Illum previous editions

ILLUM 22 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490637

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 23

ħames nisa li kienu qed f'pajjiżna, waħda korriet 07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 Fenech Conti analizzat ir-reliġjon, l-edukazzjoni u d-dħul bħala tliet fatturi soċjo-ekomiċi li jaffettwaw l-użu tal- kontraċettivi. Hija tinnota b'pożittività li l-maġġoranza tal-parteċipanti kienu jafu b'diversi tipi ta' kontraċettivi. Fid-dawl tal-fatt li l-Knisja hija kontra l-użu tal-kontraċettivi artifiċjali minħabba li "is-sess huwa għar-riproduzzjoni biss", Fenech Conti staqsiet dwar ir-reliġjożità ta' persuna fid-dawl tal-użu tal-kontraċettivi. Jirriżulta li 49% tal-parteċipanti tas-sondaġġ ma jqisux lilhom infushom bħala nies reliġjużi. Min-naħa l-oħra, filwaqt li 46% saħqu li huma reliġjużi, 61% ammettew li qatt ma jattendu servizzi reliġjużi, fosthom il- quddies. Il-maġġoranza tagħhom, minkejja li mhux neċessarjament prattikanti, huma kattoliċi. Tirrimarka li minkejja t-tagħlim tal- Knisja, 76% ta' dawk fl-età riproduttiva, jiġifieri bejn it-18 u d-49 sena, huma attivi sesswalment u qed jużaw xi tip ta' kontraċettiv. Minkejja dan tinnota li nies li huma reliġjużi huma assoċjati aktar ma' metodi inqas effettivi ta' kontraċettivi, inkluż l-Ippjanar Naturali tal-Familja u l-kondoms. Min-naħa l-oħra, nisa li mhumiex daqstant reliġjużi "jużaw metodi aktar affidabli bħal pilloli ormonali." F'dak li għandu x'jaqsam ma' kontraċettivi affidabbli hija spjegat li l-Family Planning, l-withdrawal method u l-kondoms għandhom rati għolja ta' falliment. Il-livell ta' edukazzjoni akkademika ma taffettwax f'għażla ta' kontraċettivi aktar affidabbli Fenech Conti tinnota li filwaqt li studji oħra jindikaw li nisa b'edukazzjoni terzjarja jagħmlu għażla ta' kontraċettivi li huma aktar affidabbli u li jdumu fit-tul, dan is-sondaġġ wera li dan mhux minnu. Anzi, Fenech Conti tirrimarka li bejn il-parteċipanti, ma kien hemm ebda diskrepanza bejn nisa ta' livelli ta' edukazzjoni differenti fl-għażla ta' kontraċettivi personali tagħhom, anke dawk li jmorru għal kontraċettivi inqas affidabbli. Min-naħa l-oħra, minkejja li s-sondaġġ kien jitratta d-dħul bħala fattur soċjo- ekonomiku li jista' jimpatta l-għażla tal- kontraċettivi, saħqet li r-riżultati kienu inkonklussivi. Sabet ukoll li 90% ta' dawk li kellhom bżonn riċetti għall-kontraċettivi tagħhom ġabuhom minn tabib tal-familja jew ġinekologu privat u mhux mis-servizz ta' saħħa pubblika b'xejn. Dan is-sondaġġ staqsa lin-nisa dwar il-kontraċettivi li qed jagħmlu użu minnhom bħalissa biex jipprevjenu t-tqala. Sorpendentament (jew le!) l-ikbar perċentwal kien ta' persuni li ma jagħmlux użu minn kontraċettivi.Fil-fatt 24% tal-parteċipanti wieġbu li ma jużawx kontraċettivi filwaqt li 23% qalu li jagħmlu użu mill-kondoms. Minkejja li l-perċentwal ta' nies li mhux qed jagħmlu użu mill- kontraċettivi jaf jidher kbir, 22.4% jgħidu li r-raġuni għal dan huwa għax jixtiequ li jkollhom it-tfal jew qed jistennew tarbija. Minkejja dan, kważi 20% ma jagħtux raġuni speċifika għaliex ma jużawx kontraċettivi. Intant it-tieni l-aktar popolari, b'19%, hija l-pillola kontraċettiva segwita mill-withdrawal method, bi 15%. Filwaqt li 9% jagħmlu użu tal-Intrauterine Systems (IUS) 1% biss għażlu kontraċettivi effettivi fit-tul, jiġifieri li jingħalqu l-fallopian tubes, il-vasectomy (metodu li jinqatgħu t-tubi li minnhom tgħaddi l-isperma) u l-impjant fl-id. Fenech Conti spjegat li l-IUS huwa l-aktar popolari ma' dawk li għandhom aktar min 38 sena għax b'mod ġenerali, dawk diġà jkollhom it-tfal u tintuża wkoll biex tirregola l-ormoni, qabel il-menopawża. Liema huma l-aktar kontraċettivi popolari? Nies reliġjużi jużaw inqas kontraċettivi ormonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 January 2023