Illum previous editions

ILLUM 13 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484061

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

nies iweġġgħu. X'inhu jiġri fit-toroq tagħna? 07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 13 TA' NOVEMBRU 2022 Uħud mill-ħajjiet li nħasdu fit- toroq Maltin din is-sena! Fl-4 ta' Jannar il-President Ta' Puttinu Cares u l-Pedjatra Victor Calvagna ta' 63 sena miet wara li intlaqat b'karozza fil-Qawra, fejn kien qiegħed jiġġogja. Xahar wara - nhar is-6 ta' Frar - Ajay Shrestha minn Nepal, li kien jaħdem bħala food courier intlaqat minn metalli li waqgħu minn fuq trakk fi Triq Aldo Moro, il-Marsa. Xahar wara, iż-żagħżugħ Andrea Alamango ta' 28 sena miet wara inċident fil-Gżira wara ħabta bejn żewġ muturi. F'Awwissu miet Antoine Degabriele f 'inċident hit and run fiż-Żejtun, inċident li spiċċa quddiem il-Qorti bil-każ għadu għaddej. Dean Donovan Debono kien akkużat bil-qtil ta' Degabriele. Iktar riċenti mietet Marie Claire Lombardi f 'inċident fi Triq Imdina. Lombardi kienet stilista tax-xahar popolari ħafna u kemm il-każ u anke l-funeral tagħha - fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta - kien irrapportat fuq il-midja. Rapporti fuq il-midja soċjali indikaw kif it qabel dan l-inċident xi ħadd waqqa' kannestru żebbuġ li ma ġabarx u li jista' jkun illi kien il- kawża ta' dan l-inċident. 'Is-sitwazzjoni fit-toroq Maltin ssir dejjem agħar' traffiku u minn naħa l-oħra l-biża' ta' periklu li jistgħu joffru, huwa beda billi qal illi huwa fatt inegabbli li aktar muturi joqgħodu fit-triq milli karozzi u allura li dawn jistgħu jkunu soluzzjoni. "Minkejja dan, din hija xi ħaġa kulturali u għalhekk teżisti l-biża' fuq il-muturi. Idea u kultura li hija msaħħa mill-fatt li Malta pajjiż żgħir, b'toroq iżgħar u it li xejn hawn mezzi oħra ta' trasport." Is-sewwieq sostna ma' din il- gazzetta illi f 'pajjiżi oħrajn huwa komuni ħafna li wieħed jara l-użu tal-muturi jew anke ta' roti fit-toroq, xi ħaġa li jgħid illi f 'Malta għadha kważi rarità. "Dan qed jagħmel is- sitwazzjoni agħar," sostna dan il- biker tal-ILLUM. Mistoqsi x'jaħseb li huma s-soluzzjonijiet għall-futur, huwa qal li hemm bżonn bidla fil-kultura għalkemm ammetta li dan jieħu ż-żmien, anke ġenerazzjoni. "L-unika possibilità li nara jiena huwa trasport tal-massa taħt l-art, għax fuq l-art imbagħad diġà mimli. Huwa ta' xejn li jiżdiedu tal- linja la jeħlu fit-traffiku, għax jekk nirdoppjaw ix-xarabanks kull ma nkunu qed nagħmlu, nirdoppjaw ix-xarabanks li qegħdin fit-traffiku," temm jgħid Alex Meszaros. 'Terz tal-poplu jsegwi l-liġijiet, terz għandu bżonn edukazzjoni u t-terz l-ieħor jipprova jagħmel li jrid' Il-gazzetta tkellmet ukoll mat-Tabib Ray Gatt f 'isem l-għaqda non governattiva Doctors for Road Safety li sostna illi l-imwiet huma dejjem inkwetanti, anke jekk ikun hemm mewt waħda imma saħaq ukoll li mhux qed isir biżżejjed diskors u diskussjoni dwar dik li sejjaħ "il-muntanja". Huwa kien qed jirreferi għal dawk il-mijiet u eluf li jsofru minn ġrieħi ta' natura gravi, li għalkemm jibqgħu ħajjin ikollhom problemi serji ta' saħħa u xi kultant ta' dipendenzi soċjali wkoll. Huwa qal li l-għaqda hija inkwetata fuq tliet aspetti. L-ewwelnett hemm dak li qal illi huwa nuqqas ta' edukazzjoni kemm fost is-sewwieqa imma wkoll fost il-poplu in ġenerali u anke nuqqas ta' edukazzjoni fost it-tfal, fl-iskejjel. It-tieni problema hija t-toroq, għalkemm fuq hekk jirrikonoxxi li fl-infrastruttura tat-toroq sar progress qawwi. U finalment isemmi l-infurzar, jew inkella n-nuqqas tiegħu. Imma x'jaħseb li għandu jsir f 'dak li jitratta infurzar? Huwa jgħid illi kieku kellu jagħti kalkolu jgħid illi terz tas-sewwieqa fil-pajjiż isegwu l-liġijiet u r-regoli tas-sewqan, it-terz l-ieħor ma jsegwux daqstant imma kull ma jridu huwa edukazzjoni u finalment hemm dak it-terz ma jridx jitgħallem u jrid jagħmel li jrid. Huwa jisħaq li hemm bżonn ta' aktar kameras u dixxiplina fit-toroq biex jintlaħaq l-għan tal-infurzar. "Ejja naċċettaw li hemm problema u nsibu s-soluzzjonijiet għaliha," temm jgħid mal-ILLUM it- Tabib Ray Gatt.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 November 2022