Illum previous editions

ILLUM 13 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484061

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 13 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Erich Wolfgang Korngold - Kompożitur ta' mużika mill-isbaħ għall-films Ħafna kompożituri għamlu isem billi, fost xogħlijiet oħra, kkomponew temi u siltiet għaċ-ċinema. Fost dawn, nista' nsemmi lil Max Steiner, Alfred Newman, Victor Young, Miklos Rosza, Dimitri Tiomkin, Elmer Bernstein, Mario Nascimbene, John Barry, Francis Lai, Maurice Jarre, John Williams, Ennio Morricone, Hans Zimmer u diversi oħrajn li hu mpossibbli insemmihom kollha. Dawn il-kompożituri akkwistaw fama, rebħu ħafna unuri u anki Oscars. Qabel dawn kollha, kien hemm ukoll kompożitur li l-mużika tiegħu tassew aġevolat diversi films ta' azzjoni sfrenata u avventuri qawwija lejn nofs is-snin tletin u dawk tas-snin erbgħin. Erich Wolfgang Korngold twieled nhar id-29 ta' Mejju 1897 fi Brunn, li dak iż-żmien kienet tagħmel parti mill-Imperu Awstrijak/Ungeriż (illum hija l-belt ta' Brno fir-Repubblika Ċeka). Hu miet fid-29 ta' Novembru 1957 fil-għomor ta' 60 sena. Diġà ġenju bħala tifel, sar wieħed mill-aktar kompożituri importanti u influwenti fl- istorja ta' Hollywood. Kien pjanista famuż, kompożitur ta' mużika klassika u anki mużika għall-films u l-ewwel wieħed ta' statura internazzjonali li kiteb mużika għaċ-ċinema għall-films ta' Hollywood. Ta' ħames snin Erich kien diġà kapaċi jdoqq arranġamenti għall-pjanu flimkien ma' missieru, Julius. Kien kapaċi wkoll jirriproduċi melodiji elaborati u kompluti fuq strumenti bil-kordi. Meta kellu seba' snin beda jikteb mużika oriġinali. Fl-1919 hu daqq il-kantata Gold ta' Gustav Mahler u dan il-kompożitur sejjaħlu "ġenju mużikali" u rrikmandah biex jistudja ma' Alexander von Zenlinsky. Richard Strauss ukoll kellu kliem ta' tifħir għal dan iż- żagħżugħ. Flimkien ma' Mahler qalu lil missieru li m'hemmx xi benefiċċju jekk jiktbu f 'xi konservatorju tal-mużika għaliex l-abbilitajiet tiegħu huma tassew avvanzati b'diversi snin li mhu se jitgħallem xejn ġdid. Meta kellu 11-il sena, il-ballet tiegħu Der Schneermann (The Snowman) qajmet sensazzjoni fi Vjenna u warajh il-Piano Sonata tiegħu li kitibha meta kellu 13-il sena ndaqqet madwar l-Ewropa minn Arthur Schnabel. L-operetti tiegħu b'att wieħed, Violanta u Der Ring des Polykrates kellhom il-premiere fi Munich fl-1916, diretti minn Bruno Walter. Ta' 23 sena, l-opra tiegħu, Die Tote Stadt (The Dead City) kellha l-premiere tagħha f 'Hamburg u Cologne. Fl-1921 kien il-maestro tal-orkestra fil-Hamburg Opera. Matul is- snin għoxrin hu reġa' rranġa, reġa' orkestra u reġa' kważi kkompona għat-teatru operetti ta' Johann Strauss II. Sal-1931 laħaq professur tal-mużika fil- Vienna State Academy. Kien fuq talba ta' Max Reinhardt, direttur tal films u anki minħabba il- qawmien tar-reġim Nażista, li Korngold iddeċieda li jitlaq lejn l-Istati Uniti fl-1934 biex jikkomponi mużika għall-films. L-ewwel xogħol mużikali tiegħu fl-Amerika kien propju għall-film ta' Reinhardt, A Midsummer Night's Dream (1935), milqugħ tajjeb mill- kritiċi. Fil-mużika li kiteb wara nsibu films bħal Captain Blood (1935), li verament għin il-karriera ta' tal-protagonist kważi ġdid, Errol Flynn. Il- mużika tiegħu għal Anthony Adverse (1936) rebħet l-Oscar u wara sentejn reġa' kellu l-istess suċċess b'The Adventures Of Robin Hood, ukoll bl-attur Errol Flynn. B'kollox kiteb il-mużika għal 16-il film ta' Hollywood u rċieva żewġ nominazzjonijiet oħra għall-Oscars. Flimkien ma' Max Steiner u Alfred Newman nistgħu nqisuh bħala wieħed mill-fundaturi tal-mużika għaċ-ċinema. Għalkemm il-kompożizzjonijiet tiegħu għax-xogħlijiet romantiċi klassiċi ma baqgħux popolari bħal qabel, meta miet fl-1957, il-mużika tiegħu reġgħet kellha qawmien ta' interess fis-snin sebgħin bi ħruġ ta' xogħlijiet irrekordjati u kumpilazzjoni ta' mużika għall-films fuq diska LP (long play). Fl-1943, Erich Wolfgang Korngold sar ċittadin Amerikan naturalizzat. Fl-1924 hu żżewweġ lil Luise von Sonnenthal unjoni li damet soda sal-1957, mal- mewt tiegħu f 'Los Angeles. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 November 2022