Illum previous editions

ILLUM 8 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489654

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 23

19 editorjal illum • IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I nkunu qed nitmejlu bina infusna jekk ngħidu li f 'termini ta' skart u indafa dan il-pajjiż mhux qiegħed jesperjenza dik li taf issir kriżi jekk ma jkunx hemm pass wieħed, importanti u neċessarju mill-Gvern: Infurzar. Ma jistax ikun li dan il-pajjiż li għamel progress f 'tant oqsma jibqa' jidher qisu tat-tielet dinja. Torrijiet ileqqu u toroq imġiddma! Six star hotels u faċċata tagħhom toroq mimljin skart! Appartamenti ta' lussu u xħin toħroġ muntanja boroż taż-żibel ma nġabrux, jew li nħarġu erbat ijiem qabel jinġabru. Qed nirrealizzaw li din il-problema qed tagħmilna nidhru pajjiż tat-tielet dinja? Il-borma fuq tlieta qegħda. L-ewwelnett: L-injoranza grassa ta' settur tal-poplu (u miegħu settur ta' nies li ġew pajjiżna) li jiġi à la biebu minn ħaddieħor, à là biebu minn pajjiżu u à là biebu minn quddiem biebu - għax quddiem biebu jaħseb li mhux tiegħu, "mela ħammeġ". Mhux injorant trid tkun titfa' xi TV, jew xi saqqu, jew xi biċċa għamara f 'nofs ta' triq, jew xi basket ħwejjeġ - meta għadna servizz bieb, bieb bla ħlas mill-Kunsilli? Mhux injorant trid tkun, biex tmur nofs ta' nhar picnic, tgawdi xi veduta u l-borża, bil-kaxxa fejn kien hemm il-burger jew il-kaxxa tal- pizza sfaċċatament tarmiha barra? Pajjiżek dan. Artek din. It-tieni problema: Nuqqas serju ta' ppjanar, tort tal-politiċi tagħna, tal- Gvernijiet - inkluż dan. Għax l-importanti joħroġ il-permess "ħalli tivvotalna". Mela filli triq kienu joqgħodu 100 persuna, filli ħames snin wara qed jgħixu 1,000, ghax id-djar twaqqgħu u telgħu blokok ma jispiċċaw qatt ta' appartamenti. Lokalità li 10 snin ilu kienu jgħixu fiha 10,000 illum qed jgħixu 25,000 - ħafna minnhom f 'kirjiet. Taf x'ifisser dan? Li fejn qabel fuq bankina kien ikun hemm borża waħda taż-żibel ta' dar waħda, issa hemm 20 - ta' 20 appartament. Ma tridx tkun xi matematiku biex tinduna biha din il- problema! U għax il-Gvernijiet tagħna ma ppjanawx, illum fl-aktar lokalitajiet turistiċi, l-aktar lokalitajiet li suppost huma organizzati għandna babilonja ħmieġ, boroż taż-żibel jiġru, skart goff ma' kull erba kantunieri u aktar! Dan it-turiżmu ta' kwalità li rridu? Kif se nġibu t-turiżmu ta' kwalità jekk tas- Sliema u Buġibba - tant hemm nies fihom, tant qed jintilef il-kontroll, li hemm żoni minnhom proprja mandra? Imma possibbli f 'dal-pajjiż anke l-bażiku jidher impossibbli? Anke għal bażiku irridu noqgħodu niktbu l-editorjali jew inċemplu d-Dipartimenti? Għalfejn qed ikollha tidħol Clean Malta għal xogħol li suppost qed isir mill-Kunsilli? Għaliex? U finalment: Infurzar. Tajjeb li l-Gvern waqqaf il-Clean Malta u ninżgħu l-kappell lil dan id-Dipartiment li qed jagħmel kważi l-impossibbli u insellmu lil Ramon Deguara li qed imexxi dan id- dipartiment. Imma ma jistax jiġu jnaddfu u litteralment kwarta wara jiġi xi wieħed à là biebu - biex ma nsemmux annimali - u jerġa' jħammeġ u qisu xejn mhu xejn. Free-for-all. Kulħadd jagħmel li jrid għax ma hemmx deterrent. Il-Prim Ministru joqgħod Wied il- Għajn, ma jarahomx dawn l-affarijiet f 'żona oħra problematika? Il-Ministru tat- Turiżmu joqgħod il-Mellieħa - 10 minuti minn Buġibba - ma jarahomx dawn l-affarijiet? Mela ħa nibqgħu naħsbu li ma hemmx min jikkompetilna għat-turisti? Il-Gvern irid iqum mir-raqda li jidher li rieqed u kif jgħidu bl-Ingliż, 'gets this house in order'. U biex dan il-pajjiż jibda jieqaf għall-cowboys maħmuġin - barranin jew Maltin - multi u multi ħorox hemm bżonn. Żmien il-kampanji edukattivi spiċċa. Min ma tgħallimx sa issa, għax ma jridx jitgħallem. Għax injorant u egoist. Mela multi, multi ħorox u multi li ma jinħafrux minn xi politiku hemm bżonn! Infurzar Żero: Żmien il-kampanji spiċċa. Wasal żmien il-multi!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 January 2023