Illum previous editions

ILLUM 8 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489655

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 23

21 kummerċjali IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 • illum tura. Wara kull biċċa arkitettura kbira hemm inġinerija mill-aqwa. Dan il-premju ser jirrikonoxxi proġetti li jeċċellaw fl-inġinerija strutturali u jwessgħu l-konfini tal-arkitettura permezz tal-inġin- erija kreattiva. Is-Sur Gingell kompla jgħid li "bidla kbira oħra tirrigwarda l-istadju tal-evalwazzjoni. Minn din is-sena, il-parteċipanti ser ikollhom l-opportunità li jagħ- tu preżentazzjoni ta' ħames minuti għall-proġetti li jkunu ssottomettew. Dan ser jipper- metti lill-membri tal-ġurija, speċjalment l-esperti barranin, li jkollhom ħarsa aktar ħolisti- ka u jitgħallmu aktar dwar kull proġett qabel jiddeċiedu liema għandhom ikunu l-proġetti reb- bieħa." Barra minn hekk, "is-sena d-dieħla qegħdin nippjanaw li nieħdu l-proġetti rebbieħa taż- żewġ edizzjonijiet li għaddew eqreb lejn in-nies, permezz ta' wirjiet fil-beraħ li ser ikunu mtellgħa f 'numru ta' lokalitajiet," enfasizza s-Sur Gingell. Il-Premju tal-President ser jerġa' jidher b'mod prominenti fl-ediz- zjoni ta' din is-sena. Sal-lum, dan il-premju prestiġjuż ingħata lill-professjonisti distinti fosthom il-Perit Konrad Buhagiar, il-Perit Joseph Spiteri (post humous) u Dr Perit Godwin Cassar. B'ħafna ismijiet possibbli fuq il-karti, dan il-premju ser jingħata lill-per- suna li tat kontribut eċċellenti matul is-snin permezz ta' riċerka, edukazzjoni, teorija jew prattika tal-arkitettura u l-ambjent mibni. "Meta nistiednu dħul għall-ediz- zjoni ta' din is-sena, irridu nieħdu mument biex nesprimu l-ap- prezzament tagħna għall-Periti u d-disinjaturi kollha rebbieħa tal-MASP Award, li l-ideat inno- vattivi tagħhom, il-mentalità li taħseb 'l quddiem u x-xogħol me- tikoluż tagħhom jispiraw il-bidla fil-kwalità tad-disinn kollettiv li għandna bżonn fl-ambjent mibni tagħna. Għal dan nibqgħu grati!" Iċ-Ċerimonja tal-Premjijiet tar-raba' edizzjoni ser issir nhar is-Sibt, l-1 ta' April 2023. Is-sot- tomissjonijiet għall-premjijiet huma miftuħin sat-Tlieta, il-31 ta' Jannar 2023, filwaqt li l-votazzjo- ni tal-pubbliku ser issir bejn l-20 ta' Frar u t-12 ta' Marzu 2023. Għal din l-edizzjoni ġiet intro- dotta offerta early bird, li ser is- servi ta' inċentiv għal ditti iżgħar tal-arkitettura u interior design- ers biex jikkunsidraw li jidħlu għal aktar proġetti u ma jħallux ix-xogħol preparatorju kollu għall-aħħar jiem. Aktar informazzjoni u dettalji tas-sottomissjonijiet huma dis- ponibbli online fuq is-sit elettron- iku www.maspawards.com Kategoriji • Rehabilitation & Conser- vation Award • Restoration Award • Design Award for Good Architecture, Building and Structure • Residential Architecture Award • Public Open Spaces Award • Commercial and Public Buildings Award • Interior Architecture Award for residential pro- jects • Interior Architecture Award for Commercial or Public Buildings • Urban Planning Concept Award • Small Projects Award • Architectural Engineering Award • Architecture Photography Award Residential Architecture Award Winner 2021 - Portomaso Laguna - Demicoli and Associates Interior Architecture Award for Residential Projects Winner 2021 - Change in Direction, Lija - Daniel Scerri Periti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 January 2023