Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 finanzi IL-ĦADD 06 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Scicluna jattendi konferenza f'Istanbul li ddiskutiet iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u l-ikel I l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, indirizza l-Konferen- za Annwali tal-Banek Ċen- trali Mediterranji li saret f 'Istanbul it-Turkija, fil-31 ta' Ottubru 2022. Din il-konferenza konġunta intitolata 'Building Resilience in Uncertain Times: Safeguarding Financial Stability, Encouraging Investments - A View from the Mediterranean Countries' ġiet organizzata mill-Organizzazzjoni għall- Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), Banco de España, u l-Istitut Ewropew tal-Mediterran (IEMed). Il- konferenza konġunta saret fiċ-Ċentru ta' Istanbul tal-OECD għar-Relazzjonijiet Globali. Il-Gvernatur Scicluna ħa sehem f 'sessjoni tal-konferenza/diskussjoni bit-titlu 'Central Banks on the way out of the COVID-19 crisis but facing new global challenges' li kienet ippreseduta minn Prof. Şahap Kavcıoğlu, Gvernatur tal- Bank Ċentrali tar-Repubblika tat- Turkija mal-kelliema parteċipanti Boris Vujčić, Gvernatur tal-Bank Nazzjonali tal-Kroazja u Saddek Omar Ali Elkaber, Gvernatur tal- Bank tal-Libja. Is-sessjoni ffukat dwar l-isfidi l-ġodda li l-banek ċentrali qed jiffaċċjaw fl-2022, jiġifieri r-rabta bejn iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel, iż-żieda fil-pressjonijiet inflazzjonarji u l-kwistjoni tal-inċertezza dwar l-iżviluppi ekonomiċi futuri u l-irwol tal-banek ċentrali fost it- tensjonijiet ġeopolitiċi attwali. Fl-intervent tiegħu, il-Gvernatur Scicluna tkellem dwar l-isfidi li dawk li jfasslu l-politika monetarja qed jiffaċċjaw fl-ambjent makroekonomiku u ġeopolitiku attwali, u l-obbligu li l-pajjiżi tal-Mediterran sabiex jispjegaw il-pożizzjoni rispettiva tagħhom u r-rilevanza tagħha għal dan ir-reġjun. Dan huwa partikolarment hekk peress li l-instabbiltà finanzjarja fi kwalunkwe pajjiż ma tgħinx biex ir-reġjun sħiħ ikun attraenti f 'għajnejn l-investitur. Il-Gvernatur enfasizza l-importanza li d-deċiżjoni biex tiġi indirizzata l-inflazzjoni għolja għandha tkun flessibbli biex tindirizza l-effetti sekondarji possibbli min-normalizzazzjoni tal-politika. Fl-għeluq, il-Gvernatur tenna li l-politika fiskali għandha tintuża biex tappoġġa lil dawk l-aktar vulnerabbli permezz ta' miżuri mmirati u temporanji sabiex l-isforz tal-banek ċentrali biex tiġi stabbilità mill-ġdid l-istabbiltà tal-prezzijiet ma tkunx ipperikolata. Fil-livell internazzjonali, hemm skop għal aktar kooperazzjoni sabiex jiġu evitati riskji għall-istabbiltà finanzjarja milli jimmaterjalizzaw u biex l-inflazzjoni tinżel mingħajr ma jiġi pperikolat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Edward Scicluna jisħaq li l-politika fiskali għandha tintuża biex tappoġġa lil dawk l-aktar vulnerabbli permezz ta' miżuri mmirati u temporanji

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022