Illum previous editions

ILLUM 6 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1483498

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 Baġit2023 IL-ĦADD 06 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Effettiv fil-kritika u progress x'jagħmel differenti fl-ekonomija ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ta wieħed mill- aħjar diskorsi tiegħu nhar it- Tnejn minn kemm ilu fil-kariga fir-reazzjoni għall-Baġit. Dan fis-sens li kien diskors pjuttost inċiżiv, li kien fih botti b'saħħithom kontra l-Gvern, kontinwità fit-tonalità u kien b'saħħtu wkoll fuq numru ta' punti - speċjalment l-aċċenn tiegħu fuq kwistjonijiet soċjali, fuq il-faqar, l-għoli tal-ħajja kif ukoll fuq il-kwistjoni tal- ipprivatizzar ta' tliet spartijiet pubbliċi. Minn naħa l-oħra iżda ma kienx daqstant effettiv fuq il-kwistjoni tal-alternattivi ekonomiċi li qed joffri l-Partit Nazzjonalista, alternattivi għall-għoli tal-ħajja, l-għoli fil- prezzijiet tal-proprjetà u lanqas fil-viżjoni ekonomika li tmur lilhinn minn dak li kien għamel Gvern Nazzjonalista kważi 10 snin ilu. Strateġija effettiva... Imma effettiva daqs l-2008/09? Il- kuntest kollox! Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għamel aċċenn qawwi u kontinwu fuq il-faqar u anke l-għoli tal-ħajja, fil-fatt wieħed jista' jgħid li d-diskors kien kważi kollu iċċentrat madwar dawn it- temi li allura huwa realizzazzjoni ċara mill-Oppożizzjoni ta' dak li qed jinkwieta lill-votanti u ta' dak li dwaru jridu jisimgħu. Huwa kontinwament beda jindirizza lil dawk li kienu qed jarawh u jgħid li filwaqt li "inti" ma tistax tlaħħaq mal-ħajja dawk "tal-qalba" u "ta ġewwa" qed igawdu minn konsulenzi u kuntratti li jlaħħqu l-eluf. Hawnhekk Grech kien qed jipprova jgħaqqad l-uġigħ li hawn u li jitratta l-għoli tal- ħajja ma' dawk li l-eks Mexxej Laburista Alfred Sant kien iħobb isejjaħ 'ħbieb tal-ħbieb' u li Grech jisħaq illi qed jistagħnew. Din hija tattika li intużat diversi drabi, minn diversi mexxejja fl-Oppożizzjoni speċjalment fi żmien ta' għafsa ekonomika. L-Oppożizzjoni Laburista kienet użata fil-fatt b'suċċess kbir fl- aħħar leġiżlatura ta' Gvern Nazzjonalista fuq il-kwistjoni taż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Imma Grech qed jirnexxilu ikun daqstant effettiv? Mhux qed ikun daqstant effettiv, mhux minħabba l-essenza tal-argumenti tiegħu daqskemm minħabba l-kuntest politiku tal-lum. Bħall-2009, illum iż-żieda fil-prezzijiet għandha għeruq ċari, magħrufa pubblikament u indiskuttibbli - jiġifieri l-gwerra fl-Ukrajna, li wasslet għal nuqqasijiet kbar fil-forniment tal-ikel - speċjalment qmugħ u żejt - splużjoni fil-prezzijiet tat- trasportazzjoni tal-merkanzija - inkluż ikel u problemi fil- provvista tal-gass mir-Russja minħabba s-sanzjonijiet u allura żieda fil-prezz tal-enerġija. Fl- 2008 id-dinja kienet qed tiffaċċja prezzijiet internazzjonali dejjem jiżdiedu taż-żejt hekk kif kienet faqqgħet il-kriżi finanzjarja mbuttata mill-falliment ta' wieħed mill-akbar Banek ta' Investiment fl-Istati Uniti, il- Lehman Brothers Holdings Inc. Allura kif inhu differenti l-kuntest? Id-differenza hija r-risposta għall- kriżi, li fil-każ tal-preżent hija akbar mhux biss għax hija gwerra wara biebna imma anke għax qed issewgi pandemija ta' sentejn li waslet biex it-turiżmu jieqaf b'mod assolut għall-ewwel darba minn kemm ilu jeżisti bħala industrija. F'dan il-każ - u din hija s-saħħa tal-Gvern - il-Partit Laburista u l-Gvern qed jisħqu li l-miljuni li qed joħroġ f 'sussidji u l-elenku ta' miżuri fiskali li tħabbru fil-Baġit, apparti miljuni f 'għajnuniet waqt il- pandemija, huma proprju risposta għal dan l-għoli u l-kriżijiet li għaddejna minnhom. Dan qajla jista' jingħad għall-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi li minkejja reżistenza qawwija ħafna mill- unjins kollha tal-pajjiż, protesti kbar fil-belt Valletta u l-għajta kontra dawn ż-żidiet konsiderevoli fil-kontijiet minn negozji, il-Gvern baqa' għaddej bil-pjan biex jgħolli l-kontijiet. Anzi kien għamel l-iżball politiku madornali li quddiem il- protesti u r-rabja tal-poplu kien qal illi "se jivvota bil-qalb" biex il-pjan tal-Gvern fis-settur tal-enerġija jibqa' għaddej. Dan apparti li l-Oppożizzjoni Laburista f 'dawk is-snin (2008 - 2013) kellha r-riħ fil-poppa b'mexxej ġdid - li kien qed jiġbed l-attenzjoni u anke l-ammirazzjoni ta' bosta, oppożizzjoni organizzata ħafna li kienet qed tibni kuntatti b'saħħithom mad-dinja tan- negozju u poplu li kien ilu juri ċerta element ta' xeba' fil-mod kif kien qed jitmexxa minn Gvern li kien ilu fil-poter mill-1987, kważi mingħajr ebda interruzzjoni, ħlief għal sentejn (1996 - 1998). Tant hu hekk li l-Oppożizzjoni kienet tilfet l-elezzjoni tal-2008 bl-inqas marġini fl-istorja. Dawn huma elementi li xi it jew wisq mhumiex preżenti llum. Naturalment dan huwa kollu passat u Grech dak iż-żmien ma kellux kariga fil-PN. Iżda li qed nagħmlu huwa li nqabblu l-kuntest biex nipprovaw nanalizzaw u nifhmu għaliex minkejja l-għoli tal-ħajja bla preċedent bħalissa, sa issa xorta għad ma hawnx ir- rabja, furur, protesti u sens ta' korla lejn il-Gvern li kien hawn fl-2008/2009. Id-diskors ta' Bernard Grech b'reazzjoni għall-Baġit kien immarkat b'suġġetti u temi li qed jinkwetaw ħafna lin-nies, speċjalment l-għoli tal-ħajja. Grech jaf x'inhi l-ferita, imma d-duwa li qed joffri kif inhi differenti min tal-Labour? U jekk għandu duwa hija aħjar minn tal-Labour? Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech waqt ir-replika għall-Baġit imressaq mill-Gvern

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 November 2022