MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 • illum aħbarijiet 22 qalb kbira qed tqassam 500 ikla fil-ġimgħa u toffri lezzjonijiet tal-Ingliż b'xejn lil immigranti Ukreni fil-Qawra Il-providenza ma tonqosx, imma l-għajnuna jrid jagħtiha xi ħadd u l-ILLUM tiltaqa' ma' 22 persuna li qed jagħtu ħinhom biex jgħinu lil nies li qed jgħixu fil-faqar... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM 500 ikla kull ġimgħa, 80 każ soċjali, 120 persuna Ukrena u 22 voluntier. Dawn huma n-numri wara attività ma taqta' xejn fil- Qawra, proprjament f 'binja mal- Knisja prominenti u partikolari li hemm f 'din il-lokalità, fejn grupp ta' voluntiera qed jaħdmu kuljum biex jorganizzaw l-għajnuna u jqassmuha lil dawk li verament għandhom bżonn. U l-bżonn huwa kbir. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' dan il-grupp ta' nies - irġiel u nisa - għaddejjin bil-ħidma tagħhom mingħajr daqq ta' trombi, 'il bogħod mill-għajn pubblika u r-riklamar ta' dak li qed jagħmlu - kif wara kollox għandha tkun il-vera karità. Il-gazzetta titkellem ma' Mark Gatt li jispjega kif ix-xogħol li jsir huwa tad-Djakonija - kelma li jfakkar illi bil-Grieg tfisser li tkun ta' servizz għal ħaddieħor - xi ħaġa li għandha kull parroċċa iżda li hija fost l-aktar organizzata fil-Qawra għal diversi raġunijiet, fosthom il- fatt li l-bżonnijiet huma akbar. B'kollox id-Djakonija, kompla jispjega Gatt, tgħin 80 każ soċjali liema każi jkunu segwiti mill- FSWS, li tagħmel assessjar sabiex ikun assigurat illi dawk li qed ifittxu l-għajnuna jkunu verament fil- bżonn. "Il-Knisja permezz tad-djakonija għandha network b'saħħtu ħafna u kuljum nirċievu oġġetti li mbagħad jkollhom bżonn persuni li ma jkollhomx il-finanzi sabiex jixtru," qal Gatt. Huwa spjega kif dawn l-oġġetti jvarjaw minn fridges sa pushchairs li jingħataw lill-Caritas, biex imbagħad iċemplu huma u jagħmlu talbiet - skont il-bżonn. Fil-fatt fil-madwar nofs siegħa li l-ILLUM kienet fil-binja kien hemm żewġ persuni li kienu fuq il-post u li talbu għall-għajnuna u ngħataw din l-għajnuna; Koppja Ukrena u mara Maltija. Il-voluntiera preżenti wrew ħerqa u ħeġġa kbira li jfehmu lill-gazzetta x'inhu dak li qed jagħmlu u f 'din il-kamra - li parti minnha hija bħal kċina - l-attività ma waqfet xejn. Ikun aċċertat dejjem li jieħu l-għajnuna min verament jinsab fil-bżonn Gatt fetaħ fridge kbira u fiha kien hemm skjerati numru ta' kontenituri kollha bl-ikel fihom, ikel li jingħata lil dawn in-nies li jgħixu fil-faqar reali, fil-faqar finanzjarju assolut u li kieku mhux għal dawn il-voluntiera qalbiena probabbilment ikollhom jispiċċaw fit-toroq jittalbu, sabiex jieklu. Huwa spejga illi b'kollox id- Djakonija tqassam 500 ikla fil- ġimgħa u spjega li filwaqt li hemm dawk li jiġu regolari, hemm dawk ukoll li jmorru meta jkunu spiċċawlhom il-flus, għalkemm jiċċara illi dawn huma kollha każi li qabel jiġu riferuti biex ikun aċċertat li ħadd ma jieħu minn dak li suppost imur għand in-nies u l-familji fil-bżonn veru u ġenwin. Il-kaxxi kollha kienu jindikaw x'hemm fihom: Uħud bit-tiġieġ, oħrajn bil-majjal, oħrajn bl- għaġin... ikel differenti biex jolqot il-gosti ta' kulħadd. Għax wara kollox li tiekol ikla bnina mhix lussu, jew kappriċċ imma bżonn - daqs l-arja li nieħdu man-nifs! U l-fqir u l-iżvinturat fil-ħajja ukoll jixraqlu ikla bnina u ikel san. U dan qed iseħħ grazzi għal dawn in-nies li jassiguraw illi min ikun fil-bżonn ikollu kolazzjon, l-ikla ta' matul il- jum u ikla għal filgħaxija. "Ġieli anke mediċini xtrajna f 'xi każi... Mela ara hawnhekk għandna l-ikel fornut, imbagħad ara..." u jiaħ gwardarobba mimlija ikel fil-laned, pakketti tal-għaġin u prodotti oħrajn. "Darba fil-ġimgħa nagħmlu xirja u nagħtuha lil dawn li jinsabu fil-bżonn." Waqt li kor f 'xi kamra fil-viċin kien ġmielu qed ikanta mal- melodiji spiritwali f 'din il-binja hekk partikolari mibnija mill-Perit bravissimu Richard England - Gatt kompla jispjega kif qabel il- pandemija l-bżonn kien diġà beda jikber, iżda wara l-pandemija dawk fil-bżonn fl-akkwati żdiedu sew, speċjalment dawk bi problemi serji ta' kirjiet. Il-Qawra lllum saret żona mifruxa ħafna iktar u l-bini ta' eluf ta' appartamenti fl-aħħar 10 jew 15-il sena fisser illi ż-żona - li rat u għadha qed tara żvilupp qawwi ħafna (jew bla rażan!) ta' kostruzzjoni - ġiet ippopolata minn eluf ta' Maltin u eluf ta' barranin ukoll fi żmien relattivament qasir. Dan iġib miegħu diversi sfidi, mhux l-inqas dawk soċjali! Tagħlim tal-Ingliż għall- integrazzjoni ta' immigranti Ukreni Gatt jispjega wkoll mal-ILLUM illi dan mhuwiex ix-xogħol kollu għax apparti l-ikel u l-għajnuna, id- Djakonija kienet minn ta' quddiem sabiex tgħin lill-immigranti Ukreni li kif wieħed jistenna, uħud minnhom qed jgħixu fiż-żona. Huwa qal illi f 'dan il-każ - sa issa - ma kienx hemm ċans għal assessjar iżda saret diskussjoni mal-Caritas u anke Dar l-Emigrant biex ikun determinat x'inhu l-akbar bżonn ta' dawn l-immigranti. U jirriżulta illi t-tagħlim tal-Ingliż ikun kruċjali ħafna sabiex l-Ukreni jkunu jistgħu jibdew jintegraw u anke jsibu impjiegi f 'pajjiżna. "Sibna sitt għalliema - li qed jiġu jgħallmu sagħtejn fil-ġimgħa mingħajr ħlas u aħna tliet klassijiet: Basic - Intermediate u Advanced," spjega Gatt li qal ukoll li dawn il-lezzjonijiet qed isiru fiċ- ċentru Ronald Mc Donald u li tant qajmu interess li bdew jiġu Ukreni minn kull rokna ta' Malta. Huwa jispjega li apparti minn hekk id-Djakonat kiseb għajnuna biex irranġa store fl-istess kumpless ta' bini, fejn qed jitfgħu l-prodotti tal-ikel qabel jitqassmu. U l-futur? Il-futur ifisser aktar xogħol u ħidma hekk kif apparti forn li mistennijin jinstallaw u li wkoll huwa mħallas minn fondi ewropej, id-Djakonat se jiaħ bħal ristorant żgħir li fih jistgħu jibdew imorru jieklu nies li jbatu mis-solitudni. Biex apparti li jieklu jkunu jistgħu jgħidu kelma u jagħmlu ħabib jew tnejn. 'Hemm faqar materjali u dak intelletwali' Mistoqsi imma kif għad hawn min ma għandux flus biex jixtri biex jiekol, meta llum hawn tant servizzi u benefiċċji soċjali Mark Gatt ifakkar li l-faqar fih ħafna wċuh: Hemm il- faqar materjali, imma hemm ukoll dak l-intelletwali. Fakkar li llum li persuna ma tafx tuża kompjuter tfisser li hija illitterata. Fakkar li hemm ukoll problemi ta' nies li ma jafux kif iqassmu il-flus. Għalhekk baqa' jsostni matul l-konverżazzjoni tiegħu mal- ILLUM illi apparti l-għajnuna diretta huma jaraw ukoll li n-nies li qed jitolbu l-għajnuna kemm jista' jkun itejbu s-sitwazzjoni tagħhom maż-żmien. "Dak jibqa' l-ideal, li jiġu hawn, jieħdu l-għajnuna sakemm ma jiġux aktar għax ikunu sabu impjieg, għax qed iqassmu flushom aħjar... għax ma jkunux aktar fil- bżonn." Il-gazzetta titlaq mill-binja u tħalli warajha lil dan il-grupp ta' voluntiera li fiċ-ċokon tal- operat tagħhom qed jagħmlu affarijiet kbar, filwaqt li joffru u jgħaddu l-providenza tal- poplu u l-ħin prezzjuż tagħhom għal dawk verament fil-bżonn. Kieku mhux għalihom għandna t-tallaba fi triqatna! Il-grupp ta' voluntiera li tkellmu mal-ILLUM (Mark Gatt, l-ewwel wieħed mix-xellug)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 November 2022