Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489654
IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 • illum intervista 'Mhux veru li Eddie Fenech Adami kien qal illi kien jaf min qatel lil Karin Grech' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Nhar it-28 ta' Diċembru, fakkarna l-45 anniversarju mill- qtil ta' Karin Grech, meta din it-tifla fetħet pakkett li kien fih bomba u li kien indirizzat għal missierha li kien baqa' jaħdem waqt strajk tat-tobba. Waqt intervista estensiva li għamlet il-gazzetta ILLUM mal- awtur u l-ġurnalist Dione Borg dwar il-ktieb li għadu kemm ippubblika li jitratta ħajjet l-eks PM u President Emeritus Eddie Fenech Adami, dan sostna illi mhu veru xejn li Fenech Adami kien qal illi kien jaf min qatel lil din it-tifla, kif għadu jkun akkużat sal-lum. "Jiena din il-materja daħlt fiha wkoll fil-ktieb. Eddie kien qal, waqt dibattitu jaħraq fil-Parlament, li hu jagħmel l-investigazzjoni kollha li hemm bżonn u imbagħad jgħid min qatilha. Jiġifieri hu qal li l-investigazzjoni għandha twassal biex ikun magħruf min qatel lil Grech u mhux li hu jaf min qatilha" sostna Borg ma' din il-gazzetta. Huwa qal ukoll li fil-fatt meta tela' fil-poter fl-1987 Fenech Adami fetaħ investigazzjoni fuq il-qtil ta' Raymond Caruana, Karin Grech, Wilfred Cardona u anke Lino Cauchi. "Dak tal-PL kien tidwir bid- diskors bħal meta fis-snin 90 dawwru d-diskors u ġabu biċċa fejn Eddie jinstema' jgħid 'ħalluhom ħa jogħlew il-prezzijiet' u ma ġabux kif tkompli, meta qal 'basta jkun hawn ix-xogħol.' Imma l-gazzetta tfakkru li semma' erba' investigazzjonijiet dwar erba' omiċidji, b'Fenech Adami sussegwentement jagħmel mill-1987 sal-2004 Prim Ministru, għajr għal sentejn bejn l-1996 u l-1998, u l-ebda wieħed minn dawn il-każi ma kien solvut. "Vera," jammetti Dione Borg li jkompli jfakkar iżda li dawn l-erba' omiċidji kollha seħħew taħt Gvern Laburista. "Ma ninsewx li l-Labour kien dam 10 snin fil-Gvern wara l-qtil ta' Karin Grech, li seħħ fl-1977." Huwa allega illi l-każi baqgħu ma ssolvewx għaliex l-informazzjoni primarja li hija neċessarja f 'investigazzjoni "inqerdet u ġiet imbagħbsa." 'Ma nistax ngħid għaliex minkejja l-investigazzjonijiet, erba' omiċidji baqgħu ma ssolvewx' Dione Borg jgħid illi l-ktieb tiegħu "Eddie" jitratta wkoll f 'dettall il-qtil ta' Raymond Caruana fl-1986 li kien qiegħed fil-Każin tal- Partit Nazzjonalista tal- Gudja meta nies li baqgħu mhux magħrufa sparaw lejn il- binja u ħasdulu ħajtu. Huwa qal illi Fenech Adami kien qal lill-Pulizija illi kieku arrestat lil numru ta' nies - "u semmiehom b'isimhom" - Caruana ma kienx jintqatel. "Dawn nies li kienu ilhom iwettqu il-vjolenza, għax ma ninsewx li Raymond Caruana ma nqatilx f 'inċident iżolat, imma bħala parti minn strateġija ta' sparar fuq każini tal-PN. Ma ninsewx li l-istess arma li qatlet lil Raymond Caruana ntużat it jiem qabel meta sparaw fuq il- każin ta' Ħal Tarxien," ifakkar Borg mal-ILLUM. Huwa qal illi dawn in-nies li kien semma' Fenech Adami kienu jidhru fil- meetings, b'wiċċhom mikxuf u kienu jagħmlu li jridu. Iva, imma meta kellu l-poter Fenech Adami x'kien għamel?' "Ta l-informazzjoni kollha li kellu lill-pulizija, kemm meta kien Kap tal-Oppożizzjoni u anke meta kien Prim Ministru. Infetħet inkjesta imma baqa' ma ssolva xejn. Bl-informazzjoni li ta Eddie suppost il-każ issolva," kompla jisħaq l-awtur u l-ġurnalist. Mela għaliex ma ssolvewx? Nuqqas ta' rieda? "Ma nafx inwieġbek. Trid tistaqsi lill-Pulizija" sostna Borg mal-ILLUM 'Għaliex il-kittieba u l-istoriċi ma kitbux dwar is-snin 70 u 80?' U fuq l-istess suġġett imma mhux daqstant dwar każ partikolari. Kemm iħoss Borg li hawn apprezzament u għarfien storiku ta' dak li ġara matul dawn is-snin? X'jaħseb dwar il- fatt li l-unika punt ta' riferenza storika għal dawn l-inċidenti inġabru fi ktieb wieħed li kiteb hu stess (Libertà Mhedda)? "Kemm hu ħażin hux?" jibda jwieġeb b'mistoqsija rettorika Borg mal-ILLUM. "Għaliex il- kittieba u l-istoriċi li tant kitbu fuq l-istorja ta' pajjiżna għażlu li ma jagħmlux l-istess dwar s-snin 70 u 80, li huma importanti ħafna wkoll." Dione Borg qal illi huwa kiteb il-ktieb dwar dawn is-snin hekk kif kienu għadhom ħajjin in- nies, bħal ma jgħid li għamel ma' Karmenu Mifsud Bonnici dwar dak li kien seħħ f 'Tal-Barrani u ma' diversi persuni oħrajn li kienu għadhom ħajjin u li kienu preżenti. "Kieku llum intilfet dik l-intervista ma' Karmenu," sostna, filwaqt li qal illi bħala ġurnalist u kittieb hu ħassu fl- obbligu li jiddokumenta dak li kien seħħ. 'Kieku bqajna viġilanti... Ma kinitx tinqatel Daphne' Huwa jinsisti li s-soċjetà nsiet dak li seħħ, b'din il-gazzetta tirrimarka illi ħafna drabi persuni nazzjonalisti stess jistaqsu kemm il-PN se jdum jgħix fil-passat. Borg sostna li l-PN jagħmel xi attivitajiet li jfakkru l-qtil ta' Raymond Caruana, imma saħaq li xorta mhux qed ifakkar l-inċidenti ta' dawk is-snin. Il-gazzetta tfakkru li inċidenti kien hemm miż-żewġ naħat, inkluż meta bdew jintremew ballabostri mill-każin tan- nazzjonalisti ta' Ħaż-Żebbuġ. Għalkemm ma jidħolx f 'dan il- każ waqt l-intervista huwa jgħid li fil-ktieb daħal f 'dan il-każ u saħaq li anke dwar dan hemm bżonn "inżommu mal-fatti." Dione Borg temm din il-parti tal-intervista billi sostna li aħna sirna soċjetà li ma baqgħetx titkellem fuq dawn il-każi u li ma baqgħetx issemmi leħinha u tipprotesta biex issir ġustizzja ma' Raymond Caruana. "U x'ġara bħala konsegwenza? Inqatlet Daphne Caruana Galizia," fakkar Borg li qal illi waħda mill-ftit affarijiet tajbin li ġraw wara l-assassinju tal- ġurnalista kien li n-nies bdew isemmgħu leħinhom. "Daphne inqatlet għax inħolqot impunità, li ma kinitx tinħoloq kieku wara l-vjolenza tas-snin 80 bqajna viġilanti," temm jgħid Dione Borg. (It-tieni parti ta' din l-intervista li titratta lil Fenech Adami bħala President u l-Unjoni Ewropea se tiġi ppubblikata bħal-lum ġimgħa) Jgħid li Eddie qatt ma qal li jaf min qatel lil Karin Grech, li fetaħ investigazzjoni fuq erba' omiċidji meta sar PM imma hu ma jafx għaliex ma ssolvewx u jisħaq illi kieku bqajna viġilanti ma kinitx tinqatel ġurnalista... Karen Grech u Raymond Caruana Dione Borg