Illum previous editions

ILLUM 22 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490637

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 analiżi illum • IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 Vanessa Grech, Ailey Grech u Sylvia King (2) Minkejja l-kunjom barrani Sylvia kienet Maltija ta' 34 sena, kellha ħanut f 'Wied il-Għajn u kienet għadha kif rebħet kampjonat tal-Bowling, sport li kienet tajba immens fih. Dan filwaqt li hija kienet tagħmel il-volontarjat ma' gruppi ta' nisa vulnerabbli. King kienet miżżewġa lil Patrick King, Irlandiż, li dakinhar tal-qtil kien imsiefer fuq xogħol. Il-kapitlu ta' King ingħalaq aktar minn 30 sena ilu, jiġifieri fl-4 ta'April 1993, meta mietet mewta li lanqas lill-aqwa għadu tiegħek ma tkun tixtieqa: Maħruqa ħajja. X'ġara dakinhar tad-delitt? Kif għidna qabel, kien l-4 ta' April meta telqet mill-Lemon 'n Lime, il-ħanut li kellha f 'Wied il-Għajn għall-ħabta tas-1:45p.m. għax kellha appuntament. Għall-ħabta tas-7 p.m., il- Pulizija sabu l-karozza meqruda min-nar f 'żona magħrufa bħala l-Kunċizzjoni fil-limiti tar- Rabat. Fil-fatt l-espert forensiku Anthony Abela Medici qal li meta mar fuq il-post il-karozza kienet għadha taħraq u baqa' biss pjanċa ta' karozza bin-numru 5001 u ġisem maħruq inidentifikabbli. Fuq il-ġisem kienu sabu giżirajjen tad-deheb inkluż dik ta' bowling pin, ċrieket u biċċa ħadida żgħira. Abela Medici identifika din il-ħadida bħala l-krukkett tar-riċipettu. Il- Pulizija bdiet taħseb li l-vittma kienet Sylvia King u marret għand ħuha, illi qalilhom li xi ġimgħat qabel ma seħħ id-delitt, oħtu ġiet mhedda minn raġel li l-laqam u d-deskrizzjoni tiegħu wasslu biex identifikawh bħala Joseph Harrington, ta' 36 sena. Meta interrogatu huwa ma kellimhomx għax qal li ma riedx li jinkrimina lilu nnifsu. Dakinhar tal-omiċidju, daħal rapport fl-għassa ta' Ħaż-Żabbar li xufier ta' taxi lemaħ żewġt irġiel jaħtfu persuna li kienet f 'Honda Civic bajda, għall-ħabta tas-1:45 p.m., fl-akkwati tal-impjant ta' Sant Antnin, f 'Wied il-Għajn. Ix-xufier qal li l-irġiel kienu f 'karozza Vauxhall Nova jew Opel Astra u n-numru reġistrat kien propju 5001. Huwa kien infurmahom li l-mara kellha t-tape ma' ħalqha. Aktar tard irriżulta li l-pjanċi kienu ta' karozza oħra b'hekk il-pulizija ma sabitx il-vettura ta' dik it-tip irreġistrata b'dan in-numru. Intant furnar f 'Ħaż-Żabbar qal lill-Pulizija li huwa kien kera l-karozza Vauxhall lil ċertu omas Baldacchino. Ġara li kien Harrington li mar jikri l-karozza iżda ma kellux il-liċenzja tas-sewqan fuqu u għaldaqstant il-karozza inkriet f 'ismu. B'din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom, Baldacchino ġie arrestat. Baldacchino talab li jkellem lill- Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien, George Grech u kien hemm li Baldacchino irrakkonta sal-inqas dettal, x'wassal għad- delitt. Huwa kien taħt l-impressjoni li kienu se jisirquha biss u ma kienx jemmen li kien se jaslu biex joqtluha. Huwa irrakkonta li dakinhar qagħdu jistennewha ħierġa. X'ħin rawha ġejja imblukkawlha t-triq, ħarġu għaliha u ħatfuha. Huwa ikkonferma wkoll dak li kien qal ix-xufier, li għattewlha ħalqha bit-tape għax kienet se taqbad tgħajjat. Baldacchino saq il-Honda ta' Sylvia u marru ħdejn is-Salib tal-Għolja, limiti tas-Siġġiewi. Minkejja dan, kien hemm xi kaċċaturi u għaldaqstant marru lejn il-kunċizzjoni. Huwa irrakkonta kif Harrington ried jaħraqha ħajja iżda Baldacchino għarrfu li dan ma kienx sew u għaldaqstant fgaha, aktar tard naraw kif hija kienet għadha ħajja. Harrington ferrex il-petrol, ta n-nar lill-karozza u ħa lil Baldacchino fl-appartament tiegħu. Huma inħasslu, ħarqu ħwejjiġhom u ħbew il-pistola u l-basket tal-vittma. Harrigton saħasitra seraq Lm 40 mill-basket tagħha u użawha biex iħallsu l-kirja tal-karozzi. X'ħareġ mill-ġuri? Filwaqt li Harrington u Baldacchino kellhom il- kumpilazzjoni tax-xhieda flimkien kellhom ġuri separati. L-ewwel ġuri kien ta' Baldacchino fl-1997 quddiem l-Imħallef Victor Caruana Colombo u l-avukati li kienu qed jirrappeżentawh kienu Michael Sciriha u Ian Farrugia Irriżulta li King ġiet identifikata meta qabblu r-rekords tas-snien ma' ta' klinika fl-Irlanda, li kienet għamlu użu minnha hi stess it snin qabel. Apparti minn hekk Harrington u martu kienu għaddejjin minn żmien diffiċli fiż-żwieġ tagħhom u martu kienet tiffrekwenta lil Sylvia King. Patrick King qal fil-Qorti li ġie mwissi minn Harrington biex ma jindaħlux bejniethom filwaqt li mar għand oħt il-vittma u qalilha: "Ara nkun naf li marti qiegħda hawn għax b'rasek idur." Il-Patoloġi Mario Scerri, Marie erese Camilleri u Brigette Ellul flimkien ma' Abela Mediċi xehdu li fil-pajp tan-nifs ta' King instab biżżejjed nugrufun li jindika li kienet qed tieħu n-nifs waqt il- ħruq. Baldacchino qal li kien jieħu d-droga u għalhekk li beda jkun ma Harrington. Qal ukoll li kienu ilhom isusu wara King f 'Wied il- Għajn għal-ġimgħa iżda baqa' jinsisti li l-intenzjoni tiegħu kienet li jisraqha. F'mossa sorprendenti minn Baldacchino huwa dar fuq il- ġurati u qalilhom li filwaqt li ma kellux x'jaqsam mal-qtil, kien lest li jieħu dak li ħaqqu u ma kellux jagħmel aktar żmien il- ħabs għalxejn. Għaldaqstant il- verdett kien sitta kontra tlieta u nstab ħati ta' kompliċità u l-Qorti ikkundannatu 14-il sena l-ħabs. Is-sentenza ntemmet fl-2011. Il-ġuri ta' Harrington beda fis-26 ta' Ġunju 2000 quddiem l-Imħallef Patrick Vella. Baldacchino xehed fil-ġuri tiegħu u qal kelma b'kelma dak li kien qal lill-Pulizija. L-avukat Malcolm Mifsud qallu li l-Prosekuzzjoni ħarġet bl-istorja li l-vittma nħarqet ħajja biex timpressjona lill-ġurati. Issemma wkoll li l-istorja ta' Baldacchino kienet ivvintata iżda l-Prosekutur irribatta li ħadd ma kien se jemmen li Baldacchino ivvinta storja biex imur 14-il sena ħabs. Harrington kien ikkundannat għomru l-ħabs iżda miet waqt li kien qed jiskonta s-sentenza fl-2014. Jingħad ukoll li Baldacchino miet b'overdose ta' eroina. Sylvia King L-informazzjoni biex inkiteb dan l-artiklu ttieħdet minn diversi siti tal-aħbarjiet kif ukoll minn artikli li deheru fuq il-gazzetta ILLUM, fl-2014 miktubin minn John Pisani. Sylvia King kellha biss 34 sena meta inħatfet u ġiet maħruqa ħajja Il-qattiel ta' King miet fl-2014 waqt li kien qed jiskonta sentenza ta' għomor il-ħabs

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 January 2023