Illum previous editions

ILLUM 15 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490057

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 2090 8600 Aktar vuċijiet jingħaqdu kontra l-iżvilupp tal- Comino Hotel li se jfisser 19-il villa fuq din il-gżira L-eks Deputat Laburista Evarist Bartolo ingħaqad mal-vuċijiet dejjem jiżdiedu kontra żvilupp propost f 'Kemmuna. Huwa nnota fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook li "wara li dfinna lil Malta taħt ħafna bini u qed nidfnu wkoll lill-Għawdex, m'għandniex issa ngħaddu biex nidfnu anke lil Kemmuna taħt il-bini." Skont il-pjanti, li bħalissa qed jiġu kkunsidrati mill- Awtorità tal-Ippjanar, is-sit tal-eks "Comino Hotel" se jiġi żviluppat mill-ġdid u d-disa' bungalows mitluqa li bħalissa jinsabu fil-Bajja ta' Santa Marija se jiġu sostitwiti b'kumpless ferm akbar ta' 19-il villa komplut b'convenience store u kumditajiet oħra, f 'dak li jista' jsir "Comino Village" ta' residenzi permanenti permezz tal-użu ta' lakuni legali. emmuna hija indikata bħala Żona ta' Konservazzjoni Rurali, Riżerva Naturali, Żona Speċjali ta' Konservazzjoni, Żona ta' Protezzjoni Speċjali, Żona Importanti għall-Għasafar (IBA) ta' Importanza Internazzjonali u tal-UE, sit Natura 2000, Santwarju tal-Għasafar, u "Dark Sky Heritage site". L-iżvilupp propost mhu kompatibbli ma' ebda waħda minn dawn id- denominazzjonijiet. Bartolo sostna li l-għaqdiet ambjetali għandhom raġun jilmentaw u joġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp unappella lin- nies biex jiffirmaw il-oġġezzjoni kontra dan l-iżvilupp. Intant anke l-Moviment Graffitti qefd jopponi dan l-iżvilupp u qed isostni li l-influss ta' tagħmir tqil, materjali tal- kostruzzjoni u l-forza tax-xogħol se jikkawżaw impatt ambjentali kbir, kif ukoll il-qerda, li tista' tkun irriversibbli, ta' żoni ta' ħabitat naturali fil-kumpless innifsu u disturbi fiż-żona ta' madwaru. "Hemm ukoll tħassib serju dwar iż-żieda fit-traffiku introdott fiż-żona, u l-immaniġġjar u t-trattament ta' provvisti u skart li jwasslu għal żieda fil-pesti u l-iskart li huma ta' ħsara diretta għall-ekosistema delikata lokali, li tinkludi popolazzjonijiet ta' Garni (Yelkouan Shearwaters) vulnerabbli protetti fil-viċinanzi," temm jgħid il-Moviment Graffitti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 January 2023