Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 23

17 kotba illum • IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 Mark Vella jerġa' jaqra Taħt il-Kappa tax-Xemx ta' Karl Schembri, bi vjaġġ fil-memorja ta' meta ħareġ l-ewwel darba u kif jerġa' jkellimna b'aktar urġenza għoxrin sena wara. għexet eġemonija Nazzjonalista, għadha msejsa fuq in-narrattiva tal-eċċessi Laburisti u mqawwa mis-sentejn nieqes ftit tal-gvern ta' Sant u x-xokkijiet varji tiegħu. Moralment, anki żmien jitbandal bejn sakra u hangover, dak li rnexxielhom jilmħu Stagno, Mifsud u oħrajn, iżda żmien, issa li nħares lejh minn hawn, xorta aktar innoċenti daqs kemm kont innoċenti jien. Innoċenti, iżda, appuntu għax kollox kien qed ibaqbaq minn taħt aktar milli jiżbroffa f 'wiċċna bħal-lum. U Karl innoċenti ma kienx, anki għax diġà ġurnalist imkisser li seta' jara t-tqegħid tas-sisien għal bidliet epokali li qed ngħixuhom issa. Huma, fil- fatt, inevitabbli, il-paralleli mal- lum, u x'aktarx anki ma' dejjem, bl-agħar aspetti tar-ruħ Maltija miftuqa bi preċiżjoni mill- analist li ma jaħrablu xejn. Kważi kważi, imma dan tmaħħiħ tal- kritiku fantażjuż, anki s-sekwenza tal-istejjer għandha donnu disinn deliberat: jibdew, fil-fatt, b'sakra u hangover, jgħaddu għad-desakrazzjoni ta' baqra sagra wara l-oħra (fosthom dik li Paul Xuereb kien attakka bħala dell ikrah fuq Dun Karm, għax ra lil hinn m i l l - a l lu ż ż j on ij i e t mhux daqstant oblikwi ta' Karl), sa stejjer li jsiru aktar inkredibbli, mudlama u dejjem iżidu fit-theddida. In-novella tal- għeluq, imbagħad, donnha d-distillat taż-żmien li fiha nkitbet u li tibqa' friska u universali, anki bl-għarfien li hemm ħajja lil hinn mill-intriċċ kontinwu li sar donnu jiddomina ħajjet pajjiżna. F'dawn in-noti li qed nagħmel għall-futur qrib, għalhekk, nimmaġina x'noti kien għamel Schembri dakinhar li beda jbassar dak li kien se jiġri fi żmien għoxrin sena. Nara li l-ġurnalist għadu b'saħħtu, għadu ħaj, minkejja kollox, u daqskemm il-mestier huwa pilastru massiċċ tad- demokrazija, anki l-letteratura u l-arti jafu jagħtu daqqa t'id biex iwieżnu l-edifiċju soċjali tagħna. Il-protagonist ta' Taħt il-Kappa tax-Xemx, minkejja l-qilla spiritwali imma anki s-sens tal-assurd, l-ironiku u r-redikolu, jidher kontinwament riesaq lejn l-impossibbiltà li jwettaq xogħlu u l-missjoni tiegħu. Kollox kontrih, għal darb'oħra b'disinn deliberat, daqs kemm huma l-iSLAPPS u l-maniġġi globali tal-lum. Imma jaf ukoll li l-ġurnalist tal-lum, dejjem aktar mhedded, sew mill-għedewwa tiegħu sew mill- qagħda tal-industrija, għandu xorta waħda aktar għodda milli kellu qabel, l-aktar minħabba kif it-teknoloġija laqtet lill- mestier, l-indaġini u anki l-mod differenti ta' kif teżerċita t-twassil tal-aħbar. Aktar poter, forsi? U għalhekk, wisq aktar responsabbiltà? Imma xorta waħda, jew għax wara kulħadd bravu, jew għax il-kittieb tassew laqat il-likk, jien u nerġa' naqra n-novelli nħoss sens palpabbli ta' biża' u theddid, fejn il-karattri grotteski tas-satira donnhom wisq aktar reali u tad-demm u l-laħam milli nixtiquhom: mhux biss bis-saħħa li jagħmlu għalik minn fuq il-paġna, imma li jfakkruk fihom għax tkun għadek kemm għaddejt minn ħdejhom fit-triq, illum. Biża', daqs tal-paraxutist għami f '"Il- Qabża", in-novella li tagħlaq il- ġabra, tal-waqgħa f 'dagħbien li m'għandekx biex tarah dejjem aktar riesaq lejh u tispiċċa ma tafx meta ser jispiċċa. Hija frustazzjoni telliefa u mbeżżgħa dik ta' Mark Micallef, minkejja r-rassenjazzjoni ironika u anki żuffjettuża li sikwit jesprimi ruħu biha. Bħalma kienu dokument f 'waqtu għal żmienu, anki jekk bil-potenzjal li jintilef fil- qagħda storika partikolari ta' dakinhar, għal-lum żgur, imma anki għall-futur fil-qrib, dawn l-istejjer jerġgħu jakkwistaw valur imġedded għall-istħarriġ tal-qalba mnawra ta' pajjiżna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022