Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' NOVEMBRU 2022 • illum POSTIJIET TA' AVUKAT FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Jobsplus Vacancy No. 387566, Permit No. 428/2022) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat u mill-inqas, sena esperjenza fil-prattika tal-professjoni wara li jkunu ingħataw il-warrant. POSTIJIET TA' TRAINEE LAWYER FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Jobsplus Vacancy No. 387556, Permit Nos. 429/2022) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom degree fil-ligi f 'livell ta'Masters, M.Adv.(Melit.). POSTIJIET TA' PROKURATURI LEGALI FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Jobsplus Vacancy No. 390898, Permit Nos. 620/2022) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Prokuratur Legali. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' prokuratur legali _______________________________________________ L-Applikazzjonijiet, irrid jkollom in-numru ta' referenza tal-Jobsplus relevanti u għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat u għandhom jintbagħtu lil; Amministrazzjoni Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Dar l-Ammiraljat, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill ag@attorneygeneral.mt Sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha 18 ta' Novembru 2022 fis-1300 hrs Kmieni s-Sibt filgħodu komplew l-ispezzjonijiet b'rabta ma' immigrazzjoni irregolari f 'pajjiżna, fil-Ħamrun, il-Marsa u Santa Venera. Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta' Detenzjoni u kif ukoll dawk mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, sabu 28 persuna li kienu qegħdin jgħixu Malta b'mod irregolari. Dawn il-persuni – mis-Senegal, il-Ghana, il-Gambja, il-Mali, il-Bangladesh, Somalia, Eritrea, Nigeria, Pakistan u s-Sirja – ittieħdu f 'Ċentru ta' Detenzzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż. Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin. Rondi mill-Pulizija fl-inħawi ta' Paceville wasslu għall-arrest ta' raġel ta' 30 sena mill-Mali, residenti San Ġwann, wara li nstab fil-pussess ta' diversi pakketti, allegatament droga. Ilbieraħ, għal xil-5:00 p.m fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan il- Pulizija nnutaw persuna taġixxi b'mod suspettuż u għalhekk waqqfuh u wara li saret tfittxija fuqu, saret ukoll tfittxija f 'kamra ta' lukanda fil-viċin li kien qed jagħmel użu minna. Fil-kamra l-pulizija sabu 18-il pakkett b'sustanza bajda suspettata droga kokaina, numru ta' pirmli f 'pakkett ieħor, 12- il pakkett b'sustanza ħadra suspettata droga kannabis kif ukoll diversi oġġetti relatati mal- bejgħ tad-droga. Ir-raġel qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fil- jiem li ġejjin. L-investigazzjonijiet fuq il-każ għadhom għaddejjin. Nhar il-Ġimgħa għal xi s-sitta neqsin kwart ta' filgħaxija l-Pulizija ġiet infurmata minn sidien ta' razett li jinsab fl- akwati tal-Bidnija u li għadu fi stadju ta' kostruzzjoni, li sabu parti mill-post b'diversi ħsarat strutturali. Fuq il-post marru minnufih il- Pulizija fejn mill-ewwel stħarriġ illi sar irriżulta li l-ħsarat x'aktarx seħħew kawża ta' splużjoni. Għaldaqstant intalbet l-assistenza tal-Explosive Ordnance Disposal tal-Forzi Armati ta' Malta fejn wara li kkonfermaw li ma hemm ħadd fil-post, kif ukoll ma hemm ħadd midrub, bdiet l-investigazzjoni tal-Pulizija. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. 28 persuna oħra jinqabdu jgħixu Malta bla permess u se jitkeċċew mill-pajjiż 18-il pakkett kokaina, pirmli u 12-il pakkett kannabis fuq raġel arrestat f'Paceville Splużjoni f'razzett fl-inħawi tal- Bidnija... Ħadd ma jweġġa'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022