Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 Hexagon House, Spencer Hill, Marsa. KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IS-SEPARAZZJONI MANDATORJA TAL-ISKART Ammont sinifikan ta' skart riċiklabbli li faċilment jista' jkun konver t f'riżorsa ta' valur, qiegħed jin lef fil-miżbliet, minħabba li l-iskart mhux qed jiġi separat kif suppost. Minħabba f'hekk, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, flimkien mal- Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, għandhom l-intenzjoni li jagħmlu s-separazzjoni tal-iskart fis-sors dmir ta' kull ċi adin inkluż fid-djar, stabbilimen kummerċjali u en tajiet pubbliċi. Aktar informazzjoni dwar il-konsultazzjoni pubblika fuq is-separazzjoni mandatorja tal-iskart għal kullħadd sta' nkiseb permezz tal-kodiċi QR hawn taħt jew f'h ps://era.org.mt/establishment-of-mandatory- separa on-of-waste-within-na onal-waste-legisla on/ Il-pubbliku huwa mis eden biex jibgħat kummen b'imejl lil: era.policy@era.org.mt 23 organizzazzjoni - fosthom il-Caritas, Fondazzjoni OASI, il-Malta Employers Association u anke l-Alleanza kontra l-Faqar - sostnew illi l-iżviluppi riċenti madwar il-ħatra ta' Chairperson Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tal-Kannabis - u r-riżenja ta' Mariella Dimech - "jikkonfermaw ir-riżervi qawwija tagħna li l-Gvern daħħal leġiżlazzjoni b'impatt kbir fuq is-soċjetà b'mod mgħaġġel u mingħajr ma ħoloq strutturi effettivi biex il-liġi tiġi implimentata." Dawn l-għaqdiet fakkru illi sena wara li ġiet approvata l-liġi, il-perċezzjoni li l-użu tal-kannabis fis-soċjetà tagħna sar "free for all" żdiedet b'mod drammatiku filwaqt li qalu illi qed jispikka n-nuqqas tal-istrutturi kkontemplati mil-liġi biex jirregolaw. L-għaqdiet firmatarji esprimew t-tħassib tagħhom li, wara l-isforz qawwi li sar biex tgħaddi il-liġi, il- Gvern ma weriex l-istess rieda biex jinvesti fir-riżorsi meħtieġa biex titwaqqaf Awtorità b'saħħitha "li timplimenta l-liġi b'mod serju u responsabbli." Għalhekk huma temmew jesprimu l-awgurju illi din l-awtorità tingħata r-riżorsi meħtieġa biex tiżviluppa l-istrutturi xierqa ħalli b'hekk tirregola settur daqshekk sensittiv "b'mod li jipproteġi l-interessi tal-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà, partikolarment it-tfal u ż-żgħażagħ." 'Il-Liġi tal-kannabis iddaħħlet bl-għaġġla u hawn perċezzjoni ta' free-for-all' In-nuqqas ta' infermiera f'Mater Dei qed iwassal biex anzjani bi bżonn ta' kura speċjalizzata jintbagħtu d-dar - PN Il-Kunsill Federali Żvizzeru b'€3.5 miljun lil Malta għal proġetti ekonomiċi u soċjali Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija sostna li minħabba nuqqas ta' infermiera hemm anzjani li qed jintbagħtu d-dar mill-Isptar kontra l-volontà tagħhom u saħansitra jinħarġu mill-isptar mill-Pulizija. "Każ riċenti wassal biex anzjan ta' 84 sena li nħareġ mill-isptar mill-Pulizija nstab mejjet id-dar mill-istess Pulizija fis-sigħat bikrin ta' filgħodu," tkompli tgħid l-istqarrija tal-PN li akkuża lill-Gvern illi qed jiġi jaqa' u jqum mill-problemi kbar li jeżistu fl-Isptar Mater Dei. Il-Partit Nazzjonalista kompla jisħaq li hu ilu diversi xhur jwissi lill-Gvern li n-nuqqas ta' azzjoni biex isolvi l-problema ta' nuqqas ta' infermieri fl- isptarijiet tagħna qed twassal biex l-anzjani li jidħlu f 'Mater Dei qed jintbagħtu d-dar, "anke jekk ma jkollhomx min jieħu ħsiebhom jew ikollhom bżonn ta' kura aktar speċjalizzata." L-istqarrija ffirmata mid- Deputati Paula Mifsud Bonnici u Stephen Spiteri tirrimarka illi l-fatt li sal-lum il-Gvern għadu ma ċaħadx dak li ilu jgħid il- Partit Nazzjonalista, l-unjins, l-anzjani infushom u l-familjari tagħhom "jikkonferma l-insensittività ta' dan il-Gvern, li għadu ma għarafx li hemm bżonn azzjoni immedjata biex is-sitwazzjoni tkun riżolta." Għalhekk id-Deputati tal-PN temmew jgħidu li l-partit se jibq' jkun il-vuċi tal-anzjani u se jkompli jesiġi li dawn ikunu trattati b'dinjità. Il-Gvern Malti u l-Kunsill Federali tal-Isvizzera ffirmaw ehim msejjaħ 'Second Swiss Contribution' waqt żjara uffiċjali li kellu l-President tal-Konfederazzjoni Svizzera Ignazio Cassis mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg. Wara s-suċċess tal-ewwel ehim fl-2017, il-Ministru Ian Borg flimkien mal-President Ignazio Cassis, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, iffirmaw dan it- tieni ehim b'kontribuzzjoni ta' €3.5 miljun lejn pajjiżna. Dawn il-fondi għandhom l-għan sabiex inaqqsu d- disparitajiet ekonomiċi u soċjali f 'pajjiżna. Waqt il-laqgħa bilaterali mal- President Cassis, il-Ministru Ian Borg sostna li Malta tirrikonoxxi u tirringrazzja lill-Kunsill Federali tal-Isvizzera li għażel lil Malta bħala wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li qed jikkontribwixxi fondi lejh. Huwa sostna li dawn il- fondi se jkunu qed jintużaw sabiex ikompli jiġi msaħħaħ is-settur tas- saħħa pubblika, partikolarment fejn jidħol mard tal-qalb. Dan is- settur huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar pilastri importanti ta' pajjiżna. Min-naħa tiegħu, s-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li Malta tinsab kuntenta ħafna li bil-kontribuzzjoni Svizzera se nkomplu nsaħħu s-settur tas- saħħa f 'Malta fejn fost oħrajn se jsir teatru ieħor fl-isptar Mater Dei fejn isiru l-operazzjonijiet tal- kardjoloġija. Il-President tal-Konfederazzjoni Svizzera Ignazio Cassis sostna li ż-żewġ pajjiżi jaqsmu sħubija mill- qrib, li tmur lura fiż-żmien u li għandha potenzjal kbir. Qal ukoll li l-iffirmar tat-tieni kontribuzzjoni se javvanza rispons komprensiv għall-mard tal-qalb f 'Malta.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022