Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484061
18 Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Saviour Balzan huwa sid tal-mediatoday, ġurnalist u xandar u ser ikun magħkom kull nhar ta' ħadd Carmel Cacopardo Saviour Balzan opinjoni IL-ĦADD 13 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Is-saħħa ta' kull vot: Għodda għall-bidla Mela tajjeb ... Sur Politiku I l-vot li għandu kull wieħed minna hu b'saħħtu ħafna: ferm iktar milli naħsbu. Fis-sistema elettorali tagħna il-vot hu tras- feribbli: jgħaddi mingħand kandidat għall-ieħor. Dan minħabba li aħna nagħmlu użu minn sistema ta' pref- erenzi, waħda wara l-oħra. Is-sistema elettorali tagħna fil-fatt tissejjaħ single transferable vote (STV), vot singlu transferibbli. Dan ifisser li aħna nibdew billi nagħtu l-ewwel preferenza lill- kandidat li nippreferu. Wara nkomplu nagħtu iktar preferenzi lill-kandidati l-oħra. B'hekk il-vot tagħna, jekk ikun hemm waqt li ma jkunx qed jintuża mill-kandidat preferut tagħna, jkun jista' jgħaddi fuq il-kandidat li jkollu t-tieni preferenza. Jekk ikun hemm bżonn imbagħad il-vot jibqa' jintiret minn min ikollu preferenza iktar 'l isfel ukoll. Hekk jiġri fl-elezzjonijiet kollha li jsiru f 'dan il-pajjiż. Imma mhux kulħadd jagħmel użu mill-preferenzi wara l-unu bl-istess mod. Hemm min jagħti preferenzi lill-kandidati ta' partit wieħed biss u jinjoraw lill-bqija. Hemm min jinjora anke parti mil-lista tal-partit li jappoġġka. Hi għażla li ssir minn kull votant: għażla li jagħmilha bi dritt. Hemm min, min-naħa l-oħra, ma jagħtix preferenzi lill-kandidati ta' partit wieħed biss, iżda, wara li jagħżel il-kandidat jew kandidati ppreferuti tiegħu jagħżel ukoll lil dawk li jidhirlu li huma l-aħjar fost il-bqija u jagħtihom preferenza ukoll, skont kif jidhirlu li hu xieraq. Billi l-vot jgħaddi mingħand kandidat/i ta' partit għal għand kandidat/i ta' partit ieħor insejħulu "cross-party voting". Il-partiti l-kbar ma jaqblux mal- "cross-party voting" għax dan il-mod ta' kif tivvota idgħajjef is-saħħa tagħhom. Fil-fatt huma jinkuraġixxu lil dawk li jappoġġjawhom biex jevitaw il-"cross party voting". F'kull elezzjoni, il-partiti l-kbar u l-kandidati tagħhom ifesfsu u jgħidu fil-widnejn li jekk il-vot iħallat kandidati minn partiti differenti, ikun ħażin u ma jgħoddx. Jagħmlu dan biex inaqqsu t-telf possibli ta' voti tagħhom bejn għadd u ieħor. Aħna bħala ADPD min-naħa l-oħra dejjem ikonraġġejna lill-votanti li possibilment jivvutaw u jagħtu valur lil kull kandidat li jkollhom quddiemhom. Għax hu b'dan il-mod li nistgħu bħala pajjiż ikollna l-aħjar rappresentanti. Fil-fatt hemm numru mhux żgħir minn dawk li jivvutaw lill-ADPD li jkomplu l-vot tagħhom fuq partiti oħra. Il-persentaġġ ta' dan ivarja minn elezzjoni għall-oħra. Ivarja anke bejn distrett u ieħor jew lokalità u oħra. Għalkemm hu persentaġġ li jvarja, ġeneralment ikun madwar it-33 fil-mija: jiġifieri wieħed minn kull tliet votanti li jagħtu l-vot tagħhom lill-ADPD, wara, jkomplu fuq kandidati ta' partiti oħra. Mhux l-ewwel darba, f 'elezzjoni akkanita, li dawn il-voti iddeterminaw min jitla'. Dan hu tajjeb u juri kemm hu b'saħħtu l-vot individwali. Hu mod matur kif tintuża s-saħħa tal-vot u kif ikun assigurat li l-vot jibqa' effettiv l-iktar possibli tul il-proċess elettorali. Dan kollu għandna mhux biss nirrispettawh: fuq kollox għandna ninkuraġġuh għax jagħmel il-ġid lill-pajjiż. Qed ngħid dan fid-dawl tal- kandidatura tiegħi għall-elezzjoni każwali li se ssir għada it-Tnejn 14 ta' Novembru 2022 wara li Albert Buttiġieġ irreżenja mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, in vista tal-elezzjoni tiegħu bħala Membru Parlamentari. Nhar l-Erbgħa tfajt in- nominazzjoni tiegħi b'rispett lejn kull votant, b'mod partikolari dawk li ma jħossuhomx ristretti dwar kif għandhom jivvutaw. Bħala partit politiku, il-partit li jiena mmexxi dejjem saħaq li l-vot hu b'saħħtu biżżejjed biex jintuża lil hinn mil- limiti artifiċjali imposti mill-partiti politiċi ewlenin. Kuntrarju għall- partiti politiċi l-oħra aħna dejjem inkoraġġejna li l-vot ma jkunx eżerċitat b'mod restrittiv iżda b'mod li jagħti apprezzament lill-kandidati kollha lil hinn mill-kulur politiku li miegħu huma assoċjati. Il-votanti li jaġixxu b'dan il-mod, li ma jħallux lil min jirrestrinġihom, jixirqilhom kull rispett għax qed jisfidaw lis-sistema li tipprova toħnoqhom. Għal din ir-raġuni ma nistax nonqos milli nikkontesta l-elezzjoni każwali, anke jekk il- possibilitajiet għalija naf li huma limitati. Li nikkontesta f 'dawn iċ- ċirkustanzi hu obbligu. Biex jagħżlu l-kandidati preferuti tagħhom, uħud mill-votanti jaqilbu l-vot tagħhom minn partit għall-ieħor skont kif jidhrilhom li hu l-aħjar. Fil-fatt, meta ġew mgħaduda l-voti fl- elezzjoni tal-2019 għall-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, fit-tieni għadd tal-voti, 6.33% tal-voti miksuba mill-kandidat Albert Buttigieg kienu jkomplu fuq partiti li mhumiex il-partit li miegħu hu kkontesta. Dan hu rifless fil-mod kif tqassmu l-voti ż-żejda li kellu Albert Buttiġieġ. Hu probabbli ħafna li dan jirrepeti ruħu anke fl-għadd waqt l-elezzjoni każwali, kif, wara kollox, jiġri diversi drabi fl-elezzjonijiet lokali u anke sa ċertu punt, f 'elezzjonijiet oħra. Kif inhuma mqassma l-voti li hemm fil-pakketti li jiffurmaw il- kwota elettorali ta' Albert Buttigieg, jiena ma nafx. Ma nafx jekk hemmx biżżejjed minnhom biex jagħmlu differenza. In-numri huma żgħar ħafna, ma hemmx eluf involuti: il- kwota sħiħa fil-fatt fiha biss 390 vot. Il-kwota meħtieġa għall-elezzjoni każwali ser tkun ta' 196 vot. Ir-riżultat jista' jkun determinat minn kemm hu kbir in-numru ta' votanti li għarfu s-saħħa kbira li għandu l-vot tagħhom u għamlu użu minnha. Uħud minnhom wara li vvutaw lill- kandidati tal-PN, il-partit li ppreżenta l-kandidatura ta' Albert Buttiġieġ, għaddew il-preferenza tagħhom fuq kandidati ta' partiti oħra, inkluż possibilment fuqi. Oħrajn għażlu possibilitajiet oħra dwar kif ivarjaw il- preferenzi tagħhom, jekk dehrilhom li dan kien meħtieġ. Dan hu s-sabiħ tas-sistema elettorali tagħna li mhux dejjem napprezzaw biżżejjed. F'dan il-kuntest il-vot tagħna jsir għodda pożittiva għall-bidla. Hu l-għarfien u r-rispett lejn dan il-proċess li minnu jgħaddu wħud mill-votanti li wassalni biex nieħu pass li ġie deskritt bħala pass politiku mhux tas-soltu: li nikkontesta elezzjoni każwali li tirriżulta minn vakanza kkawżata minn kandidat ta' partit politku ieħor. Irrispettivament minn xi jkun ir-riżultat, inbaxxi rasi, bħal dejjem quddiem ir-rieda tal-votant. J ien qatt ma tgħallimt nigdem ilsieni. Tajjeb u ħażin hekk ħriġt. Dawn il-jumejn indunajt jew aħjar ikkon- fermajt dak li dejjem ħsibt. U jien kemm ili nikteb ippruvajt kemm jista' jkun li ma niktibx fuq il-weġgħat personali tiegħi. U hekk sewwa u xieraq. Imma issa daqshekk! Mela tajjeb, id-direttur tal-ħabs li, allegatament, poġġa pistola ma' ras xi ħadd għadu f 'postu, ta' qablu li ħalla l-ħabs b'rekord ta' mwiet - inkluż suwiċidju - telaq biss wara li lanqas kien għad fadal aktar skużi għall-fallimenti tiegħu (ingħata rigal bħala envoy għal-Libja)... imma ħaddieħor tkeċċa. U nista' nkompli. • • • Issa din is-sena fit-toroq ta' Malta diġà mietu aktar minn 22 persuna. Qishom dubbien qed imutu u allajbierek ħadd mhu responsabbli u ħadd ma jaf x'ser jagħmel... ħadd ma ġie sospiż! Kull Ministru li tkellem - mill-Ministru Byron Camilleri sa Aaron Farrugia, kulħadd b'ħafna kliem elokwenti li ma jfissru xejn u sadanittant azzjoni żero. U nista' nkompli! Akkużi f 'Ministeri ta' abbuż ta' poter jew dak li jkun jingħata sospensjoni bil-paga ridotta. Imbgħad hemm dawk il-Ministri li ma jiswewx xelin. Ma għandhom xejn x'juru, mhumiex kompetenti, jew preparati, jew inkella konxji kemm qed joħorġu ta' ġifa u xorta jibqgħu hemm. Għax hekk hemm bżonn! Insomma, x'qed nipprova ngħid? Qed nipprova ngħid li wara kull storja hemm storja oħra u ma trid xejn li xi darba ż-żejt jitla f 'wiċċ l-ilma. Jew li l-bużżieqa tinfaqa'. • • • Michael Stivala il-boss tal-Malta Developers Association - jiġifieri l-assoċjazzjoni ta' min jagħmel il-flus minn fuq il-kampanja Maltija - fuq il-programm tal-lettur u xandar Andrew Azzopardi, fuq l-istazzjon tal-Knisja, qal li hemm għaqdiet ambjentali li qegħdin imħallsa mill-big business. Ostra, x'għarakuża! Mela ha ngħid oħra goffa – So fucking what? Biex qed jistagħġeb? Il-ħanina! Għal snin twal l-azjendi tan-negozju iffinazjaw lill-Partit Laburista u dak Nazzjonalista bil-famużi pakketti kannella, mimlijin kollha noti tal-€500. Ġabuhom paljazzi tagħhom, servi tagħhom, pupazzi tagħhom... Dan apparti li għandna liġijiet tal-ippjanar li qed jaċċertaw illi dan il-pajjiż ser jinħexa qabel iż-żmien. Stuprajna pajjiż biex il-partiti ikollhom il-flus, jaqdu lill- kbar u jfottu lil pajjiżna biex jirbħu l-elezzjonijiet. Aħjar noqgħod kwiet u lil Michael ngħidlu: Mike, tippruvax tkun bhal Sandro Chetcuti. Ma għandekx l-ardir, il-wiċċ u l-arroganza li tħares lejn dak li jkun u tipprova tikkonvinċih li l-industrija tal-ispekulatur hija mibnija fuq xi att nobbli. • • • Darba għasfur qalli: "Kos hux, Joseph Muscat kien jaqdi lin-nies, għamilhom sinjuri, ma rema' lill-ħadd u xorta daru kontrih." Ma mitx mill-ewwel, imbgħad it wara ntbaħt għal min kien qed jgħid!