Illum previous editions

ILLUM 22 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490637

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

illum • IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 D I N H I J A KO L L A B O R A Z Z J O N I B I Ħ L A S Denise Fiorentino Hija l-aspirazzjoni ta' kull ġenitur li jagħti lil uliedu prospetti ta' ħajja aħjar; soċjetà aħjar biex ngħixu fiha. L-inves- timent f'soċjetà aħjar huwa sforz kollet- tiv li jeħtieġ li dwaru niftiehmu ċar biex inkunu nistgħu ntejbu s-soċjetà tagħna u nilħqu l-ambizzjonijiet taċ-ċittadini tagħna: kemm issa, kif ukoll fil-futur. Dan il-proċess ta' ħsieb wassal lis-Servizz Pubbliku u l-Ministeru għall-Politika Soċ- jali għall-iżvilupp ta' Viżjoni Soċjali ħolis- tika għal Malta għall-2035, li hija maħsu- ba biex isservi bħala mappa li twassalna lejn soċjetà aħjar u aktar ġusta. L-indirizzar tar-realtajiet differenti koll- ha tas-soċjetà mhuwiex xi ħaġa żgħira. Dan jirrikjedi li nifhmu bis-sħiħ l-isfidi attwali filwaqt li nantiċipaw sfidi futuri li s-soċjetà se tiffaċċja. L-iżvilupp tal-Viżjo- ni Soċjali ta' Malta beda fl-2020 permezz ta' approċċ minn isfel għal fuq, li was- salna għall-identifikazzjoni ta' ħdax-il qasam tematiku maħsuba biex ikopru l-ħtiġijiet u r-realtajiet tas-soċjetà b'mod ħolistiku. Din l-inizjattiva ma kinitx tkun possibbli mingħajr il-kontribut ta' di- versi partijiet interessati inklużi NGOs, akkademiċi u diversi organizzazzjonijiet tal-Gvern li kkontribwew b'mod attiv għall-iżvilupp tal-Viżjoni Soċjali ta' Mal- ta. L-isfidi li qed tiffaċċja s-soċjetà jvar- jaw skont l-istadji differenti tal-ħajja. Għalhekk, mhijiex sorpriża li t-tfulija, iż-żgħożija u l-anzjanità ġew identifikati bħala tlieta mill-ħdax-il qasam tematiku. Madankollu, il-viżjoni tagħna ma tiqafx sa hawn. Iċ-ċittadini jiffaċċjaw avveni- menti jew ċirkostanzi tal-ħajja differenti li jeħtieġu attenzjoni, azzjoni u appoġġ xieraq. Dawn l-avvenimenti u ċ-ċirkostanzi tal- ħajja jinkludu l-faqar u l-esklużjoni soċ- jali; il-familji; id-dipendenza fuq is-sus- tanzi, il-logħob tal-azzard u mġiba oħra; l-integrazzjoni mill-ġdid ta' eks trasgres- suri; persuni b'diżabilità; persuni li jiden- tifikaw bħala LGBTIQ; il-vjolenza, l-abbuż u l-isfruttament; u l-migrazzjoni. L-iżgurar ta' kwalità ta' ħajja aħjar għaċ-ċittadini Maltin jeħtieġ direzzjoni ċara f'termini ta' x'inhuma l-aspirazz- jonijiet taċ-ċittadini Maltin f'dawn l-oqs- ma tematiċi. Direzzjoni bħal din ġiet artikolata fi ħdan id-diversi għanijiet ta' politika futuri li ġew żviluppati għal kull qasam tematiku. Dawn se jipprovdu d-direzzjoni meħtieġa għall-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni futuri fix-xhur u s-snin li ġejjin. Sabiex jiġi żgurat li l-Viżjoni Soċjali ta' Malta verament tirrifletti l-aspirazz- jonijiet tas-soċjetà, f'Ġunju 2022 tnieda eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika. Dan l-eżerċizzju ta kontribut siewi u ppermettielna nfasslu l-politika li nik- konsolidaw u niffinalizzaw id-dokument li sussegwentement tnieda f'Diċembru tas-sena li għaddiet. Il-Viżjoni Soċjali ta' Malta għall-2035 hija l-ewwel pjan direzzjonali miftiehem dwar x'inhuma l-aspirazzjonijiet tas-soċ- jetà tagħna għall-futur. Dan huwa l-ewwel pass ta' maratona twila ħafna li jeħtieġ li tiġi implimentata, immoni- torjata u evalwata. F'dan ir-rigward, hija meħtieġa l-kollaborazzjoni tal-partijiet interessati kollha inklużi s-soċjetà ċivili u l-pubbliku. Malta issa għandha mappa għas-Soċjetà Maltija għall-2035; il-pass li jmiss hu li nimplimentaw il-Viżjoni Soċ- jali ta' Malta u nagħmluha realtà biex intejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u noħolqu futur aħjar għal uliedna. Il-Viżjoni Soċjali ta' Malta għall-2035 tista' tiġi aċċessata minn familja.gov.mt. Denise Fiorentino sservi bħala Direttur Ġenerali għar-Riċerka u Politika (Minis- teru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat- Tfal) fi ħdan is-Servizz Pubbliku ta' Malta. Nibnu s-soċjetà tal-ġejjieni VIŻJONI SOĊJALI GĦAL MALTA 2035

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 January 2023