Illum previous editions

ILLUM 13 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484061

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 kummerċjali IL-ĦADD 13 TA' NOVEMBRU 2022 • illum X'INHI L-PROBLEMA B'ĊERTI PROPRJETAJIET ILLUM? Ċerti sidien ta' proprjetà mhumiex f 'pożizzjoni li jqiegħdu fis-suq jew jakkwistaw self bankarju għall-proprjetà tagħhom minħabba illegalità li mhix sanzjonabbli li setgħet seħħet qabel 2016. JISTÀ L-IŻVILUPP EŻISTENTI MHUX SANZJONABBLI KOLLU JIĠI REGOLARIZZAT? Le. Sal-lum l-applikazzjonijiet għar-regolarizzazzjoni huma aċċet- tati biss għal bini irregolari u struttu- ri li kompletament jaqgħu fil-konfini tal-iżvilupp. L-emendi proposti jfittxu li jwessgħu dan marġinalment u għal- hekk jinkludu wkoll proprjetajiet ta' qa- bel l-2016 li għandhom is-sit tagħhom parzjalment lil hinn mill-konfini tal-iżvilupp iżda li huma koperti b'per- mess eżistenti. L-emendi jipproponu wkoll li jiġi inkluż l-iżvilupp kollu fi ħdan f 'Settlement Rurali ta' Kategorija 1. L-iżvilupp irregolari m'għandux joħloq ħsara lil tal-madwar. Barra minn hekk, kull irregolarità trid tidher fir-ri- tratti mill-ajru tal-2016 meħuda minn l-Awtorità. XI TFISSER ĦSARA LILL-AMENITÀ? Żvilupp irregolari ma jistax jipperiko- la l-'kumdità, konvenjenza, sigurtà, u utilità li tista' titgawda fi ħdan u mad- war proprjetà jew żona. Meta tiġi jik- kunsidrata applikazzjoni, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet huma għalhekk meħtieġa li jqisu l-privatezza distanzi, kwistjoni- jiet ta' sikurezza u livelli ta' prospetti. JISTA' JIĠI REGOLARŻATA l-BINI KOLLU F'SIT ODZ? Le. Żviluppi eżistenti mhux sanzjon- abbli mhux konformi biss li jinsabu fi ħdan f 'Settlement Rurali ta' Kategorija 1 jista' jiġi kkunsidrat. BINI LI MHUX KOPERT B'PERMESS JISTÀ JIĠI REGOLARIZZAT? Le. Mhux eliġibbli. X'INHU SETTLEMENT RURALI? Rural Settlements ġew identifikati fl-2006 permezz tal-Pjanijiet Lokali. Dawn is-Settlements, li huma barra mill-konfini tal-iżvilupp, huma żoni fejn kienu ngħataw għadd ta' permes- si antiki tal-bini għal residenzi u huma viċin iż-żona urbana ewlenija iżda mi- fruda b'vojt mhux żviluppat. IL-PROPJETÀ TIEGĦI BIL- IRREGOLARITAJIET MHUX SANZJONIJIET TINSAB PARZJALMENT LIL HINN MILL- KONFINI TAL-IŻVILUPP. NISTA' NAGĦŻEL IL-PROĊESS TA' REGOLARIZZAZZJONI? Iva, jekk il-proposti jiġu approvati, proprjetajiet li jaqgħu parzjalment bar- ra mill-konfini tal- iżvilupp se jkunu jistgħu japplikaw sabiex jirregolariz- zaw. Mandankollu, Ir-regolarizzazzjoni għandha tapplika biss għal bini eżisten- ti li huma diġà koperti minn permess maħruġ qabel l- 2016. Għandhom jiġu kkunsidrati biss varjazzjonijiet mhux sanzjonabbli mill-permess eżistenti. Siti fejn ma teżisti ebda forma ta' permess għall-iżvilupp, m'għandhomx ikunu eliġibbli għal regolarizzazzjoni. SE JKUN HEMM TIBDIL IT-TARIFFI? LE. L-applikant ser jibqa jkun obbli- gat iħallas tariffa amministrattiva ta' minimu ta' €50 għal kull applikazzjoni. Barra minn hekk, lull applikazzjoni ser tkun soġġetta għal ħlas, ikkalkolat fuq it-total tal-ispazju msaqqaf ta' kull sular tal-proprjetà li se tiġi rregolarizzata. REGISTERED INTERESTED PARTIES SEŻŻOMMU ID-DRITTIJIET TAGĦHOM? Meta l-Awtorità tal-Ippjanar tirċie- vi applikazzjoni dwar sit li fuqu ikun hemm avviż ta' infurzar li għadu fis- seħħ, l-Awtorità ser tissalvagwardja l-interessi tal-partijiet terzi kollha li kienu ppreżentaw l-ilment forma- li li fuqu kien inħareġ l-avviż. F'dawn il-każijiet, l-Awtorità se tkun qiegħda tinforma dawk l-istess partijiet terzjar- ji bl-applikazzjoni ta' regolarizzazzjoni sottomessa, fejn se jingħataw l-għaż- la li f 'perjodu ta' 15 –il ġurnata, huma għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità jekk għandhomx jiġu kkunsidrati bħala registered interested parties. L-AWTORITÀ TISTA TINPONI KONDIZZJONIJIET? L-Awtorità, mal-ħruġ ta' permess, xorta waħda se żżomm id-dritt li tim- poni kundizzjonijiet li jidhrilha li huma meħtieġa, inkluż, iżda mhux limitat, l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet speċifiċi mwettqa fiż-żmien stipulat ta' sentejn. F'każ li l-kundizzjonijiet ma jiġux ris- pettati, l- applikazzjoni tista' tiġi miċħu- da. B'LIEMA MOD L-AWTORITÀ QED TUŻA D-DĦUL MIĠBUR MINN DAWN L- APPLIKAZZJONIJIET? Sa mill-introduzzjoni ta' dawn ir-reg- olamenti fl-2016, l-Awtorità rċeviet 'il fuq minn 19,500 applikazzjoni. Matul is-snin, l-Awtorità użat il-flus iġġenerati minn dawn l-applikazzjonijiet biex tiffi- nanzja skemi għar-riġenerazzjoni tal- belt u l-irħula tagħna, jiġifieri l-Iskema popolari Irrestawra Darek, Irrestawra l-Faċċata, Irrestawra l-Każin u Skema ta' Għotja għar- Restawr tal-Gallarija Tradizzjonali tal-Injam. Xi wħud mill- flus jintużaw ukoll għal proġetti ta' titjib urban proposti minn kunsilli lokali jew NGOs permezz tal-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 November 2022