Illum previous editions

ILLUM 22 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490637

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 23

23 films IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 • illum Carmel Bonnici Ix-xogħol mużikali 'Paint Your Wagon' Ix-show mużikali ta' Broadway, il- kummiedja Western Paint Your Wagon bil-liriċi ta' Alan J. Lerner u l-mużika ta' Frederick Lowe, bdlet tidher fuq il- palk ta' New York fl-1951 u fil-West End ta' Londra sentejn wara. L-istorja li tikkonċerna wieħed minjier u t-tifla tiegħu tiffoka fuq il-ħajja u l-imħabba tan-nies f 'kamp tal-minjieri għad-deheb f 'Kalifornja. L-aktar kanzunetti popolari, minn fost il- ħafna f 'dan il-film, jinkludu 'Wandrin' Star', 'I Talk To e Trees' u 'ey Call e Wind Maria.' Fl-1969 ħarġet il-verżjoni ċinematografika wkoll bl-istess isem ta' 'Paint Your Wagon' li kellha storja it mibdula minn dik ta' fuq il- palk u kanzunetti ġodda ta' Lerner u Andre' Previn. Dan il-musical fetaħ fuq Broadway fit- Teatru Shubert fit-12 ta' Novembru 1951 u għalaq fid-19 ta' Lulju 1952 wara 289 wirjiet. Din il-produzzjoni kienet diretta minn Daniel Mann (li kien ukoll direttur tal-films), kellha disinn tas-sett minn Oliver Smith, id-disinn tal-kostum minn John Truscott, id-dwal ta' Peggy Clark u l-mużika għaż-żfin kienet irraġata minn Trude Rittman, biż-żfin u l-mużika ta' Agnes DeMille u bl-orkestrazzjoni ta' Ted Royal. L-atturi li ħadu sehem kienu James Barton, Olga San Juan (ukoll attriċi taċ- ċinema), Tony Bavaar, Gemze De Lappe, James Mitchell, Kay Medford u Marijana Manile. L-attur popolari taċ-ċinema Burl Ives, wara ħa wkoll il-parti prinċipali. Fuq il-palk tal-West End tal-kapitali Ingliża, fit-teatru Her Majesty, dan il- mużikali ttella' 477 darba. Fil-partijiet prinċipali nsibu lill-missier u bintu Bobby u Sally Ann Howes (li rajnieha f 'Chitty, Chitty, Bang, Bang u diversi oħrajn). Produzzjoni ġdida b'librett irranġat ta' David Rambo kellha l-premiere tagħha fit- teatru Brentwood, prodotta minn Geffen Playhouse b'assoċjazzjoni ma' Christopher Allen, P. Constantine Conte u Larry Spellman, f 'Los Angeles California mit-23 ta' Novembru 2004 sad-9 ta' Jannar 2005. Din l-adazzjoni ġdida kienet diretta minn Gilbert Cates (tal-Academy Awards u anki direttur tal-films) bil-korjografija ta' Kay Cole. Bidla sostanzjali mill-oriġinali kienet li l-kanzunetta 'ey Call e Wind Maria' ntweriet kantata minn grupp ta' nies mhux bħala solo. Wara,produzzjoni oħra kienet dik ta' Pioneer eatre Company f 'Salt Lake City, Utah. Damet tintwera' mit-28 ta' Settembru 2007 sat-13 ta' Ottubru 2007. Id-direttur kien Charles Morey u l-koreografija ta' Patti D'Beck b'tim ta' 30 attur. Fil-kumpless tagħha, ix-show 'Paint Your Wagon' ma kellhiex xi suċċess kbir. L-użu tal-ballet li tant intogħġob fil-muntanji (highlands) tal-Iskozja fi Brigadoon, kien ħafna inqas effettiv fil-Prairies (il-wesgħat kbar tad-deżert tal-punent tal-Istati Uniti) billi s-suġġett kien wieħed aktarx aħrax u ta' bruda. Pero', Lowe wera abilita' speċjali biex jikteb kanzunetti li tassew jixirqu l-lokalitajiet u ż-żmien tal-istorja u l-karattri. Hekk kien intqal mill-kritiċi. Il-kritiku ta' Desert Morning News, gazzetta ta' Salt Lake City, faħħar il- produzzjoni tal-2007 tal-Pioneer eatre Company u l-kanzunetti rinovati li nħassu aħjar minn dawk tal-1951. Sostna wkoll li 'Paint Your Wagon' ħa ħajja ġdida kemm mill-lat tat-tekniċi u kemm tal-karattri. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 January 2023