Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489263
07 ħarsa lejn l-2022 illum • IL-ĦADD 1 TA' JANNAR 2023 iffaċċjat minn prezzijiet dejjem jogħlew tal-ikel li waslu għall- ogħla rata ta' inflazzjoni f '20 sena - grazzi għas-sanzjonijiet kontra r-Russja imma anke l-fatt li l-importazzjoni mill-Ukrajna - speċjalment ta' żejt, qmuħ u aktar - kienet wieqfa. Naturalment iż- żieda fil-prezzjiet tal-ikel u l-hype dwar l-għoli tal-ħajja wassal biex jiżdiedu l-prezzijiet ta' kollox, prattikament - Anke servizzi mhux relatati ma' ikel. Din kienet problema li bdiet tolqot il-but u kif nafu l-but jiddetermina ħafna affarijiet: Mill- ekonomija u l-konsum sal-voti. Lejn l-aħħar tas-sena il-Gvern ressaq baġit li xi it jew wisq naqqas minn dawn il-pressjonijiet inflazzjonarji, b'diversi miżuri li kienu milqugħin pożittivament mis-soċjetà ċivili u COLA li kienet l-ogħla minn kemm ilha tingħata (€9.90 fil-ġimgħa) - riflessjoni tal- inflazzjoni għolja. Din il-problema iżda għadha preżenti, bil-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja ma turi ebda sinjali ta' waqfien, bl-inflazzjoni allura (kif previst) tibqa' tippersisti din is-sena. Sfida 3: Emenda Abort U finalment l-aħħar sfida - jekk tista' sejħilha hekk - kienet waħda li l-Gvern ta' Abela stess ħoloq għalih innifsu u li tittratta l-emenda dwar abort f 'każ fejn saħħet jew ħajjet il-mara tkun f 'perikli gravi. Lilhinn mill-argumenti favur jew kontra - li din il-gazzetta mhux se tidħol fihom hawn għaliex dan mhux l-għan ta' din l-analiżi, huwa ċar li Abela ssottovaluta bil-kbir s-sentiment fost firxa kbira tal-poplu, inkluż fost ħafna Laburisti, dwar is- suġġett. Issottovaluta wkoll kemm l-avversarju tal-Partit Laburista fi kwistjonijiet bħal dawn - jiġifieri l-Knisja u l-għaqdiet kollha tagħha u l-elementi aktar "antiki" pero' aktar esperjenzati fil-PN - kellhom narrattiva ħafna iktar effettiva li fil-fatt ħadet ħafna iktar is-soppravvent minn dik tal-Gvern. Kienet narrattiva anti-abort, narrattiva li tuża l-emozzjoni tan-nies u waħda li - tajjeb jew ħażin - kellha saħansitra element xenofobiku li niżlet tajjeb ma' ħafna ("jiġifieri daħħalna l-abort minħabba barranija!"). Dan filwaqt li l-messaġġ tal-Gvern baqa' wieħed mħawwad, bejn "dan mhux abort..." u "għax il-PN dejjem kontra drittijiet ċivili". Il-Gvern u l-Partit Laburista, magħrufin ħafna għall- abbilitajiet ta' eżerċizzji ta' PR ta' professjonalità setgħu jevitaw ħafna mill-kritika u l-miżinformazzjoni, kieku din l-emenda stenniet it u qabel kien hemm kampanji u messaġġi ta' informazzjoni, b'Abela nnifsu jkun fuq quddiem mill-ewwel u jaċċerta li n-narrattiva tal-Gvern tkun dik li tingħata l-vantaġġ, qabel l-miżinformazzjoni, l-għajjat u l-eseġerazzjonijiet li Abela nnifsu kien jaf li xorta kienu se jinħolqu fuq is-suġġett! Jibqa' popolari... Kien hemm u għad hemm sfidi oħrajn, bħall-Air Malta li għadha qed tistenna bħal mannara li se taqa' fuq ras il- Gvern u l-ħaddiema. U magħha sfidi oħrajn li issa jidhru illi huma perpetwi f 'dan in-nazzjon ċkejken: Jiġifieri l-ambjent flimkien mal-problemi li ġġib magħha l-kostruzzjoni kif ukoll in-nepotiżmu. Kollox ma' kollox iżda u minkejja l-apatija li jidher illi hawn lejn il-klassi politika, Robert Abela u l-Gvern li jmexxi għadu ferm u ferm aktar popolari minn Bernard Grech u l-Oppożizzjoni. U dan is-sondaġġi għadhom qed jindikawh biċ-ċar.