Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490637
aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 'Kruċjali li d-dibattitu jikkonsisti f'informazzjoni oġġettiva u xjentifikament preċiża' - Voice for Choice Il-Koalizzjoni Voice for Choice qed tenfasizza l-ħtieġa għal fatti xjentifikament preċiżi u oġġettivi, hekk kif qalu li ħarġu rapporti li jissuġġerixxu li kien hemm "dikjarazzjonijiet kompletament mhux preċiżi waqt id-dibattitu nazzjonali li għaddej dwar l-abort." Huma nnutaw kif dikjarazzjoni riċenti fil-Qorti sostniet li hemm "rata ta' sopravivenza ta' 79.2%" tal-fetu meta l-ilma tal- mara jinfaqa' qabel l-20 ġimgħa. Madankollu saħqu li verifika li saret minn ġurnal lokali juri illi din hija stqarrija falza. "Studju wieħed biss issuġġerixxa sopravivenza ta' 79.2% u dan ma kienx applikabbli għal tqala ta' 15-il ġimgħa - li huwa ż-żmien meta Andrea Prudente bdiet tkorri." Il-koalizzjoni sostniet li huwa wkoll pertinenti li wieħed jinnota li l-grupp Doctors for Life, tenna fi istqarrija li l-studji jissuġġerixxu li każijiet bħal ta' Andrea Prudente kellhom "kważi 80% ċans ta' sopravivenza f 'ċirkostanzi bħal dawn." "Intennu li huwa kruċjali li dan id-dibattitu jikkonsisti f 'informazzjoni oġġettiva, xjentifikament preċiża u kkontrollata bil-fatti. Il- pubbliku jixraqlu fatti ċari, mhux informazzjoni qarrieqa. In-naħat kollha tad-dibattitu għandhom id-dmir li jippreżentaw fatti ċari u imparzjali, u huwa inkwetanti jekk xi wħud iħossu l-ħtieġa li jqarrqu lil ħaddieħor," kompliet tgħid l-istqarrija. Huma reġgħu sostnew li l-emenda li qed iressaq il- Gvern hija essenzjali biex jiġu ssalvagwardjati n-nisa, bniet u persuni li jistgħu joħorġu tqal,"minkejja li tippermetti aborti biss fil-każ rari meta jkun hemm kumplikazzjonijiet tat-tqala li jpoġġu s-saħħa tal- persuna f 'periklu gravi u jekk il- fetu ma jkunx fi stadju fejn jista' jgħix barra l-ġuf." Il-Koalizzjoni temmew jappellaw lill-PM Robert Abela biex iżomm ħaj l-ispirtu tal- emenda li tipproteġi lin-nisa, bniet u nies tqal f 'periklu gravi, "mingħajr ebda dewmien, u li jkun trasparenti bl-emendi proposti u jipprovdihom kemm jista' jkun malajr." L-għaqdiet ta' Voice for Choice jinkludu Young Progressive Beings, Women's Rights Foundation, Moviment Graffitti, Doctors for Choice, Lawyers for Choice, Integra, Aditus, Men Against Violence, Parents for Choice u Malta Humanists Association. Malta se tibgħat 20 generator industrijali u tagħmir mediku lejn l-Ukrajna Il-Gvern Malti se jkun qed jibgħat 20 generator industrijali flimkien ma' tagħmir mediku lill-Ukrajna, bħala għajnuna umanitarja fl- isfond tal-gwerra li qed jgħix il-poplu Ukren. Dan permezz tal-mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili, li permezz tiegħu pajjiżna qed joffri għajnuna umanitarja b'urġenza. Fi żjara mill-Prim Ministru Robert Abela u mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurta, ir- Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri li għamlu fil-kwartieri tal-Protezzjoni Ċivili f 'Ħal Far, setgħu jsegwu l-aħħar preparamenti sabiex fil-jiem li ġejjin din l-għajnuna, b'valur ta' aktar minn €370,000, tibda triqitha lejn l-Ukrajna. Abela qal li Malta se tibqa' tibgħat sinjal ċar ta' appoġġ u turi solidarjetà mal-poplu Ukren f 'dan iż-żmien diffiċli. Bħala membru fil-Kunsill tas- Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, Malta se tkompli titkellem favur il-paċi u t-tmiem tal-gwerra fl- Ukrajna. Min-naħa tiegħu, Camilleri qal li b'din l-għajnuna d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jerġa' jikkonferma l-irwol importanti tiegħu, li mhux biss jassisti u jsalva persuni f 'pajjiżna, iżda wkoll jikkordina għajnuna tal-Gvern Malti lil poplu ieħor fi bżonn l-assistenza. Il-generators ġew iffinanzjati mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ flimkien mal-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz, Għawdex. Dan filwaqt li t-tagħmir mediku ġie ffinanzjat mill-Ministeru għas- Saħħa.