Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490057
L-ATM ma taħdimx u l-fergħa magħluqa... Residenti mxebba' 06 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' JANNAR 2023 • illum ANTHEA CACHIA Immaġina li biex tiġbed il-flus li għandek bżonn għax-xirja mingħand il-grocer trid timxi 10 minuti, issib li l-ATM mhux taħdem, ikollok taqbad tal- linja u tmur tiġbed il-flus minn ATM f 'raħal ieħor 20 minuta 'l bogħod. Jew inkella tiġbed il- flus minn ATM ta' bank ieħor u teħel il-penali kull darba li tiġbed. Din mhix ċajta imma hija realtà frekwenti għal ħafna nies, speċjalment f 'Birżebbuġa fejn l-ilmenti dwar ATM tal- bank HSBC li ma taħdimx huma bosta, xi drabi meta lanqas ta' banek oħra ma tkun qed taħdem. Dan fid-dawl tal- fatt li l-fergħa hija magħluqa u allura klijenti ma jistgħux ikollhom aċċess għall-kontanti minn ġo fiha. Għal dawn l-aħħar ġimgħat l-ILLUM innotat numru ta' nies li wrew tħassib kbir hekk kif l-ATMs tal-irħula tagħhom ta' sikwit ma jaħdmux. Fil-fatt kienu bosta li kkummentaw li kważi kull tmiem il-ġimgħa l-ATMs tal-HSBC ma jkunux qed jaħdmu. Dan huwa l-aktar perjodu fil-ġimgħa li n-nies joħorġu u jaf jiġu bżonn ta' aktar flus kontanti. Filwaqt li din il-problema qed tinħass minn diversi lokalitajiet, il-Kunsillier ta' Birżebbuġa u klijent irrabjat, Alexander Caruana ħa r-riedni f 'idejh u bagħat email formali lill-Bank li fiha esprima d-diżappunt tiegħu. L-ILLUM tkellmet ma' Caruana u staqsietu dwar dak li ltaqa' miegħu hu bħala resident ta' Birżebbuġa u saħaq li meta pprova jagħmel użu mill-ATM fl-aħħar tas-sena, sabha 'out of order'. Hawn l-ILLUM staqsietu jekk din kinitx l-ewwel darba li l-ATM ma kinitx qed taħdem u mal-ewwel wieġeb li din ġrat diversi drabi. Tant hu hekk li residenti ta' Birżebbuġa kellmuh għax anke huma kienu mxebba' bis-sitwazzjoni. "Sintendi, dan huwa bank privat u jiena bħala Kunsillier ma stajt nagħmel xejn. Minkejja dan, ridt risposta minnufih u ma kontx kuntent b'dak li qaluli," qal Caruana. Fir-risposta tiegħu l-HSBC saħaq li l-ATM b'mod frekwenti kienet 'out of order' minħabba l-fatt li ma bdietx taħdem sew, "iżda l-Bank qed jaħdem biex din is-sitwazzjoni titranġa." Dan apparti li saħaq li, "ż-żieda fl- użu tal-ATMs, waqt żmien il- festi, hija waħda mir-raġunijiet li setgħu wasslu biex l-ATM ma ħadmitx sew." Filwaqt li uffiċjal tal-Bank qal li l-HSBC jirrapporta ħsarat minnufih, ikkommetta ruħu biex jagħmel monitoraġġ mill- qrib u jara "kif nistgħu intejbu s-servizz tal-ATMs." Kien għalhekk li Caruana ippubblika din ir-risposta fuq Facebook biex il-komunità ta' Birżebbuġa tieħu nota. Huwa inkoraġixxa lin-nies biex jekk jerġgħu isibu l-magna ma taħdimx jikkuntattjawh bil- għan li jwasslu messaġġ wieħed u aktar b'saħħtu. Mal-ILLUM Caruana żied jgħid li din mhix problema ta' Birżebbuġa biss, anzi jinsab infurmat li din tiġri ta' spiss f 'diversi lokalitajiet. Madankollu jisħaq li Birżebbuġa lanqas bank tal- HSBC ma għandha għax ingħalqet fl-aħħar tal-2019. Fil- fatt fi ftit xhur ingħalqu b'kollox tmien fergħat tal-HSBC li huma ta' Ħal Balzan, Birżebbuġa, Bormla, Fgura, Ħamrun, Wied il-Għajn, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar, minkejja li hija l-ikbar lokalità f 'Malta. L-HSBC kien stqarr li l-għan tiegħu huwa li jaqleb ħafna mis-servizzi tiegħu online. Dan kollu jiġi wkoll fid- dawl ta' rapporti li sa issa ġew miċħuda illi l-HSBC beħsiebu jagħlaq l-operat tiegħu f 'Malta. Tant hu hekk li fl-2018, Bloomberg kienet irraportat li mis-67 pajjiż li kien jopera ippjana li jitlaq jew ibigħ is- sehem tiegħu minn pajjiżi żgħar inkluż Malta, il-Bermuda u l-Urugwaj. Minkejja dan, l-eks Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna saħaq li dawn kienu biss spekulazzjonijiet, kif qal il- Bank HSBC Malta. Intant din il-gazzetta ċemplet lil Bank daqslikieku klijent u staqsiet dwar x'se jsir biex jitjieb dan is-servizz. L-aġent tal- customer care, filwaqt li staqsa dwar il-frekwenza tal-problema relatata mal-ATMs saħaq li waħda mir-raġunijiet possibbli għaliex il-magni ma jkunux qed jaħdmu huwa li l-ħaddiema jkunu qed jimlew il-magni bil- flus. L-HSBC tgħid li ż-żieda fl-użu tal-ATMs waqt żmien il-festi hija waħda mir-raġunijiet li setgħu wasslu biex ATMs ma ħadmux sew iżda r-residenti ta' Birżebbuġa – u mhux biss – jgħidu li l-magni kważi kull ġimgħa bil-problemi...