Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489655
16 opinjoni IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 • illum Il-ħarsien tal-biodiversità - Obbligu komuni, neċessità globali I d-dinja naturali hija waħda sabiħa u vibranti, bil-kale- jdoskopju ambjentali ta' pajjiżna jkun wieħed li rnexxielu jispira lill-artisti, l-poeti u l-kittieba tagħna għal sekli sħaħ. Lil'hinn mill-estetika, l-ekoloġija ta' madwarna għandha rwol mingħajr paragun fil- ħajja tagħna ta' kuljum, għax tipprovdilna numru ta' servizzi essenzjali: Fosthom, l-ikel u l-ingredjenti prinċipali għall- konsum tagħna ta' kuljum, il- protezzjoni minn numru ta' mard infettiv, u anke s-serħan mill- elementi tat-temp l-iktar qalil. Bħala individwi u bħala pajjiż, l-ambjent Malti kien u għadu kapaċi jiddefinixxina bħala poplu. Il-flora u l-fawna endemika għal pajjiżna, hija parti integrali tal- identità tagħna, u ta' dak kollu li jagħmilna Maltin. Madanakollu, l-użu ta' dawn ir-riżorsi qiegħed jilħaq livelli rekord, b'tali mod li m'aħniex nagħtu lok għar-riġenerazzjoni tal-ambjent tagħna. Fl-istess ħin, it-tibdil fi-klima qiegħed ikompli jħalli ħerba, u jaċċellera dan ir-ritmu ta' qerda. Dan japplika wkoll għall-biodiversità fuq l-art, kif ukoll fil-qiegħ tal-ibħra ta' madwarna. Il-ħarsien tal-biodiversità tagħna għandu jkompli jiġi xprunat, għal diversi raġunijiet ewlenin. Irridu li nsostnu l-patrimonju naturali tagħna għall-ġenerazzjonijiet preżenti, kif ukoll dawk futuri. Fl-istess ħin, il- protezzjoni tal-biodiversita tagħna huwa metodu effiċjenti biex nikkontrollaw l-emissjonijiet tal- karbonju fl-arja, raġuni ewlenija għall-aċċellerazzjoni fit-tibdil tal-klima. Fl-aħħar nett, ma nistax ma nsemmix kif il-qerda tal-ambjent ta' madwarna, jaffettwa b'mod negattiv is-setturi tal-agrikoltura u tas-sajd f 'pajjiżna. Jekk ma nħarsux l-għelieqi ta' madwarna, l-produzzjoni tal-ikel lokali ma tilħaqx il-livelli bżonnjużi biex nitimgħu lil kull wieħed u waħda minnha. Jekk l-ekoloġija marittima tkompli titlef is-saħħa tagħha, il-ħut li bħalissa qiegħed jinqabad mis-sajjieda tagħna, jew ifittex bnadi oħra, jew inkella jirriproduċi ruħu b'ammonti ħafna inqas minn dawk preżenti. Kwalunkwe nuqqas li jinħass f 'dawn iż-żewġ setturi, iħallu effetti negattivi fuq oqsma importanti oħra wkoll. Dawn iż-żewġ oqsma jikkontribwixxu għas-sostenibbilita tal- produzzjoni tal-ikel lokali, joffru diversi opportunitajiet ta' impjiegi (kemm diretti u kif ukoll b'mod anċillarju). Ma ninsewx ukoll ir-rabta integrali li dawn iż-żewġ setturi għandhom mal-ekonomiji fi ħdan il- kommunitajiet tagħna. Lil'hinn minn dawn, diversi ġenerazzjonijiet ta' sajjieda, raħħala u bdiewa f 'Malta jkollhom jiffaċċjaw diffikultajiet ikbar biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom. Kawża ta' dan, l-ibħra u l-għelieqi tagħna jisfaw abbandunati, sitwazzjoni xejn feliċi għalina lkoll. Fid-dawl ta' dan, matul ix-xahar ta' Diċembru, id- dinjitarji ta' madwar 200 pajjiż ikkongregaw ġewwa l-belt Kanadiża ta' Montreal. Matul dan il-kungress ta' diversi ġranet, perjodu ta' diskussjoni li ssokta matul l-erba' snin li għaddew, fl-aħħar laħaq il-milja tiegħu fl-iffirmar ta' trattat, liema trattat għandu jixpruna bis-saħħa il-ħidma internazzjonali favur il-protezzjoni tal-biodiversita globali. Pass importanti, anke jekk dan il-ehim diġa għandu l-kritika ġġustifikata fil-konfront tiegħu. Is-soluzzjonijiet għal dawn l-ostakli pertinenti, ma jistgħu qatt jiġu pprovduti mingħajr s-sostenn ta' strateġiji ħolistiċi li jħarsu l-quddiem. Huwa għalhekk li f 'dawn ix-xhur li ġejjin, il-Gvern ser ikompli jorganizza l-ikbar sensiela ta' laqgħat ta' konsultazzjoni li qatt seħħ fis-settur tas-sajd. Bil- fehmiet tal-esponenti kollha, sejrin inħarsu li nagħmlu t-tibdil kollu neċessarju, waqt li fl-istess ħin npoġġu s-sostenibbilita u l-protezzjoni tal-ambjent ta' madwarna fil-quċċata tal-ħidma kollha tagħna. Tramite kampanji oħra, bħall- iskemi tat-tagħlim għall-bdiewa u s-sajjieda żagħzagħ minn dawk li ilhom involuti għal diversi snin, kif ukoll l-ixprunar ta' iktar għodod teknoloġiċi fl-użu ta' kuljum, sejrin inwettqu il-bidla neċessarja. Inizjattivi bħall-Laboratorju tar-Riċerka ġewwa San Luċjan, kif ukoll il-promozzjoni tal- ikel lokali mas-settur privat u l-konsumatur lokali, huma kollha passi l-quddiem tant importanti għall-futur sostenibbli ta' pajjiżna. Madanakollu, nafu li ma nistgħux nieqfu issa bil-ħidma tagħna. Pjuttost il-kontra: Il- bidla minn ta' taħt fuq li qegħdin inwettqu f 'dawn is-setturi, ser ikunu l-fulkru tant essenzjali għal ritmu ta' ħidma iktar b'saħħtu, mgħaġġel u effettiv. Ir-raġuni għal din il-ħidma kollha hija pjuttost sempliċi. Ma nistgħux nqisu l-bżonn li nipproteġu l-bijodiversita ta' madwarna bħala problema li tista tiġi xkupata taħt it-tapit. Irridu nkunu aħna, bħala l-ġenerazzjoni preżenti, li nwettgħu t-triq għall-bidla, għall-innovazzjoni, u għal futur protett minn dan it-theddid. Nagħmlu dan kollu, għax fl-aħħar mill-aħħar, ta' kuljum insaqsu l-istess mistoqsija: Jekk mhix aħna, min? Alicia Bugeja Said Alicia Bugeja Said hija s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u Drittijiet tal-Annimali