Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490637
illum • IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 D I N H I J A KO L L A B O R A Z Z J O N I B I Ħ L A S Joe Etienne Abela Ftit tal-jiem ilu nedejna l-istrateġija naz- zjonali għall-politika dwar l-anzjanità attiva għas-seba' snin li ġejjin. Nieħu l-opportunità mill-ewwel nirringrazzja lill-Professur Marvin Formosa tas-sehem kbir tiegħu biex flimkien fassalna l-viżjo- ni tagħna favur l-anzjani f'pajjiżna. Dan għamilnieh ukoll flimkien mal-entitajiet l-oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru li mmexxi. Li tkun fil-politika hija missjoni. Jien li ġej mill-aspett mediku, fejn ilni snin nip- prattika bħala kirurgu, ifisser li fil-ħsieb tiegħi dejjem hemm kif se nsolvi prob- lema u noffri soluzzjoni favur il-pazjent li jkolli fdat lili. Issa li qiegħed fil-politika, minn meta nħtart Ministru għall-Anzjanità Attiva żammejt u ġarrejt dan il-ħsieb fil-qasam li għandi fdat f'idejja. Nitnikket tassew meta l-kurrent ikun kontra għax l-għan tiegħi huwa li nwettaq u ntejjeb fuq il-ħafna tajjeb li diġà hemm filwaqt li flimkien mat-tim formidabbli li għandi, noħorġu b'innovitajiet ġodda li jħallu l-frott mixtieq favur it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-anzjani f'pajjiżna. Meta ngħidu titjib fil-kwalità tal-ħajja, din ngħiduha b'responsabbiltà u mhi- jiex sempliċiment 'buzz word' li forsi qed tinstema' spiss. Tinstema' spiss għaliex iva, irridu naħdmu favur għixien aħjar f'kull sfera tas-soċjetà tagħna. Dawn huma żewġ kelmiet li fihom piż li rridu nġorru. Tul dawn ix-xhur ta' ħidma, diġà wettaqna bosta inizzjattivi b'risq l-an- zjani f'Malta u Għawdex u anke ħsibna fil-familjari u l-qraba, sabiex niffaċilitawl- hom il-ħajja ta' kuljum. Inċentivi hemm bosta u qed inkomplu nżidu. Qed naħdmu wkoll mal-kunsilli lokali biex fil-lokalitajiet, l-anzjani jkunu moqdijin aħjar b'diversi inizjattivi fosth- om kollaborazzjonijiet bejn l-Anzjanità Attiva u numru ta' Kunsilli Lokali, favur persuni bil-kundizzjoni tad-dimensja. Dan sabiex jiġu żviluppati inizzjattivi li jgħinu lil dawn l-istess persuni sabiex ikunu jist- għu jgħixu aħjar u b'mod aktar inklussiv fil-komunitajiet rispettivi tagħhom. Infakkar ukoll li fit-tmiem tas-sena li għaddiet, ġiet imwaqqfa klinika ġdida fl-Isptar San Vinċenz De Paul, li se tof- fri servizz ta' sorveljanza għall-kanċer tal-pulmun. Dan is-servizz ta' sorveljan- za, permezz tat-twaqqif ta' din il-klin- ika, se jkun immirat fuq pazjenti mfe- jqa minn operazzjoni tal-pulmun, biex b'hekk tibqa' ssir sorveljanza kompren- siva biex f'każ li jkun hemm mard, dan jinqabad aktar kmieni u jiġi offrut tratta- ment b'suċċess akbar. Bla dubju hemm ħafna xi nsemmi, x'sar u l-ħafna li baqa' xi jsir. Naf fiċ-ċert li intom il-pubbliku tapprezzaw dan u beħsiebni nkompli naħdem ħalli f'isem il-Gvern, inwettqu iżjed favur l-anzjani li huma żgur għal qalbna lkoll. Komplu agħmlu kuntatt miegħi u mal-Ministeru għall-Anzjanità Attiva biex inkompli nisma' suġġerimenti u anke kritika kostruttiva ħalli ntejbu iżjed is-servizz li l-anzjani ħaqqhom. Jo Etienne Abela mill-Ministru għall-Anz- janità Attiva Nibqgħu naħdmu b'pożittività