Illum previous editions

ILLUM 13 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484061

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Għall-baġit tas-sena d-dieħla l-gvern alloka €154.2 miljuni biex is-settur tat-turiżmu, bil- Ministru gżat-Turiżmu Clayton Bartolo jisħaq illi minkejja l-isfidi internazzjonali, il- Gvern ser ikompli jinvesti biex il-prodott turistiku lokali jaġġorna ruħu maż-żminijiet tal-lum. Huwa sostna li fil- fatt il-Gvern qed jinvesti biex titjieb l-infrastruttura turistika ta' waħda mill-iżjed bajjiet popolari f 'pajjiżna, propju waqt konferenza fl-Għadira fejn bħalissa għaddej xogħol infrastrutturali marbut mar- riġenerazzjoni tat-triq u anke tal-promenade ta' din l-aktar bajja popolari f 'Malta. Huwa kien akkumpanjat mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia. Il-Ministru Bartolo żied jgħid li t-triq 'il quddiem għas-sena li ġejja ser tkun waħda bbażata fuq it-titjib fil- konnettività bl- ajru permezz ta' żieda fir-rotot u l-frekwenzi li jirrispondu għad-domanda tas-settur, kif ukoll twessigħ tal-attività ta' reklamar f 'aktar swieq u niċċeċ, bħat-turiżmu sportiv, kulturali u reliġjuż. Min-naħa tiegħu, il- Ministru Aaron Farrugia qal li Infrastructure Malta se tkompli tikkollabora ma' numru ta' entitajiet u awtoritajiet biex twassal proġetti infrastrutturali fil-ħin, b'mod professjonali u li jpoġġu lin-nies fiċ-ċentru tagħhom. "Dan il-proġett jixhed l-impenn tal-entita fejn f 'lokalità li lejha tiġbed eluf ta' turisti u familji, u minn triq li kienet għal ħafna snin minsija hekk kif hija l-unika triq li twasslek minn u lejn il-vapur ta' Għawdex, se nwasslu proġett li mhux biss huwa estetikament isbaħ, iżda ħaseb ukoll għal numru ta' servizzi u faċilitajiet ġodda. Dan filwaqt li tejjibna l- konnettività minn u lejn il-Marfa, post frekwentat minn ħafna speċjalment tul ix-xhur tas-sajf," temm jgħid il-Ministru Farrugia. €154 miljun allokati għat-turiżmu jfakkar Bartolo waqt li jżur il-proġett ta' riġenerazzjoni fl- Għadira

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 November 2022