Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 06 TA' NOVEMBRU2022 differenti, anke għax l-ajruplan ma kellux biżżejjed uwil. Id-destinazzjoni inizzjali tal- hijackers kienet l-Alġerija. Il-Libja kienet wisq 'il bogħod għall-uwil li kellu l-ajruplan u għalhekk tniżżel Malta. Xħin niżel Malta - anke jekk l-awtoritajiet ma ridux li jiġri dan - bdew negozjati b'xi nies jinħelsu u b'Ali Rezaq iwissi li se joqtol persuna kull 15-il minuta jekk ma jingħatax ikel u uwil biex l-ajruplan ikompli bil-vjaġġ. U hekk beda jagħmel. L-ewwel spara lejn Tamar Artzi, imbagħad Nitzan Mendelson, li mill-ġdid sparalha f 'rasha u ramiha 'l isfel, imbagħad l-Amerikan Patrick Scott Baker u warajh Scarlett Robenkamp. F'dan kollu l-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici - li kien qed imexxi n-negozjati tal- Gvern Malti - ma xtaqx li jidħlu l-Amerikani u lanqas l-Iżraeljani fil-każ minħabba biża' li titratta n-newtralità tal-pajjiż. Minkejja li Mifsud Bonnici kien eventwalment qabel illi jidħlu suldati Eġizzjani biex ikunu salvati l-ostaġġi u jinqatlu l-hijackers u minkejja qbil li kollox jiġri l-għada filgħodu meta jittieħed l-ikel fl-arjuplan, fit-8:00 pm l-Eġizzjani attakkaw bil-kbir. Splużjonijiet, sparaturi u kommossjoni ta' madwar żewġ minuti spiċċaw fi dmija u għexieren mejta, anke għax diversi belgħu arja tossika riżultat tal-isplużjonijiet fuq l-ajruplan. B'kollox kienu mietu 60 persuna. L-eks Ministru Laburista għat- Turiżmu Joe Grima kien ikkwotat jgħid illi meta l-Eġizzjani attakkaw, mhux skont dak maqbul, Mifsud Bonnici kien qallu, "daħku bina." 'Ma tantx għad fadal nies bħal Karmenu' Intant Owen Bonnici rrakkonta mal-ILLUM kif hu kien daħal jagħmel il-prattika ma Karmenu għax missieru - li kien jaħdem il- Union Print - kien jafu. Dan seħħ fiż-żmien meta l-pajjiż kien riesaq għall-għażla dwar jekk għandniex inkunu membri tal-UE. Huwa jiddeskrivi lil Mifsud Bonnici bħala persuna ċajtiera li "għalih il-flus ma għandhomx valur. Min jaf kemm-il darba ħallas għal kawżi hu għax klijenti tiegħu ma setgħux," kompla jispjega Owen Bonnici. Huwa qal li Karmenu fil-fatt ma kienx bniedem tal-kappriċċi u jiakar kif mhux l-ewwel darba kien wasslu bil-karozza tat-tip Beatle li kienet tieqaf u jinżlu jimbuttaw. "Huwa kien bniedem ta' umanità kbira u kien rispettat ukoll, speċjalment mil-Libjani. Peress li hu ma kellux mowbajl, meta kien ikun ma jiflaħx kienu jċemplu lili u jistaqsu dwaru," kompla jispjega. Bonnici jgħid li Karmenu Mifsud Bonnici kien avukat bravu - fil-qasam taċ-Ċivil u l-Industrijali - u jisħaq illi għalkemm hu ma jiakarx sew is-snin 80, hu jara illi Mifsud Bonnici pprova jżomm lill-partit magħqud u "jnaqqas mill-inkwiet." "Poġġa lilu nnifsu l-aħħar u qatt ma kellu ambizzjonijiet pesonali. Ma tantx għadek issibhha dik illum. Ma tantx għad fadal nies bħal Karmenu," temm jgħid il- Ministru Owen Bonnici mal- gazzetta ILLUM. Ilbieraħ l-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici miet, fl-età ta' 89 sena. Karmenu huwa iben Lorenzo Mifsud Bonnici u Catherine Buttigieg u minkejja illi se jibqa' mfakkar għar-rabta tiegħu mal-ħaddiem u mal-Partit Laburista li kien mexxa għal tmien snin huwa fil-fatt ġej minn familja li hija ħafna iktar sinonima mal- Partit Nazzjonalista. Dan hekk kif ħuħ Antoine Mifsud Bonnici għal ħafna snin kien serva bħala Membru tal- Kabinett ta' Eddie Fenech Adami kif għamel kuġinuh, l-eks Minstru tal-Edukazzjoni u President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici. Pero' apparti li kien ġej minn familja Nazzjonalista, Mifsud Bonnici kien ukoll persuna ħafna eqreb tal-Knisja milli kien Mintoff u milli kien il-kurrent ġenerali fil-Partit Laburista, anke jekk fil-fatt kien taħtu illi kien hemm il-famuża battalja mal-Knisja dwar l-iskejjel bil-famuża għajta "Jew b'xejn. Jew xejn" - meta l-Gvern ta' Mifsud Bonnici kien saħaq illi l-iskejjel tal-Knisja ma kellhomx iżommu flus għall- edukazzjoni li joffru, bil-kwistjoni tispiċċa bl-għeluq tal-istess skejjel għal xi żmien u studenti li kienu qed jieħdu lezzjonijiet id-dar. Minkejja dan, lura fis-60ijiet huwa kien appoġġja lil Ġunta Djoċesana li dak iż-żmien kienet qed topponi b'qawwa lil Dom Mintoff u fi żmien meta l-Arċisqof Mikiel Gonzi kien saħansitra ddikjara li vot għal- Labour kien dnub. Fl-1969 huwa kien daħal fil-moviment tax-xellug meta sar konsulent tal-General Workers' Union bħala parti mill-ġlieda tagħha kontra Gvern Nazzjonalista u Abbozz li kien qed jipproponi li seta' jfisser illi ħaddiema li jistrjakjaw jispiċċaw il-ħabs. 11-il sena wara huwa kien appuntat Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, sena biss qabel l-elezzjonijiet tal- 1981 li fil-fatt kien mexxa mil-lat ta' kampanja. L-elezzjoni tal-1981 kienet tat riżultat "pervers" hekk kif minkejja li l-Partit Laburista kien kiseb maġġoranza ta' siġġijiet, ma kienx kiseb il- maġġoranza tal-voti. Dan wassal għal wieħed mill-aktar perjodi mqallba fl-istorja politika Maltija, bil-Partit Nazzjonalista ma jaċċettax dan ir-riżultat u jitlob illi jmexxi l-partit li għandu l-maġġoranza warajh. Kienu snin ta' dimostrazzjonijiet, mass meetings, tensjoni u vjolenza politika fosthom bl-inċident ta' Tal Barrani, iż-Żejtun u anke f 'lokalitajiet bħal f 'Ħaż Żebbuġ. Kien ukoll il-perjodu illi matulu inqatel Raymond Caruana, attivist nazzjonalist mill-Gudja. Kienu wkoll is-snin li raw dimostrazzjonijiet kbar - speċjalment mill-ħaddiema tat-Tarzna, imlaqqma l-'aristokrazija tal-ħaddiem' li xi minn daqqiet spiċċaw vjolenti u li raw it-tkissir tal-Kurja, tal-Qrati, il-ħruq tal-binja tat-Times u anke t-tkissir tad-dar tal-Kap tal- Oppożizzjoni - dak iż-żmien Eddie Fenech Adami. Fl-1983 Mifsud Bonnici sar Ministru tal-Edukazzjoni u sena wara, f 'Diċembru 1984 kien ħa post Dom Mintoff li kien irriżenja mill-kariga ta' Prim Ministru. Huwa kien l-ewwel Prim Ministru li nħatar f 'din il-kariga qabel ikkontesta elezzjoni ġenerali bħala mexxej ta' partit. Warajh kien hemm ukoll Lawrence Gonzi - li kien ħa post Eddie Fenech Adami fl-2004 u Robert Abela li ħa post Joseph Muscat fl-2020. Is-snin li għamel Prim Ministru kien - kif diġà għidna - mmarkati minn tensjoni politika qalila kemm bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Malta Labour Party, pero' wkoll bejn il-Gvern u l-Knisja, li dak iż-żmien kienet immexxija mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca. Fl-1985 seħħ l-inċident tal-Egyptair - Hijacking li ra 60 persuna tinqatel. Minkejja dan Mifsud Bonnici tilef l-elezzjoni tal-1987 b'madwar 4,000 vot. Huwa baqa' Mexxej Laburista sal-elezzjoni tal-1992 li reġa' tilef b'distakk ta' madwar 13,000 vot - li sa dakinhar kien l-akbar distakk elettorali qatt miksub. Huwa baqa' fil-Parlament sal-1996, meta l-PL kien rebaħ l-elezzjoni u reġa' daħal fil-Gvern, anke jekk għal sentejn biss. Fl-2003 Karmenu Mifsud Bonnici kien ukoll parti mill- Front Maltin Inqumu u s-CNI li kkampanjaw kontra s-sħubija ta' Malta fl-UE. Minn mal-Ġunta għall-battalji mal-Knisja u 'l-aristokrazija tal-ħaddiem'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022