www.illum.com.mt
PAĠNI 8 u 9
€1.25 IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 • NRU 844
Cacopardo jikkonferma li l-pjan ta' bidla
fit-tmexxija tal-ADPD għadu fis-seħħ,
imma kollox b'mod gradwali...
Fgajtuna u
qażżistuna!
Il-poplu ta' Birżebbuġa
jsemma' leħnu fuq
intejjen li qed jikkawża
impjant tat-tonn f'Ħal Far
Gradwa, beda jaħdem
u spiċċa l-ħabs fuq
reat li kien għamel snin
qabel... Nitkellmu dwar
il-kondotta
L-ILLUM MINN STRASBURGU DWAR L-ISKANDLU EVA KAILI
PAĠNI 12 u 13
PAĠNA 2
'KBURI LI VVOTAJT
KONTRA L-ABBUŻI
FIL-QATAR U
KONTRA L-LINJA
TAS-SOĊJALISTI'
ARA L-ISTORJA SĦIĦA F'PAĠNI 10 U 11
ALBERT GAUCI CUNNINGHAM
L-aħbar ta' din il-ġimgħa bla dubju kienet
dik tal-iskandlu li laqat lill-Parlament
Ewropew u li din il-ġimgħa ra t-tkeċċija
ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew
Eva Kaili fuq allegazzjonijiet li xxaħħmet
mill-Qatar sabiex tkun infulwenzata
fuq riżoluzzjoni kontra l-abbużi
sfrenati fil-pajjiż, tant li fil-fatt
il-grupp tas-Soċjalisti ivvotaw
kontra din ir-riżoluzzjoni.
Iżda mal-ILLUM l-MEP
Laburista Cyrus Engerer
jisħaq illi hu vvota favur
din il-mozzjoni li tressqet
f 'Novembru, kontra l-linja ġenerali li ħadet
l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u
Demokratiċi.
Dakinhar - meta Kaili kienet għadha Viċi
President tal-Parlament Ewropew u membru
tas-Soċjalisti - il-Parlament kellu quddiemu
riżoluzzjoni li tikkundanna lill-Qatar fuq
abbużi fuq minoranzi, fuq nisa, fuq persuni
LGBTIQ u speċjalment fuq eluf ta' ħaddiema
barranin li marru biex jibnu l-istadiums u
l-infrastruttura biex issir it-Tazza tad-Dinja
2022.
Intant mal-ILLUM ukoll l-eks PM u MEP
Alfred Sant qal li hu jemmen li l-istorja hija
ħafna ikbar minn dik li qed titpinġa.