Illum previous editions

ILLUM 1 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489263

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 19

15 films illum • IL-ĦADD 1 TA' JANNAR 2023 jkunu ddejqu bih. Meta maġenbu tasal familja ferrieħa, it-tqila Marisol tkun taf kif tlaħħaq miegħu bi kliem spirtu pront. Missing riller sfrenat li jġiegħlek tistaqsi kemm verament taf lil dawk intimi miegħek. Meta ommha (Nia Long) tisparixxi mal-ħabib ġdid tagħha fil- Kolombja, bintha Jane (Storm Reid) tipprova tfittex ir-raġuni u ssib ħafna burokrazija. Aktar ma tindaga fuq l-internet aktar tintebaħ b'sigrieti dwar ommha li qatt ma kienet tobsorhom. Alice Darling Alice taqa' f 'dipressjoni qawwija minħabba Simon, il-ħabib psikoloġiku u abbużiv tagħha. Wara vaganza ma' żewġt iħbieb nisa hi tibda ġejja f 'tagħha u bil- mod tibda taqta' minn ma' Simon. Imma hu se jirrispondi b'vendetta veloċi. Magic Mike Last Dance Michael "Magic Mike" Lane (Channing Tatum) jirritorna fix-xogħol tiegħu ta' qabel, jagħti wirjiet quddiem udjenza femminili bħala 'stripper'. Ant-Man And The Wasp: Quantumania Scott Lang u Hope Van Dyne jesploraw dak imsejjaħ Quantum Realm fejn ikollhom kuntatt ma' kreaturi strambi u jimbarkaw fuq avventuri li jeċċedu l-limiti ta' dak li hu possibbli. Cocaine Bear Ispirat minn storja vera tal-1985 dwar kraxx ta' ajruplan mimli kunsinna kokaina. Din il-kummiedja sfrenata u morbida tiffoka fuq grupp eċċentriku ta' pulizija, kriminali, turisti u żgħażagħ li kollha jerħulha lejn foresta f 'Georgia fejn ors li jiżen mal-500 libbra jiekol ammont konsiderevoli ta' dawn id-drogi u jagħti bidu għal straġi vjolenti u mdemmija. Dirett minn Elizabeth Banks jieħu parti l-mibki Ray Liotta. Scream VI Dan ikompli ma' ta' qablu fejn l-erba' persuni li ħelsuha mill- qtil ta' Ghostface jitilqu minn Westboro biex jibdew ħajja ġdida. Heart Of A Lion Il-ħajja u l-karriera tal-boxer George Foreman. The Super Mario Bros. Movie Wara l-film tal -1993, issa din il-logħba video ta' Nintendo ġiet trattata bħala produzzjoni animata. Mario, plumber, jivvjaġġa ma' ħuh Luigi f 'labirint sotterran biex isalva prinċipessa maħtufa. The Pope's Exorcist Il-film hu ddedikat għal Dun Gabriel Amorth, qassis Taljan li ħa sehem f 'aktar minn 100,000 eżorċiżmi għall-Vatikan. Il-parti prinċipali hi ta' Russell Crowe.Reġa' ħiereġ ukoll Titanic anki għal fuq il-liżar ġgantesk IMAX biex jiġi ċċelebrat il-25 anniversarju tiegħu. Dawn huma it mix-xogħlijiet li suppost għandhom joħorġu għall-wiri sa April 2023. Jista' jagħti l-kas li xi whud minnhom ma' jintwerewx fostna. ġeneri li se naraw fl-ewwel ftit xhur taċ-ċinema The Super Mario Bros. Movie

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 January 2023