Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489655
'Ħalliena Silvio. Raġel fuq l-irġiel'... In-nies 06 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 • illum Raħal Ġdid imbikkma fuq it-telfa tal-eks Deputat Laburista Silvio Parnis... L-ILLUM tmur fil-pjazza ta' Raħal Ġdid u titkellem man- nies dwar it-telfa ta' politiku 'li dejjem għen lin-nies u qatt ma ra kuluri' ANTHEA CACHIA Nhar it-Tlieta 3 ta' Jannar Malta inħasdet bl-aħbar tal-mewt tal-eks Deputat Laburista Silvio Parnis fl-età żgħira ta' 57 sena, wara battalja mal-kanċer. Reġa' sebaħ il-jum ta' wara mewtu u l-ILLUM marret fil-lokalità li tant kienet għal qalb Parnis, fost ir-residenti ta' Raħal Ġdid. Qalb il-ġenn biex kulħadd ilesti l-qadi, in-nies li waqfu jieħdu kafè għand tal- gabbana u nies oħra li ta' kuljum jiltaqgħu l-każin l-ILLUM innutat li kulħadd beda' jgħid l-istess ħaġa, "ħalliena Silvio, x'dispjaċir." Għaldaqstant din il-gazzetta tkellmet ma' 20 persuna dwar kif kienu jiddeskrivu lil dan il-politiku u kif irreaġixxew għall-aħbar ta' mewtu. L-ILLUM titkellem ma' sid ta' ħanut li saħqet li filwaqt li hija ma kinitx tafu daqstant, għax ma kinitx minn Raħal Ġdid, "minn dak li qrajt u smajt kien raġel maħbub ħafna u mhux biss minn din il-komunità." Hija qalet li huwa ta' dispjaċir għall- pajjiż kollu li jitlef persuna li kien jagħmel ħafna ġid. "Żgur mhux pjaċevoli meta tisma' li miet missier ta' età żgħira." Din il-gazzetta titkellem ukoll ma' tliet irġiel jixorbu t-tè – Ġorg, Toni u John - u kollha qablu li Waqt il-funeral fil-Bażilika ta' Kristu Re f 'Raħal Ġdid Parnis tul il-karriera tiegħu kien ukoll xandar ta' diversi programmi soċjali Joseph Muscat issellem il-memorja ta' eks Kollega Silvio Parnis jindirizza l-Parlament Il-Partit Laburista isellmu kollega għall-aħħar darba In-nies ta' Raħal Ġdid jibku t-telfa ta' wieħed minnhom