Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 06 TA' NOVEMBRU 2022 ġietx f'ħames snin… Ġiet ikkawżata miljun minn Fondi Ewropej, dan is- sit ġie rijabilitat ukoll u ġew miżrugħa 43,000 siġra u arbuxell. 'Mhux lest li ntappan il-kwalità tal- proġett biex isir aktar malajr' Lura għall-punt. Bilocca tenna li l-għażla temporanja li kellhom jagħmlu saret fl-aħjar interess tal-ambjent u għaldaqstant bl-inqas impatt. "Jekk għandi sit li diġà huwa kompromess, għaliex għandi nieħu aktar art agrikola għal ftit żmien? Inkunu qed nagħmlu disservizz jekk miżbla li tiflaħ 70 metru inħalluha b'50 u nieħdu sit ieħor minflok." Kompla jgħid li hu m'għandu l-ebda problema li jirċievi l-kritika, anzi qal li huwa pass importanti biex l-affarjiet isiru kif xieraq. Madankollu jenfasizza għal darba, darbtejn li l-kritika għandha tkun informata. Bilocca qal li jħoss ċertu sens ta' rabja meta l-immaniġjar tal-iskart "jintuża għal raġunijiet partiġġjani filwaqt li nibqgħu ngħidu li l-WasteServ mhijiex serja. Jekk verament l-Oppożizzjoni taħseb hekk, nistieden lill-membri tagħha, jew persuni oħra b'dubju u nispjegaw kollox. Aħna m'għandna l-ebda problema u aħna trasparenti ħafna fuq kif noperaw, fil-fatt għandna l-informazzjoni kollha fuq is sit tagħna." Ż i e d u k o l l li l-immaniġġjar tal-iskart m'għandux jintuża bħala ballun politiku għax fuq kollox "dan hu l-futur ta' uliedna u jekk niżbaljaw il-pajjiż jispiċċa, litteralment u metaforikament, miżbla." Sostna li wasal iż-żmien li l-partijiet ikkonċernati kollha jingħaqdu, nirrikonoxxu li għandna problema ta' skart u niġbdu ħabel wieħed. "Dik hi x-xewqa tiegħi, li kulħadd jiġbed ħabel wieħed," qal Bilocca. Fakkar li l-impjanti ma jsirux f 'qasir żmien, speċjalment għaliex hemm proċess li jieħu fit-tul. Kemm biex isir il-pjan, sakemm isir il-kuntratt u biex jintagħżlu l-materjali, fost oħrajn. "Minkejja li qed nagħmlu minn kollox biex ix-xogħol isir kif suppost u kif allokat, minix lest li nikkomprometti l-governanza tiegħi biex niffranka xahrejn. Filwaqt li mhux mixjin bil-mod, mhux se naqbeż ċertu passi a skapitù tal- kwalità tal-proġett." Apparti minn hekk qal li "ma nistax nagħmel bħal 15-il sena ilu. Inqabbad lil xi ħadd biex jibnili Power station u ssir. Għandna proċess kompettitiv u regolat." 'Il-Gvern hu serju fuq dawn il- kwistjonijiet' Bilocca sostna li l-pjan tal-immaniġjar tal-iskart "mhux kliem fl-arja" u li l-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart ilhom fis-seħħ minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri fl-2004. Żied li l-Gvern huwa serju fuq dawn il-kwisjontijiet speċjalment għaliex "poġġa fuq il-mejda l-ikbar ammont ta' investiment għall-immaniġġjar tal- iskart." Madankollu lejn l-aħħar ta' din l-intervista Bilocca stqarr li issa li għandna l-policies u li se jkollna l - i n f r a s t r u t t u r a jonqos biss ħaġa waħda li verament għandha tagħmel differenza, il- mentalità tal- poplu. " I l - G v e r n għamel il-parti tiegħu u tana l-flus għall- i n f r a s t r u t t u r a , biddel anke l-policy. Issa n-nies iridu jikkoperaw," temm jgħid mal-ILLUM Richard Bilocca. L-ILLUM madankollu ma tistax ma tistaqsix: "dejjem ngħidu li rridu nibdlu l-mentalità u noħolqu kuxjenza. Kif ?" Ir-risposta għal dan Bilocca jagħtiha fit-tieni parti ta' dan l-artiklu li se jiġi ppublikat il-ġimgħa d-dieħla. Illum il-Qortin huwa rijabilitat f ' sit li jista' jitgawda mill-familja kollha, inkluż il-klieb Il-Qortin f 'Għawdex kienet miżbla mill-1968 sal-2004 Wied Fulija fiż-Żurrieq kien jopera bħala miżbla mill-1979 sal-1996 Fost il-pjanti li hemm illum il- ġurnata f 'dan is-sit, dan il-Wied jospita n-naħal endemicu Malti; Apis Mellifera Ruttneri Richard Bilocca - Kap Eżekuttiv tal-WasteServ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022