20
kummerċjali
IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 • illum
L-Awtorità tal-Ippjanar approvat disinn
imtejjeb għal boutique hotel f'Marsaxlokk
li ngħata permess fl-2018
Il-Boutique Hotel approvata
fl-2018 f 'Kalanka Beach
f 'Delimara, Marsaxlokk se
titnaqqas b'mod konsiderevoli
fl-għoli, ikollha aktar spazji
pubbliċi miuħa u tqassim
imtejjeb tad-disinn wara li
l-Bord tal-Ippjanar approva
dawn il-bidliet ta' mitigazzjoni.
Minkejja li hemm permess
preċedenti, x-xogħlijiet
għadhom ma bdewx.
Is-sit bħalissa jikkonsisti f'bini
mitluq, oriġinarjament lukanda
li tmur lura għall-1950, li hija
mibnija parzjalment fuq żewġ
sulari, b'orjentazzjoni ta' forma
ta' L, bil-ħarsa ewlenija tagħha
li tagħti lejn iż-żona informali
tal-parkeġġ. Il-lukanda tinsab
fuq art li tkopri footprint ta'
madwar 4,844m², li tinkludi
żona kbira u pavimentata, kif
ukoll xi bini barra.
Il-lukanda ta' 18-il kamra se
jkollha lounge area, bar, resto-
rant, pixxina fuq barra u faċili-
tajiet ta' spa.
Għalkemm bid-deċiżjoni
tal-lum se jkun hemm żieda
minima fit-teħid tal-footprint,
il-Bord ħass li kien hemm ġus-
tifikazzjoni biżżejjed minħabba
li l-impatt viżwali tal-proġett
ġie mtaffi b'suċċess bid-disinn
il-ġdid. Permezz tat-tneħħi-
ja tal-livell tal-basement,
il-proġett huwa aktar baxx
fl-għoli ġenerali tiegħu u jo-
qgħod aktar pulit mat-topo-
grafija tas-sit sensittiv.
Il-Bord talab li l-iżviluppatur
iżid li l-landscaping madwar
il-proġett u li jitbaxxa l-ħitan
tas- sejjieħ.
Il-proġett approvat fl-2023
Il-proġett approvat fl-2018