Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 kultura IL-ĦADD 06 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Seklu wieħed. Żewġ artisti Maltin: Wirjiet f'MUŻA Seklu wieħed. Żewġ artisti Maltin: Wirjiet f'MUŻA H eritage Malta se tfakkar il-mitt sena mit-twelid tal-ar- tisti lokali Antoine Camilleri u Frank Portelli permezz ta' wirja u diskussjoni dwar kull wieħed minnhom. Antoine Camilleri ħalla impatt dejjiemi fuq l-iżvilupp tal-arti moderna u kontemporanja Maltija. Wirja ta' diversi xogħlijiet minn tiegħu kif ukoll oġġetti personali, bl-isem Infakkru lil Antoine Camilleri (1922-2005): Mitt Sena minn Twelidu, se tittella' mill-Ħamis 17 ta' Novembru sal-Ħadd 4 ta' Diċembru fil-Camerone ta' MUŻA, il-Belt Valletta. F'MUŻA se ssir ukoll diskussjoni dwar l-artist fis-17 ta' Novembru fis- 6.30p.m. Membri tal-familja ta' Camilleri kif ukoll nies li kienu jafuh mill-qrib se jkunu preżenti biex jaqsmu t-tifkiriet tagħhom dwaru. Id-dħul ikun b'xejn. Min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel. Min-naħa l-oħra, Frank Portelli (1922-2004) għamel isem għalih innifsu mhux biss bħala artist iżda wkoll bħala disinjatur tad-djar, tal- bolol, tal-posters, kif ukoll ta' karrijiet u maskri tal-Karnival. Xogħlijiet tiegħu se jkunu esebiti f 'wirja bl-isem 100 sena: Infakkru l Arti u l-Ħajja ta' Frank Portelli, li se tibqa' għaddejja mill-Ġimgħa 9 ta' Diċembru sal-Ħadd 8 ta' Jannar 2023, għal darb'oħra fil- Camerone. Qraba u ħbieb ta' Frank Portelli se jinġabru f 'MUŻA fid- 9 ta' Diċembru fis-6.30pm biex jitħaddtu dwar l-artist. Id-dħul huwa bla ħlas. Min jasal l-ewwel jinqeda l-ewwel. Heritage Malta b'wirjiet fil- Camerone ta' MUŻA li jfakkru lill-artisti Maltin Antoine Camilleri u lil Frank Portelli Antoine Camilleri Frank Portelli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022