Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 Robert Aquilina huwa l-President tal-organizzazzjoni Repubblika Se naslu ' Se naslu' mhuwiex biss it-ti- tlu ta' dan l-artiklu. Lanqas mhuwa sempliċi slogan li użajna fid-dimostrazzjoni li għamilna erba' ġimgħat ilu. 'Se naslu' huwa twemmin li għandna u li jżommna determinati nibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħna. Nemmnu li 'se naslu' għax nafu li għandna raġun. Nafu li 'se naslu' għax qegħdin fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Diġà wasalna ferm iktar minn kemm kulħadd kien jistenna. L-ordni li tat il-Qorti Kostituzzjonali lill-Maġistrat Nadine Lia biex ma tibqax tisma l-każ li aħna dwar l-Inkjesta Pilatus hija biss l-aħħar vittorja minn sensiela. Biżżejjed infakkar li, bħal daż- żmien tliet snin ilu, kien hawn f 'pajjiżna min kien iridha ta' Invictus. Il-perċimes fost dawk li sikru bil-poter, u bil-Petrus ta' Yorgen Fenech, kien saħansitra pinġa l-kliem Invictus fuq ġildu. Ftit u it ħafna, dak iż-żmien, kienu jemmnu li se naslu nqajmu minn fuq is-siġġijiet tal-poter lill-Prim Korrott u lill-kompliċi tiegħu Keith Schembri, Konrad Mizzi, Chris Cardona u oħrajn li kienu ħasbu li pajjiżna sar tagħhom. Iżda kienu dawk il-it li emmnu - l-erbat iqtates li kull 16 tax-xahar kienu jinġabru quddiem il-Qorti - li ngħataw u għadhom qed jingħataw raġun mill-istorja. Minn dakinhar 'l hawn wasalna ferm iktar minn hekk. Ibda biex wassalna lill-Qrati tagħna biex jagħmlu dak li l-pulizija mmexxija minn Kastilja u mill-kriminali ma kinux qed jagħmlu. Ippreżentajna l-bosta provi ta' korruzzjoni li kellna f 'idejna biex infetħu inkjesti li sfurzaw investigazzjonijiet fuq stejjer li ħadd mill-polizjotti ammiraturi tal-Prim Korrott u ħbieb intimi ta' Yorgen Fenech ma ried jinvestiga. It-tenaċità u l-perseveranza tagħna wasslitna wkoll biex aktar nies resqu lejna b'informazzjoni ġdida; bi provi ġodda ta' korruzzjoni. Dawn il-provi ma żammejnihomx f 'kexxun jew fuq xi xkaffa, kif għamlu l-polizjotti korrotti ta' żmien Muscat. Aħna l-provi ħadniehom fejn kellna neħduhom: Għand il-Maġistrati. Isiru kemm isiru kutrumbajsi fid-Depot u fil-Qrati, għax naf xi provi fdajna f 'idejn il-Maġistrati li qed imexxu dawn l-inkjesti, ninsab fiduċjuż ferm li anke hawn se naslu fejn it bassru li qatt nistgħu naslu. Intoppi sibna u għadna nsibu. Hemm min iktar ma jarana qrib il-verità, iktar jipprova jibni ħitan għoljin biex jgħattiha u biex iżommna milli naslu. Lil dawn it- talin nassigurahom li ebda ħajt mhu se jaqtgħalna qalbna. Qed nikkonvinċu Wasalna wkoll li nikkonvinċu lil bosta Maltin li kienu xettiċi li aħna qed ngħidu l-verità u xejn ħlief il- verità. Naturalment, dejjem se ssib min jippreferi jżomm rasu midfuna fir-ramel. Iżda bi pjaċir nistqarr li dawk li jippreferu t-togħma tar-ramel mill-verità tal-fatti qed jonqsu u qed jonqsu ġmielhom. Illum sirt niltaqa' ma' ferm iktar nies li, filwaqt li jgħiduli ċar u tond li ma jaqblux ma' kulma nagħmlu u ngħidu, jgħiduli wkoll li jemmnuna u li jafu li għandna raġun. Uħud minnhom saħansitra jħeġġuna nibqgħu għaddejjin u nibqgħu ninsistu għall-verità u għall- ġustizzja. Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija li llum hawn ferm iktar Maltin u Għawdxin li, indipendentement mill-opinjoni politika tagħhom, iriduna naslu għax fehmu li hekk biss pajjiżna jista' jibda jfieq. Nerġgħu nikkampjaw id-Depot? Għaddiet iktar minn sena minn meta, f 'kesħa xxoqq il-għadam u f 'maltemp li ma qata' xejn, jien u sħabi kkampanjajna għal tlett ijiem u tlett iljieli quddiem id-Depot. Għamilna dan mhux għax inħobbu ninħaqru 'l bogħod mis-sodod komdi u sħan tagħna. Ikkampjajna l-Furjana biex il-Kummissarju Gafà jqum mir-raqda u jieħu passi fil-Qorti kontra Konrad Mizzi. Ma waqafniex hemm. Ftit tal- ġimgħat wara, daħħalna rapport lill-Kummissarju anke dwar pagamenti li rċieva l-Prim Korrott mill-Iżvizzera. Jekk il-Kummissarju qed jaħseb li dwar Mizzi u dwar il-Prim Korrott jista' jibqa' ma jpħux passi minkejja l-provi li għandu f 'idejh, għandu żball kbir. Il-kampijiet għadhom għandna u ma rridux wisq biex nerġgħu narmawhom taħt it-tieqa tal-uffiċċju ta' Gafà. Lill-Kummissarju ngħidlu li aħna determinati li naslu fuq kull każ li tkellimna dwaru, jogħġbu jew ma jogħġbux, bih jew mingħajru. Tradituri tal-uniformi Lill-Kummissarju nfakkru wkoll f 'dak li żvelajt fid-dimostrazzjoni tat-23 ta' Ottubru li għadda. Dakinhar, quddiem folla ġmielha ta' nies fil-Belt Valletta, għedt li Gafà għandu f 'idejh biżżejjed provi biex imexxi fil-Qorti fuq mill-inqas żewġ eks uffiċjali tal- pulizija li fixklu b'mod kriminali l-investigazzjonijiet tal-Pulizija stess dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dakinhar żvelajt ukoll li wieħed minn dawn il-persuni mhuwa ħadd ħlief il-predessur tal-istess Gafà: l-Eks Kummissarju tal- Pulizija Lawrence Cutajar. Għadda kważi xahar u dwar dan kollu l-Kummissarju għadu lanqas lissen kelma waħda. Ma qal xejn u m'għamel xejn. Eżatt bħalma kien jagħmel il-Kummissarju ta' qablu, Gafà qed iħalli l-impunità ssaltan. Iżda minn hawn nassigurah li aħna mhux se nħalluh bi kwietu qabel naraw li ssir ġustizzja. Niltaqa' ma' bosta uffiċjali onesti tal-Korp tal-Pulizija li jgħiduli kemm huma ddispjaċuti li dawn l-eks uffiċjali ttradew l-uniformi u kkonfoffaw mal-kriminali. Jgħiduli li agħar minn hekk, iħossuhom umiljati li sal-lum il-ġurnata l-Kummissarju Gafà għadu ma ressaq lil ħadd minn dawn il-Qorti. Il-pulizija onesti jafu li biex il-Korp idawwar il-paġna u jerġa' jibda jirbaħ il-fiduċja tan-nies jeħtieġ li jinfatam darba għal dejjem minn dawn l-individwi. Dan jista' jsir biss jekk Gafà jqum mir-raqda u jkaxkar lil dawn l-eks polizjotti l-Qorti. Qabel niddedika it sentenzi lill- Avukat Ġenerali, lill-Kummissarju nfakkru wkoll li għadu ma ressaq lil ħadd lanqas fuq il-korruzzjoni li minħabba fiha nqatlet Daphne Caruana Galizia. Dan mhux dettall żgħir, Sur Gafà. Din tebgħa kbira. Vittorji storiċi Mal-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg wasalna pass ieħor. Fil-Qorti ksibna vittorji storiċi li m'għandix dubju li se jwassluna għal vittorji oħrajn fil-ġejjieni qarib. M'iniex se noqgħod nidħol fid-dettalji tas-sentenzi li kellna dan l-aħħar fil-Qorti u dwar kif l-Avukat Ġenerali, kontra qalbha, kienet imġiegħla tixhed dwar l-għaliex ma ressqitx lil kull min indika l-Maġistrat li mexxa l-Inkjesta Pilatus. Naħseb qrajtu biżżejjed dwar dan u naħseb bħali kontu rrabjati li l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg u l-Maġistrat Nadine Lia nqabdu jigdbu lill-Qorti. Intenni li, wara dak kollu li ġara, il-pożizzjonijiet ta' Buttigieg u ta' Lia m'għadhomx tenibbli u jekk dawn ma jirriżenjawx minn jeddhom għandhom jitneħħew. Il-vittorja tagħna mhijiex biss waħda legali. Inqis li l-ikbar vittorja li għamilna u li qed nagħmlu hija li qed nitwemmnu u qed nirbħu aktar fiduċja. Dan mhux qed jiġri b'kumbinazzjoni. Dan qed jiġri għax kliemna mhuwiex fieragħ. Dan qed jiġri għax kliemna huwa bbażat biss fuq il-verità tal-fatti. Dan qed jiġri għaliex kull kelma li toħroġ minn fommna hija kkorraborata minn provi inkonfutabbli. Nafu li t-triq li għad baqgħalna nimxu hija waħda twila u diffiċli. Nafu wkoll li se nsibu ħafna ostakli fiha. Iżda nafu wkoll li se naslu. Robert Aquilina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022