Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 IL-ĦADD 06 TA' NOVEMBRU 2022 • illum aħbarijiet 'Il-kriżi fl-immaniġjar tal-iskart ma ġietx minn 90 sena ta' alabiebiżmu' Il-miżbla se togħla bi 15-il metru biex "nevitaw kriżi." Imma kellna naslu s'hawn? Għaliex ma ħsibniex minn qabel? X'inhuma l-pjanijiet tal-futur? U wara kollox, hemm pjan? ANTHEA CACHIA L-għeruq tal-problema tal- immaniġjar tal-iskart hija waħda lokali u riċenti. Fil-fatt kważi ħmistax ilu l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) approvat il-permess, imressaq mill- WasteServ, biex il-miżbla tal- Għallis togħla bi 15-il metru ieħor, "bil-għan li tkun evitata kriżi ta' skart." Din l-estensjoni mhux se ssir biex tikkompeti mal-Mercury Tower f 'San Ġiljan, iżda għax Malta għadha qed taffaċċja r-realtà ta' skart eċċessiv u l-waste-to-energy plant, magħruf ukoll bħala l-inċeneratur, fadallu minn tal- inqas tliet snin biex jitlesta. Fil- fatt il-mira hi li l-iskart li jmur fil-miżbla irid jonqos għal 10% biss meta l-iskart iġġenerat bħalissa huwa ta' 90%. Din il-problema l-Gvern u l-WasteServ ma ħasbuhiex qabel? Bi pjanar serju, l-estensjoni ma setgħetx ġiet evitata? L-ILLUM marret b'dawn il-mistoqsijiet għand il-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca u b'ċertu sarkażmu qal, "ippjanar… F'Malta? Użgur li le." Madankollu huwa rribatta li hu mhux qiegħed jirreferi għall- ippjanar mill-aktar riċenti, iżda dak tal-passat. Tant hu hekk li saħaq li l-kriżi ta' llum, ma ġietx ikkawżata mil-lum għal għada jew fi żmien ħames snin, anzi jgħid li hi kkawżata minn "90 sena ta' alabiebiżmu." Huwa żied jgħid li llum qed inbatu deċiżjonijiet li ttieħdu fis-snin 60 u li l-mentalità ta' dak iż-żmien kienet li jiġi allokat wied u għaldaqstant b'kanal diġà eżistenti dan jimtela' bl-iskart "u imbagħad isibu sit ieħor. Ovvjament dan mhux tajjeb u żgur li ma kienx hemm ippjanar tajjeb." Minkejja dan jemmen li l-fatt li se ssir estensjoni tal-miżbla u mhux jintuża sit jew wied ieħor hija prova ċara li dan huwa pjan. Dan apparti li għamel aċċenn għall-ippjanar fit-tul li għandha l-WasteServ, jiġifieri dak tal- impjant tal-waste-to-energy, dak tal-EcoHive. "Jekk se nagħmel pjan, mhux se jkun imfassal għal ħames snin biss, għalkemm l-EcoHive parti mill-pjan tal-immaniġġjar tal- iskart ta' ħames snin. Il-pjanijiet tiegħi iħarsu lejn l-20 sena li ġejjin," qal Bilocca. 'Jien niskanta bil-kritika tal-Oppożizzjoni… Dan hu d-diżastru li ħallejtu warajkom!' L-aħbar tal-estensjoni ma ntlaqgħetx tajjeb mal- Oppożizzjoni fil-fatt fi stqarrija, il-Kelliem għall-Ambjent, il- Ħolqien ta' Spazji Ġodda u d-Drittijiet tal-Annimali Janice Chetcuti qalet li l-Gvern, "minflok ma jirsisti biex pajjiżna jkun aktar effiċjenti u effettiv fil-mod kif l-iskart jista' jibda jiġi sfruttat b'mod aktar nadif u b'anqas danni fuq saħħitna u fuq l-ambjent, qed jintuża' 'dan il-cushion', hekk kif ġie deskritt u spjegat mill-Kap Eżekuttiv tal- Awtorità tal-Ippjanar, minħabba li soluzzjoni għadha ma nstabitx u għalhekk, kellhom jirrikorru għal din l-estensjoni." "Il-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern għal 25 sena u ħalla warajh miżbliet biss. Għalhekk ninsabu fejn aħna illum il- ġurnata u sfortunatament ma nistgħux infaqqgħu subgħajna u nirranġaw kollox," irreaġixxa Bilocca. Intant f 'din l-istess stqarrija Chetcuti qalet li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern irid li, ta' kull sena, jikkometti ruħu li jżid 50,000 metru kwadru ta' art Barra miż-Żona tal- Iżvilupp (ODZ) li diġà teżisti u tingħata prijorità assoluta fejn tidħol żieda konsistenti fl- afforestazzjoni ta' pajjiżna. Fuq hekk Bilocca sostna li ma jistax jifhem kif dan il-pjan qed jirċievi daqstant kritika meta fi kliemu, dan se jevita milli "nirrikorru u neqirdu siti importanti oħra." "Wegħdu li se jagħtu 50,000 metru kwadru fis-sena. Aħna diġà irritornajna Wied Fulija fiż- Żurrieq u l-Qortin f 'Għawdex. It-tnejn kienu miżbliet. Illum it- tnejn huma siti rijabilitati." Wied Fulija, b'daqs ta' 50,000 metru kwadru fi żmien 36 sena, mill-1968 sal-2004, iġġenera 600,000 tunnellata ta' skart imħallat. Fil-fatt għal numru ta' snin dan is-sit ma kellu ebda sistemi biex jikkontrollaw l-iskart. Ir-riperkussjonijiet ta' dan kienu gass u taħlita ta' likwidi ikkontaminati u perikoluż bla rażan, tant li eventwalment wasslu għal ħafna dħaħen u nirien fl-akkwati. Maż-żmien din iż-żona ġiet rijabilitata u llum il-ġurnata hemm riserva tal-ilma, ħafna arbuxelli u sar park għan-nies u l-klieb. Simili għal dan, iżda fuq skala ikbar, huwa Wied Fulija. B'daqs ta' 91,000 metru kwadru, fi żmien 17-il sena din il-miżbla kellha fiha 1.85 biljun kilo ta' skart. B'investiment ta' €4.5

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022