Illum previous editions

ILLUM 20 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1484585

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

illum • IL-ĦADD 20 TA' NOVEMBRU 2022 Dan huwa artiklu mħallas Is-Servizz Pubbliku jmiss kull as- pett tas-soċjetà tagħna, b'servizzi f'kull stadju ta' ħajjitna. Biex jirnexx- ilu jagħmel dan, is-Servizz Pubbliku jimpjega eluf ta' impjegati. Bħala l-ik- bar organizzazzjoni li tħaddem nies, forsi hemm perċezzjoni sfavorevoli li l-uffiċjali pubbliċi ma jaħdmux daqs il-kollegi tagħhom fis-settur privat. Jien kont wieħed minn dawk li ħsibt b'dan il-mod, iżda issa nista' nikkon- ferma kemm kont sejjer żbaljat. L-identità tas-Servizz Pubbli- ku għadha fil-biċċa l-kbira mhux magħrufa. Wieħed jista' jargumen- ta li s-Servizz Pubbliku jinsab f'kull rokna tas-soċjetà tagħna u mhux biss qiegħed hemm biex joffri servizz iżda biex jiżgura li l-Amministrazz- joni Pubblika timxi bla xkiel id f'id mal-Gvern. Għandna r-rwol li nis- salvagwardjaw liċ-ċittadini tagħna, iżda b'mod parallel jeħtieġ ukoll li mmexxu 'l quddiem proġetti u in- izjattivi mmexxija mill-Gvern. Din il-prattika ilha għaddejja sa mill-bidu tas-Servizz Pubbliku. Madankollu, tibqa' l-mistoqsija, għal xiex qegħdin hawn? Irridu li jkollna Servizz Pubbliku modernizzat fejn iċ-ċittadini koll- ha jkunu moqdija permezz tal-użu tal-għodod l-aktar effiċjenti biex jakkomodaw il-ħtiġijiet u t-talbiet tagħhom. Ma nistgħux nibqgħu aktar id-dipartiment tal-burokrazija jew tal-karti. Irridu nisfidaw lilna nfusna biex insibu soluzzjonijiet aktar mala- jr, u biex noffru servizzi aktar rapidi, effiċjenti, u aċċessibbli. Dan joħloq sfida; dik li tinbidel il-perċezzjoni tan-nies dwar is-Servizz Pubbliku. Aħna lkoll nafu li qed ngħixu f'era teknoloġika li fiha nnifisha tħeġġeġ soluzzjonijiet u tweġibiet immedjati u dan iwassalna biex inwettqu riċer- ka interna dwar il-prestazzjoni tagħ- na u kif għandna bżonn nimmod- ernizzaw l-istrutturi tagħna. Fil-fatt, twaqqaf kumitat għad-diġitalizzazz- joni bil-għan li jipprovdi soluzzjoni- jiet teknoloġiċi aħjar. Madankollu, it-teknoloġija mhix l-uniku punt fokali tagħna. L-ewwel u qabel kollox hija l-mentalità. Jeħtieġ li nipprovdu liċ-ċittadini tagħna soluzzjonijiet loġiċi, rapidi u mingħajr karti. Ir-rekord tagħna juri li aħna fost l-aħjar fl-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam mal-eGovernment u fil-fatt ilna nakkwistaw l-ewwel post għal għadd ta' snin. Aħna se nkomplu nibnu fuq il-ġid li għamel is-Servizz Pubbliku iżda issa se mmexxu wkoll bl-eżempju. Ma nistgħux nippried- kaw dwar l-adozzjoni ta' sistemi mingħajr karti meta internament ikollna sistemi li għadhom ibbażati fuq il-karta, u għalhekk se nintro- duċu sistema ġdida online biex nib- bukkjaw il-leave tal-vaganzi b'mod dirett għall-35,000 utent tagħna. Ma nistgħux nippriedkaw dwar vettu- ri elettriċi meta aħna xorta nużaw karozzi tal-fjuwil u għalhekk, qed naraw kif se nżidu l-karozzi elettriċi anke għall-pożizzjonijiet ta' kapiji- et fis-Servizz Pubbliku. Dawn huma biss l-ewwel passi lejn Servizz Pub- bliku aħjar. Is-Servizz Pubbliku jeħtieġ li jkol- lu interazzjoni aħjar mal-klijenti tiegħu, jiġifieri maċ-ċittadini Maltin kollha. Qed ninvestu f'mezzi diġitali aħjar biex nipprovdu għarfien aħjar dwar x'qed nagħmlu. F'dawn l-aħħar ħames xhur, irnexxielna nipprom- wovu firxa ta' kampanji, immirati lejn l-anzjani u ż-żgħażagħ, kif ukoll dwar l-ambjent, dwar l-għajnuna legali, l-isport u aktar. Irnexxielna wkoll inżuru diversi dipartimenti tal-Gvern u se nkomplu nżuru ħafna aktar. Barra minn hekk, qed nużaw dan l-ispazju bħala parti minn kol- laborazzjonijiet ġodda fil-gazzetti. Aħna wkoll nidhru fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni lokali li jippromwovu dak li jkun għaddej f'dak il-mument, iżda l-aktar importanti aħna qegħdin hemm, preżenti, nisimgħu lill-pub- bliku. Azzjonijiet bħal dawn ma jittiħdux għall-pubbliċità, iżda biex jagħtu leħen lil dawk l-għalliema li jissa- grifikaw il-karriera tagħhom għal edukazzjoni aħjar, lil dawk l-infer- miera u t-tobba li jżommu s-sistema tas-saħħa tagħna f'postha, lil dawk l-uffiċjali tal-pulizija li jipproteġu- na kuljum, lil dawk il-ħaddiema tal-uffiċċju li jamministraw inizjat- tivi ewlenin, lil dawk il-ħaddiema tal-manutenzjoni u tat-tindif li jagħmlu l-ambjent tagħna aħjar, lil dawk l-impjegati pubbliċi kollha li jintesew u jipprovdu xogħol siewi le- jn kull wieħed u waħda minna. Iva, għandna bżonn li nibdlu l-perċezzjoni tiegħek dwar dak li nagħmlu. Iva, irridu nkomplu nim- buttaw 'il quddiem għal Servizz Pub- bliku aħjar. Iva, aħna lesti li nisimgħu u naġixxu għal Servizz Pubbliku modern. Clive Farrugia hu l-Kap tas-Seg- retarjat fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Il-Perċezzjoni tas-Servizz Pubbliku Clive Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 November 2022