jimmira l-PN? Irid jirbaħ it-tielet siġġu? Irid inaqqas id-distakk? Irid jirbaħ? Xi jkun riżultat sodisfaċenti? Il-Viċi Kap Nazzjonalista ddeskriva din l-elezzjoni bħala test elettorali importanti għax il-Maltin se jivvotaw għall-Kunsilli Lokali kollha u allura kważi kważi ġejja elezzjoni ġenerali oħra. "Bdejna naħsbu minn issa imma jiena mhux bniedem li nħobb nintrabat bil-miżuri minn qabel. Irridu nagħmlu l-almu tagħna u qed naħdmu biex niksbu l-aħjar riżultat possibbli," insista. Mistoqsi għal aktar minn darba biex jispeċifika xi jrid ifisser meta jgħid l-aħjar riżultat possibbli, Perici Calascione baqa' ma ntrabatx. Insista biss li jrid jattira l-aqwa kandidatura possibbli. "Aħna kollha qed naħdmu biex niksbu l-aħjar riżultat possibbli. Fadal aktar minn sena. Biex tiksbu trid tibda titfa' l-ingredjenti u ingredjent importanti huwa li jkollna kandidatura valida. Dan huwa x-xogħol immedjat." 'Jekk se nibqgħu nħarsu 'l ġewwa se nonqsu lill-pajjiż' Fi kliemu, dan huwa dak li l-pajjiż qed jistenna mill-Partit Nazzjonalista u jkun qed jonqos jekk ma jagħmilx dan. Insista li aktar mal-partit jibqa' jħares 'il ġewwa, aktar se jkun qed jonqos lejn ir-responsabbilità li għandu lejn il-pajjiż. "Hemm dimensjoni li hija akbar minna. Aħna rridu nkunu biex dan il-pajjiż nagħtuh dak li jidhrilna li hu l-aħjar għalih," insista. Lilhinn mir-realtà tal-partit, huwa fakkar li l-Maltin se jivvotaw għall-Kunsilli Lokali meta fi kliemu, il-Gvern ħadilhom il-poter kollu u ġabhom sempliċi "customer care." 'Metsola hija parti mill-PN ... ejja nsemmu dak li hu tajjeb' L-ILLUM tfakkru li Roberta Metsola, li ovvjament se tkun fuq il-lista tal-PN, taf tattira numru ta' votanti li lesti jivvotaw lilha imma mbagħad għadhom mhux lesti li jivvotaw lill- PN biex jiggverna. Dan jista' jagħti tama falza lill-PN? Il-Viċi Kap Nazzjonalista insista li Robert Metsola għamlet isem mhux biss għaliha nnifisha imma anke għall-Partit Nazzjonalista għax hija parti minnu. "Bħalma nsemmu dak li mhux sejjer tajjeb, irridu nsemmu dan ukoll," insista l-Viċi Kap. "Jiena kburi bir-rappreżentanza kollha li l-PN kellu fil-Parlament Ewropew." 'Irridu nwasslu l-messaġġ aħjar ... imma ma rridx inkun f'partit li jqarraq bin-nies' Biex jagħmel kampanja elettorali, il-Partit Nazzjonalista jrid il-flus. Għandu? Perici Calascione insista li l-flus huma dejjem sfida u l-votanti jippretendu li mhux biss jingħadda l-messaġġ, imma dan isir bl- aqwa mod possibbli. FI kliemu, il-PN qed iwassal il-messaġġ tiegħu b'dak li jista' jagħmel. "Ir-responsabbilità titlob li aħna nużaw il- finanzi bl-aħjar mod. Hekk għamilna fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali. Ridna nagħtu s-sustanza. Niem imma li llum l-immaġini hija kollox u l-mod kif tippreżenta l-messaġġ huwa importanti." Hawn l-ILLUM tagħmel referenza għar- replika tal-Baġit tal-Kap tal-Oppożizzjoni, fejn Bernard Grech għal aktar minn darba ġibed saqajn il-Gvern u qal li jinżalu l-kappell għal mod kif jirreklama xogħlu. Minflok jikkritika, mhux aħjar jitgħallem kif il-PN għandu jwassal aħjar il-messaġġ tiegħu? L-ILLUM tfakkar lill-Viċi Kap fl-attività fqira tal-Indipendenza. Ma setax jorganizza xi ħaġa li biha jattira l-familji milli attività tradizzjonali bħas-soltu bi tliet diskorsi. "Jiena naqbel 100% li rridu naħsbu aktar barra mill-kaxxa. Imma ma rridx inqarraq bin- nies. Jekk tara l-PR u l-mijiet ta' eluf ta' ewro li nefaq il-Gvern biex jippreżenta l-proġett tal- metro kien inkredibbli u jġiegħlek temmen. Imma jiena ma rridx inkun f 'partit li nagħmel xi ħaġa bħal din, meta nkunx naf li mhux se ssir. Qed tuża l-midja soċjali biex tqarraq bin- nies. Dan huwa livell ta' arroganza kbira u qed titratta n-nies ta' injoranti u qed tuża flushom." Fi kliemu huwa jemmen f 'messaġġ aktar konċiż u ppreżentat aħjar. Qal li flok dokument ta' 100 paġna jemmen aktar f 'ħames punti ppreżentati tajbin. 'Brand PN? Work in progress' Meta ġie elett Kap, Bernard Grech wera x-xewqa li jkun hemm bidla 'fil-brand PN.' X'qed isir? X'se jsir? X'bidliet se naraw? Il-Viċi Kap Nazzjonalista qal li ma jistax jiżvela wisq imma insista "it is work in progress." Mistoqsi jispeċifika jew jagħti eżempju konkret ta' dan x'se jfisser, huwa ma weġibx. Qal biss li l-parir tiegħu kien li jekk xi ħadd se jkun inkarigat biex jagħmel dan, irid jingħata l-libertà kollha. Insista li hu marbut biss mal-messaġġ tal-PN. 'Qed jersqu nies interessati li jikru / jixtru l-każini' Grech kien saħaq ukoll li l-PN irid iħares ukoll lejn il-kummerċjalizzazzjoni tal-każini. Għadu jagħmel sens li l-PN ikollu każin, kważi kważi vojt, f 'kull lokalità? Dawn mhux assi moħlija. Fiex wasal dan il-proċess? Perici Calascione fakkar li l-każini tal- Partit Nazzjonalista huma kollha tiegħu u fi kliemu dan huwa vantaġġ li l-partit irid jisfrutta filwaqt li jżomm dejjem l-element politiku. Fakkar kif uħud mill-każini jinsabu fiċ- ċentru tal-lokalitajiet u huma ideali għall- kummerċjalizzazzjoni filwaqt li jinżamm spazju fejn il-kumitati sezzjonali jkunu jistgħu jiltaqgħu. Semma pereżempju l-każin tal-Mellieħa. "Dan beda jsir. Hemm tim apposta u jiġu numru ta' nies 'il quddiem. Diġà bdew it- trattativi dwar ċertu każini." Dwar jekk għadux jagħmel sens li jkun hemm każin f 'kull lokalità, Perici Calascione jemmen li l-politika miexja aktar lejn livell distrettwali. Semma li hemm ċertu kumitati sezzjonali li huma stess qed iressqu 'l quddien nies li huma lesti jikru jew jixtru xi każini, anke għax il-Kumitat ma għandux il-mezzi biex jagħmel xogħlijiet li hemm bżonn. "Trid tevalwa u tqis kollox, iżżomm il-kuntest politiku imma fejn hemm deċiżjonijiet li hemm bżonn jittieħdu, iridu jittieħdu." Fl-aħħarnett l-ILLUM tistaqsih jekk jaħsibx li l-Partit Nazzjonalista spiċċa żmienu għax anke s-sondaġġi qed juru li n-nies jemmnu li hemm bżonn partit ġdid, l-aktar in-Nazzjonalisti. "Ma kull ġurnata, b'dak kollu li naraw jiżvolġi f 'pajjiżna, jiena nsir aktar determinat li l-Partit Nazzjonalista għad hemm bżonnu u għandna r-responsabbilità li narawh jissaħħaħ," temm jgħid il-Viċi Kap. intervista Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022