Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489654
20 kummerċjali IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 • illum Nippremjaw l-aqwa proġetti ta' arkitettura u disinn ta' Malta għas-sena 2022 Anke jekk naraw l-arkitettura storika u moderna bħala waħda differenti, it-tnejn li huma jista' jkollhom suċċess bl-istess mod. Filwaqt li l-arkitettura antika tista' tinfurmana dwar il- kultura, l-istorja, u l-valuri tal- passat — bħat-tempji, palazzi u knejjes uniċi li jsebbħu Gżiritna, l-arkitettura moderna għandha s-setgħa li tispira u tittrasforma għall-aħjar l-ispazji li ngħixu fihom. Iżda biex l-arkitettura moderna tikseb l-istess livell ta' suċċess li nattribwixxu lil bini antik, il-bini tal-lum irid ikun iddisinjat tajjeb mhux biss minn barra iżda wkoll minn ġewwa. Arkitettura mfassla tajjeb mhix suġġettiva. L-istil u l-moda huma. Filwaqt li niċċelebraw ix-xog- ħlijiet u l-ismijiet ta' periti lokali rikonoxxuti sew - bħal Tumas Dingli, Ġlormu Cassar, Emanue- le Luigi Galizia biex insemmu xi ftit - li ħallew warajhom bini em- blematiku, aħna inqas napprez- zaw il-periti u disinjaturi kon- temporanji tal-lum li xogħolhom qatt ma kien kumpless u ta' sfida daqs kemm huwa llum il-ġurna- ta, bis-suċċess mhux garantit. "L-iskopijiet tal-MASP Awards – issa qiegħed jilqa' s-sottomiss- jonijiet għar-raba' edizzjoni an- nwali tiegħu – huwa li jirrikon- oxxu u jiċċelebraw ix-xogħol ta' kwalità tal-lum u n-nies wara proġetti ta' arkitettura ta' suċċess iddisinjati tajjeb. Imnedija fl- 2019 mill-Awtorità tal-Ippjanar taħt il-Patroċinju tal-President ta' Malta, il-MASP Awards saru famużi ma' periti u interior de- signers lokali u marka ta' eċċel- lenza fl-industrija," jispjega l-or- ganizzatur tal-MASP Awards, Peter Gingell. "Kieku ma kienx għal dawn il-premjijiet, anke l-aktar proġet- ti mfassla tajjeb jibqgħu mhux apprezzati u jibqgħu 'stejjer moħbija' tat-talent lokali kreat- tiv li għandna madwarna. Aħna nemmnu li jekk tingħata pub- bliċità lill-aħjar prattiċi hemm ċans aqwa li l-miżien ikun favur arkitettura mfassla tajjeb," jenfa- sizza s-Sur Gingell. Għall-edizzjoni ta' din is-sena żdiedu żewġ kategoriji ġodda. Il-Premjijiet għall-Proġetti Żgħar qegħdin jiġu introdotti biex jak- komodaw proġetti li jistgħu ma jkunux kompetittivi jekk ikunu inklużi ma' proġetti fuq skala ak- bar f 'kategoriji oħra. Hawnhekk, il-proġetti jridu juru li wieħed jista' jikseb riżultati notevoli għalkemm żgħir fl-iskala. B'foot- print ta' mhux aktar minn 170 metru kwadru, il-proġetti jistgħu jinkludu wkoll installazzjonijiet, strutturi temporanji, għamara tat-toroq, kjosks ta' informazz- joni, shading canopies u viewing platforms. Il-kategorija ġdida l-oħra hija l-premju tal-Inġinerija fl-Arkitet- Premjijiet MASP 2022: Tlettax-il premju għad iridu jintrebħu hekk kif ser tibda r-raba' edizzjoni ta' The Malta Architecture and Spatial Planning (MASP) Awards. L-organizzatur tal-MASP Awards, Peter Gingell, jispjega kif dawn il- premjijiet qegħdin jgħinuna niskopru u napprezzaw żviluppi arkitettoniċi ġodda f'Malta, u n-nies li ħolquhom. Il-Premju MASP Rehabilitation and Conservation Award Winner 2021, Valletta Design Cluster - Restoration Directorate