Illum previous editions

ILLUM 8 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1489655

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

08 analiżi IL-ĦADD 8 TA' JANNAR 2023 • illum L-ewwel xhur tal-2023: L-abort, l-għoli donnha sajf u l-gwerra fl-Ukrajna Fost l-ewwel fuq l-aġenda Parlamentari hemm l-emenda li titratta t-tqala li tkun ta' "periklu gravi għal ħajjet jew saħħet il-mara" - hekk kif tgħid l-emenda stess. Il- Gvern se jressaq kjarifika li biex b'hekk tarbija fi tqala "vijabbli" u allura wieħed jiem fi tqala li tista' twelled, tkun tista' titwieled. Il-mistoqsija hija kemm din il- kjarifika se tpaċi mill-oppożizzjoni għall-emenda. Naturalment dak is- settur tal-poplu li mhux l-emenda iddejqu daqs kemm qed jara fl- emenda opportunità politika, se jibqa' jopponi. Dawk li għalihom din l-emenda hija "żejda" u "bieb għall- abort" u allura jemmnu li ma għandu jsir xejn minnha, se jibqa' jopponi. Imma, ħafna aktar importanti u kruċjali hija din: Din il-kjarifika tal-Gvern kemm se tikkonvinċi lill-President tar-Repubblika li din l-emenda verament hemm bżonnha u li mhix abort, fis-sens wiesa' li bih ħafna drabi jinhiem? U sussegwentement il-President se jiffrimaha l-Emenda fil-Liġi? Il-President tar-Repubblika poġġa lilu nnifsu f 'qagħda antipatka il- mument li esprima ruħu fuq dan is- suġġett u kien daqstant kategoriku dwar riżenja, it sigħat biss wara li sar President. Tajjeb jew ħażin, ħafna issa qed jistennewh iżomm ma' dik l-istqarrija kategorika, minkejja li l-irwol ta' President - skont il-Kostituzzjoni ta' Malta - ma jippermettix li dan iwaqqaf liġi milli tidħol fis-seħħ. Għalhekk, hekk kif bdiet l-2023, Vella għandu tliet għażliet: Jew li jiffirma għax iħoss li l-kjarifika li saret tagħti aktar protezzjoni lit- tarbija, jew isiefer u jiffirma l-Aġent President biex din tkun it-tieni darba li din ġrat bi pjan jew inkella ma jiffirmax u kif mistenni minnu kostituzzjonalment, jirriżenja. Jekk iseħħu l-ewwel xenarji jaqla' l-kritika, jgħaddi ż-żmien u l-kwistjoni tinżel sew fl-elenku ta' prioritajiet tan-nies u anke tal-politiċi. Iżda jekk imur għal riżenja jkun qed joħloq xenarju Kostituzzjonali uniku u kważi, kważi kriżi kostituzzjonali hekk kif ikun l-ewwel President tar-Repubblika minn meta Malta saret Repubblika fl-1974 li jkun irriżenja mill-kariga u aktar minn hekk l-ewwel President li jkun irriżenja propju għax ma jaqbilx ma' liġi li jkun ressaq Gvern. Xi ħaġa bħal din toħloq preċedent partikolari u probabbilment twassal, fl-2023 jew lilhinn, għar- ridefinizzjoni tal-irwol tal-President u meta dan jista' effettivament iwaqqaf lill-eżekuttiv, elett mill- poplu, milli jdaħħal liġi jew inkella jipposponi tali liġi. Għax imbagħad dak li jgħodd għat-tqala u l-abort ikun jgħodd għal kull kwistjoni oħra li ma timxix skont il-valuri ta' President. Tbiddel ukoll, b'mod assolut, id-dinamika tal-kariga u kif il- poplu jħares lejn il-President, għax imbagħad mill-idea ta' persuna purament ċerimonjali u figura simbolika, jsir figura ċentrali u kruċjali fil-proċess leġiżlattiv. Għax il-poplu, jew lobby groups li ma jkunux iridu liġi tgħaddi jibdew jaraw fil-President iċ-ċavetta ewlenija biex minkejja l-Parlament u minkejja l-eżekuttiv, xorta jwaqqfu liġi milli tgħaddi. Għalhekk, b'riżenja tinħoloq kriżi kostituzzjonali. L-2023 se tkun l-ewwel sena f 'ħafna li fiha ma hemmx elezzjoni jew inkella li mhux qed nistennew waħda. Għalhekk hija sena li jidher illi fuq il-front politiku lokali se tkun kwieta, speċjalment fid-dawl tal-fatt li s-sondaġġi qed jibqgħu juru lill-Partit Laburista u aktar u aktar lil Robert Abela b'eluf kbar ta' voti minn fuq. Għalhekk ma hemmx xi stennija partikolari għall- ebda għażla elettorali. Dan dejjem sakemm iżda, il-Moviment Pro- Life flimkien mal-għaqdiet diversi tal-Knisja ma jibdewx jiġbru l-firem ladarba l-Emenda dwar l-Abort tgħaddi mill-istadju ta' Kumitat sabiex jissejjaħ referendum abrogattiv - jiġifieri referendum li jitlob għal bidla f 'liġi. Il- PN probabbilment mhux se jkun daqstant entużjast għal din il-proposta hekk kif referendum kontra din l-emenda bil-PN fuq quddiem kontra l-abort jaf jikkomprometti - u mhux ftit - il-kandidatura u l-irwoli prospettivi ta' Roberta Metsola li ddikjarat ruħha favur l-abort, hekk kif inhi l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew. Naturalment, referendum jitfa' lill-Partit Laburista wkoll fuq quddiem favur l-emenda u naturalment (u skont kif issir il-mistoqsija) favur l-abort fil-perċezzjoni ta' bosta. Din hija sfida wkoll għall-partit fil-Gvern. Referendum dwar suġġett daqstant sensittiv u li jqajjem tant emozzjoni jista' faċilment jagħmel l-2023 qalila daqs sena ta' elezzjoni. Lejn liema xenarji politiċi qed inħarsu f'dawn l-ewwel xhur tal-2023? X'inhuma r-realtajiet li se niffaċċjaw u li se tiffaċċja l-klassi politika? U t-temp - sabiħ kemm trid, imma xi prezz se nħallsu? L-ILLUM tagħti ħarsa... Emenda Abort: X'se jagħmel u x'jista' jagħmel il-President? 'Il bogħod mill-elezzjonijiet... Jew?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 January 2023