Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491151
IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 • illum aħbarijiet 'Mhux qed nieħdu l-kwistjoni ta' trawma fit-tfal bis-serjetà biżżejjed' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "It-trawma hija kwistjoni kumplessa ħafna li f 'dan il- pajjiż, fl-opinjoni tiegħi, mhux neħduha bis-serjetà biżżejjed, speċjalment fejn taffettwa lit- tfal." Hekk sostna d-Dekan tal- Fakultà għall-Benesseri Soċjali Andrew Azzopardi f 'dokument illi ppubblika u li fih qed jelenka numru ta' proposti sabiex tkun diskussa u jinstabu soluzzjonijiet għal din ir-realtà. Riċerka internazzjonali turi illi Adverse Childhood Experiences (ACE) jistgħu jwasslu għal problemi fil-ħajja u effetti fit-tul, hekk kif dawn it-trawmi fit-tfulija jistgħu saħansitra jwasslu għal reazzjonijiet bijoloġiċi, inkluż fuq is-sistema metabolika u anke kardjovaskulari. Trawma għandha diversi definizzjonijiet, imma fil- psikoloġija tfisser esperjenza serja ta' avversità jew ta' biża' u r-rispons emozzjonali u psikoloġiku għaliha. Fil-fatt Azzopardi wkoll fid- dokument tiegħu jfakkar kif huma diversi l-istudji internazzjonali u l-esperti fil-qasam tat-tfal li jitkellmu dwar il-fatt li t-trawma li jkunu għaddew minnha, potenzjalment, hija l-għerq li f 'livell jew ieħor tikkundizzjona l-kumplament tal-ħajja tagħhom. L-Università ta' Harvard f 'dokument li jitratta din ir- realtà jelenka x'inhuma l-aktar affarijiet li wieħed jista' jagħmel biex inaqqas mill-effetti ta' din it- trawma fl-ewwel snin tal-ħajja. F'każi l-aktar gravi l-Università tfakkar illi hemm interventi terapewtiċi minn professjonisti, filwaqt li mbagħad hemm ukoll kura li tkun inqas intensiva imma li titratta l-mod kif ħaddiema fil- qasam mediku, soċjali u anke tal-edukazzjoni jitrattaw persuni li jkollhom problemi ta' stress tossiku. Jgħid ukoll iżda li t-triq ideali hija dik li tipprevjeni l-bżonn ta' servizzi, billi jitnaqqas b'mod naturali l-livell ta' stress permezz tal-ikel li nieklu, fejn ngħixu u billi jitnaqqas l-użu ta' sustanzi, relazzjonijiet li jkunu vjolenti, faqar u kriminalità. "Aktar appoġġ għal relazzjonijiet tajbin bejn it- tfal u l-ġenituri jżommu lit-tfal 'il bogħod mill-istress u jgħinhom jibnu ħiliet tal-ħajja, bħall- ippjanar, fokus u kontroll," jgħid dan id-dokument tal-Università ta' Harvard. Għalhekk hemm tliet prinċipji kruċjali biex jitnaqqsu l-effetti tat-trawma fit-tfulija: Tnaqqis ta' stress, bini ta' relazzjonijiet aktar b'saħħithom bejn tfal u ġenituri u finalment u sussegwentement il- bini u tisħiħ tal-ħiliet tal-ħajja. Id-Dekan tal-Fakultà fl- Università ta' Malta jgħid li qed iressaq dan id-dokument biex issir diskussjoni u riflessjoni, tant li qed jelenka numru kbir ta' trawmi li t-tfal jistgħu jgħaddu minnhom. "Kultant naħsbu li t-tfal jgħaddu minn xi ħaġa tul tfulithom u mbagħad jissuperawha u jkomplu għaddejjin qisu qatt ma kien xejn. Għandna żball jekk naħsbu dan. Il-verità hija differenti," sostna Andrew Azzopardi. Ifakkar ukoll li trawma mhux trattata tiġġenera aktar trawma. U x'qed jissuġerixxi Andrew Azzopardi? F'dan id-dokument Azzopardi qed jipproponi li din il-kwistjoni titqiegħed fuq l-aġenda nazzjonali u jinħoloq grupp ta' ħidma magħmul mill-Kummissarju tat-Tfal, il-Foundation for the Wellbeing of Society u NGOs oħra li jaħdmu mat-tfal, il- Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Qed jisħaq illi din il-kwistjoni tkun fuq il-programm ta' taħriġ għall-professjonisti, speċjalment trauma informed care li semmejna diġà fl-elenku msemmi minn Harvard. Azzopardi qed jgħid li għalhekk għandhom jiġu mrawwma nies speċjalizzati proprju f 'din it-tip ta' kura. Azzopardi qed jipproponi wkoll li din issir tema ċentrali fl- iskejjel u l-kulleġġi u li jirritornaw t-teams multi dixxiplinarji, ħalli jkunu jistgħu jidentifikaw it-tfal bi trawma u jgħinu. Finalment id-Dekan qed jipproponi wkoll li ssir kampanja li tispjega kif persuna titratta persuni li jkunu sofrew trawma fit-tfulija, filwaqt li tkun indirizzata din l-isfida permezz ta' programmi ta' edukazzjoni informali u non-formali. Trawma fit-tfulija tibqa' tiġri warajk u taffetwalek ħajtek, is-saħħa mentali tiegħek u diversi studji juru li taffetwa wkoll is-saħħa fiżika tiegħek, aktar tard fil-ħajja. Id- Dekan Andrew Azzopardi jipproponi riflessjoni, diskussjoni u azzjoni... Andrew Azzopardi Uħud mit-trawmi li t-tfal jgħaddu minnhom... • Trawma fit-tfal li jingħataw il-ġenb għax xi ħadd minn ħuthom hu vulnerabbli, pereżempju għax għandhom problemi ta' saħħa mentali, ta' diżabilità jew ta' mard kroniku • Trawma fit-tfal li biddlu l-pajjiż jew dawk li huma stateless, kif ukoll tfal li spiċċaw f 'nofs ta' baħar jippruvaw jaħarbu minn pajjiżhom speċjalment l-unaccompanied minors • Trawma fit-tfal li għandhom eating disorders fosthom obeżità u anoressija • Trawma fit-tfal li jqattgħu ħafna ħin bilqiegħda fil-klassi mingħajr biżżejjed attivitajiet mentali u fiżiċi • Trawma fit-tfal relatata mal- adozzjoni... Inkluż it-tfal li jiġu abbandunati mill-ġenituri addottivi • Trawma fit-tfal li l-ġenituri ta' spiss ħallewhom sigħat twal weħidhom biex imorru jiddevertu