Illum previous editions

ILLUM 1 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489263

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 19

09 ħarsa lejn l-2022 illum • IL-ĦADD 1 TA' JANNAR 2023 li dawk id-Deputati ta' aktar esperjenza u li xorta għandhom rwoli li jistgħu jagħtu lill-partit f 'pożizzjonijiet differenti, interni, ingħataw il-ġenb. Biex tgħaxxaq Grech meta mistoqsi pubblikament dwar Jason Azzopardi kien implika li dan skada ("past his sell by date"). Anke kieku stess Grech hekk jaħseb u anke jekk Azzopardi verament kien ikkastigat mill- votanti nazzjonalisti, fl-istat li fih jinsab il-PN huma l-ħbieb li jrid jagħmel mhux l-għedewwa. U l-konsegwenza ta' din l-istqarrija azzardata wasslet biex Azzopardi fetaħ il-kanuni u it ġimgħat ilu biss sostna li l-partit pprova jwarrbu u akkuża lil Grech li huwa mazzra ma' għonq il-partit. Mhux eżattament it-tip ta' PR li għandu bżonn u l-PN u Grech bħalissa. Bla bigilla fuq il-Fosos, problema ta' flus u tiġrijiet b'żiemel wieħed biss! Fl-aħħar Indipendenza l-PN iddeċieda li għall-ewwel darba ma jsiru ebda festi marbutin ma' dan il-jum storiku u sinonimu mal-PN. Spiċċa ż-żmien meta eluf kienu jerħula lejn il-fosos jisimgħu xi diskors, jieklu xi it bigilla jew ravjul u lejliet il- festa, mass meeting - li ma kienx ikun massiċċ, imma li għalih xorta kienu jattendu eluf ta' attvisti. Kienet attività annwali u opportunità biex il-partit jiltaqa' u jlaqqa' lill-għeruq tiegħu, jqajjem it entużjażmu qabel jibda l-istaġun politiku u juri sena ta' xogħol. Din id-darba kienet attività li għaliha attendew it nies, b'diskorsi pjuttost fqar u monotoni u barra bid-daqq. Kollox jgħodd fil-politika. U l-fatt li ma kienx hemm imqar attività waħda tal-massa bi it ċaqlieq, folla ta' nies u mqar it ħajja kompliet tibgħat il-messaġġ li l-PN jinsab f 'qagħda mwiegħra. Kompliet iżżid id-doża ta' apatija u sens ta' qtigħ il-qalb. U kien Grech stess li fl- elezzjoni biex ikun ikkonfermat Kap Nazzjonalista sostna li s-sitwazzjoni finanzjarja tal- PN u l-kumpaniji tiegħu huma mwiegħra ħafna u jeħtieġu soluzzjonijiet immedjati. Il-fatt ukoll li kemm għall- kariga ta' Kap u anke għal ta' Viċi Kap kien hemm biss kandidat wieħed u effettivament allura ma kien hemm ebda kampanja, ma għen xejn biex inaqqas mis-sens ta' apatija u diżiluzjoni. Issa wieħed jistenna li jkun hemm ħafna titubar u biża' biex xi ħadd jikkompeti kontra Kap kurrenti, u allura kien ovvju li l-istqarrija ta' Bernard Grech (mumenti wara li kkonċeda t-telfa) illi se jerġa' jikkontesta għall-Kap, effetivament kienet qed tagħlaq il-bibien għal kull interess. Żball ieħor post elettorali ta' Grech, li messu ta aktar żmien biex jevalwa aħjar l-ewwel reazzjonijiet fil-PN qabel jagħlaq kull ċans ta' bidla fit- tmexxija tal-partit. Imma li kienet aktar gravi - għallinqas f 'għajnejn kull min janalizza s-sitwazzjoni politika fil-partiti - kien il-fatt li lanqas għall-kariga ta' Viċi Kap, fejn allura ma kienx hemm xi politiku f 'pożizzjoni kurrenti qed jikkontesta, ma kien hemm tiġrija. Dan minkejja l-indikazzjonijiet li kien ta Grech stess li hu xtaq mara fil-kariga. Minflok il-PN kellu elezzjoni b'kandidat wieħed biss, biex kienet kampanja bla ħoss, bla wisq entużjażmu għal demm ġdid u riżultat li kien aktar prevedibbli mis-sħana ta' Awwissu. It-tiġrija għal Viċi Kap ġdid kellha tkun l-okkażjoni perfetta biex jiddaħlu nies ġodda u aktar żagħżagħ, mara - sabiex il-partit ikollu iż-żewġ ġeneri fit-tmexxija u idealment xi ħadd bi sfond differenti minn ta' Grech. Minflok il-PN ma kellu ebda għażla ħlief li jmur għal avukat ieħor li ilu snin fil-partit u li - minkejja illi huwa persuna affabbli - kien skwalifikat fl-ewwel rawnd tal-elezzjoni għal Kap ġdid fl-2017 u lanqas biss kien elett fl-aħħar elezzjoni. Opportunità tad-deheb, moħlija! L-abort, jagħti ftit nifs, imma għal kemm? Dan l-aħħar il-PN ħa it ta' nifs ċkejken hekk kif - b'ċerta suċċess ukoll - qabeż fuq l-emenda li tittratta abort u sab lill-Gvern mhux preparat biżżejjed biex jispejga eżattament x'inhu jipproponi. Il-PN rikeb fuq is-sentiment anti-abort, il- biża' u anke l-miżinformazzjoni b'element ta' suċċess. Iżda dan jaf ikun biss soljev ta' it u bl- elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2024 u b'Roberta Metsola, li hija l-qofol tal-kandidatura nazzjonalista, li ddikjarat ruħha favur l-abort f 'kull istanza, il-PN u Grech ma jaqblilhomx wisq li din il-kwistjoni ittul. Minkejja li n-narrattiva tiegħu ħadet aktar is-soppravvent, għallinqas fuq il-midja soċjali, id-diskors tiegħu fil-Parlament illi matulu Grech kważi żżuetta b'mara li kellha tagħmel abort minħabba tqala li kienet se tintemm, niżlet ħażin ħafna ma' għaqdiet tan-nisa u dak favur l-għażla (Pro-Choice) u naffret il- it nies liberali li kien għad hemm fil-PN. Kollox ma' kollox għalhekk din is-sena kienet l-annus horribilis tal-PN u maċ-ċekċik tat-tazzi tax-xampanja Bernard Grech ma jistax ma jixtiqx illi l-2023 tkun aktar ħanina miegħu u mal-PN.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 January 2023