Illum previous editions

ILLUM 29 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1491152

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 23

11 analiżi illum • IL-ĦADD 29 TA' JANNAR 2023 każ tat-tifel ta' Ġiġa, Twannie Aquilina (3) libsa. Il-ħin kien preċiżament is- 6:30p.m. għax Caruana semgħet is- sigla ta' programm fuq l-istazzjon Taljan, Rai. Il-Qorti talbet għall- uffiċjal tar-Rai, Carlo Bressan u huwa ikkonferma li dakinhar il- programm kien ixxandar kif skedat, fis-6:30p.m. eżatt. Meta qaltilha għat-tieni darba biex imorru jfasslu l-libsa, Ġiġa irrispondiet, "issa immorru, għadu l-ħin." Inħatar ukoll espert minn Scotland Yard u xehed li la l-libsa ċ-ċilesta, li jingħad li Ġiġa kienet liebsa qabel id-delitt u lanqas il- libsa skura (li seba' xhud qalu li kienet liebsa wara l-qtil) ma kienet maħmuġa b'xi demm. Kienet biss "xjentifikament maħmuġa", jiġifieri li ntlibbset wara li nħaslet jew li missewha ħafna idejn. L-espert kompla jixhed li filwaqt li nstabet tebgħa waħda, kienet tal-ikel u mhux tad-demm. Iżda x'ġara wara li telqu mingħand tar-Roti? Fejn marret Ġiġa? L-omm qabdet liż-żewġt ibniet tagħha u tifla oħra u marru jixtru għand tal-ħanut. Xtraw il-ħobż, il-perżut u l-ġobon. Sid il-ħanut ikkonferma dan, però xehed ukoll li għall-ħabta tas-6p.m. kien ra lil Leli sejjer lejn Triq San Duminku. Qal ukoll li xi nofsiegħa wara ra lil Leli tiela' lura 'l fuq. Leli xehed li kien mar jixtri pitazz u l-inka u tista' tgħid li dahar il-ħwienet tal-Belt kollha biex jixtrihom. Fil-fatt, Caruana Curran irrimarka li għal xi ħadd li kellu eżami l-għada qatta ħafna ħin jitlajja u jdur, anke biex ifittex pitazz u naqra inka. Sadanittant, wara li Ġiġa marret għand tal- merċa, baqgħet sejra ħdejn il-Fossa u damet hemm għal madwar 20 minuta. Hija xtrat waħda chips u qasmithom mat-tfal. Xtrat ukoll bajtar tax-xewk minn mara li kienet fil-qrib. Kien hawn li Ġiġa bdiet titħasseb u qalet lil bintha Carmen biex tmur id-dar u tgħajjat lil Twannie biex jieħu l-bajtar. Iżda Twannie ma weġibhiex lil Carmen. Meta irritornat lura qaltilha li ma riedx iwieġeb u li d-dawl kien mixgħul. Inkwetata l-omm marret lura l-kerrejja u kien hemm li ndunat b'dak li ġara. Minn hemm marret tiġri għal Leli u għajjtet "qatlu lit-tifel." Diversi xhieda ma qablux jekk Leli kellux l-oġġetti li xtara f 'idejh jew le. Erba' persuni, verżjoni waħda: Twannie waqa' t-taraġ u ħanxritu ommu Minkejja li Mary Caruana rat lil Ġiġa barra fil-ħin li miet Twannie u li awtomatikament din kienet teħlisha minn kull akkużi kontriha, erba' persuni oħra kellhom verżjoni oħra tal-fatti. L-ewwel xhieda kienet tal-ġar żagħżugħ, Fitzpatrick Huwa qal li kien ra lil Twannie jaqa' u lil ommu tiġbru minn mal- art bid-demm ma' rasu. Fil-fatt qal ukoll li t-tiċpis li kien hemm mal-ħajt sar meta ommu refgħatu u tellgħatu fuq. L-istess qalet omm Fitzpatrick, li rat l-istess demm mal- kuritur. Dakinhar tad-delitt, Fitzpatrick kien ra xena oħra makabra. Irrakkonta li fl-istess jum li nqatel Twannie, "Leli kien tah xebgħa ċintorin, rabtu mas-sodda u tah daqqiet ta' lembuba fuq patattu." Apparti minn hekk Fitzpatrick qal li Leli rabat lil Twannie mal- gallarija b'ħabel minn idejh, saqajh u għonqu u ħarqu ripetutatment b'sigarett. Omm ix-xhud kienet insistiet biex ma jħallihx marbut mal-gallarija. Leli kien qal li sawwtu għax kien qiegħed igiddeb lis- Sinjura Micallef, dwar xi flus neqsin u qal ukoll illi rari kien isawwtu. Ġiġa kienet ċaħdet li binha kien maħruq bis-sigaretti iżda ma ċaħditx li t-tifel kien marbut, għalkemm mhux minn għonqu. It-tieni u t-tielet xhieda li raw dan kollu kienu: Dolor Cauchi - oħt Leli - u bintha. Ix-xhieda ta' Dolor kienet waħda mill-aktar kontroversjali. Bejn xhieda u oħra kienet biddlet xi fatti, fil-fatt hija kienet waħda miż-żewġ xhud li spiċċaw arrestati għax kienu gidbu fl-iżbarra. It-tifla ta' Dolor, li wkoll kien jisimha Carmen, kienet semgħet lil Twannie jgħajjat "ajma! ajma! ajma pa!" Qalet ukoll li kienet rat lil Twannie jitgerbeb l-aħħar erba' tarġiet tal-indana. Aktar tard Carmen qalet li meta kienu ħerġin hi u ommha, Twannie kien għadu mal-art, b'rasu ma digħrajh u irrakkontat li ommha kellha tqabbiżhom minn fuq Twannie biex jgħaddu mit- taraġ u qaltilhom "tindaħlux għax neħlu aħna." Xhud ieħor, Carmelo Camilleri, qal li hu kien ra lil Dolor Cauchi għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart, kienet fuq ġebla fi Triq Sant'Anna u x-xhud staqsiha xi ġralha. Din qaltlu li Ġiġa kien waqgħalha t-tifel, li kienet qed tibża' u li ma riditx toqgħod hemm, fil-fatt aktar tard marret toqgħod il-Ħamrun. Ir-raba' persuna li xehdet kienet Carmen, oħt Twannie li r-rakkont tagħha kien dak li kkonvinċa lil ġurati. Hija kienet qalet li Twannie kien qiegħed jilgħab bl-għodda ta' missierhom u Ġiġa ma ħaditx gost, bdiet tiġri warajh u tagħtu xi daqqiet u rnexxielu jaħarbilha. B'konsegwenza ta' dan kien waqa' t-taraġ, bħalma qalu x-xhud l-oħra. Tellgħatu fil-kamra u tefgħetu fuq is-sodda li malajr imtliet kollha demm. Irrakkontat li ommha bagħtitha tgħajjat għal Leli u meta irritorna qabduh u tefgħuh mal- art lil Twannie. Qalet ukoll li rat lil ommha taqbad is-sikkina mill- kexxun u tinżel kokka, sakemm bagħtitha l-barra. Aktar tard, fit- tieni xhieda hija ikkontradixxiet lilha nnifisha u qalet li kien hemm min daħlilha l-kliem f 'ħalqha. Joħroġ il-verdett... Ġiġa għall- forka Waqt il-ġuri intbagħtet ittra anonima, magħmula minn ittri maqtugħa mill-gazzetta li tgħid: "X'aħna nistennew? Mewt għall- assassini!" Kien nhar il-Ħamis 9 ta' Marzu 1961, meta l-President tal-Qorti u l-Imħallef Sir Anthony Mamo – li snin wara sar l-ewwel President tar-Repubblika - qal li meta nstemgħet l-aħbar tal-mewt ta' Twannie Aquilina, "tkexkixa ta' orrur ġriet ma' Malta kollha. Aħna, poplu li jħobb it-tfal, ħassejna rabja meta sirna nafu kif ġie imbiċċer u mqatta' dan it-tifel." Wara l-indirizz estensiv tiegħu, il-ġurati ħarġu bil-verdett. Leli nstab ħati b'sitt voti kontra tlieta u ngħata sentenza ta' 20 sena priġunerija, b'xogħol iebes. Filwaqt li Ġiġa nstabet ħatja b'mod unanimu, ġiet ikkundannata għall- mewt. Minkejja dan, ħelsitha ħafif b'petizzjoni ffirmata minn 80 persuna u ngħatat sentenza ta'għomorha ħabs. Grazzi għal diversi maħfriet li ngħatawlha Ġiġa ħarġet mill-ħabs fl-1970 u għexet il-bqija ta' ħajjitha f 'Bormla. Sal- aħħar ta' ħajjitha hija baqgħet tinsisti li ma qatlitx lil binha u fuq programm radjufoniku ma' Peppi Azzopardi kienet qalet hekk: "Kif omm tista' toqtol lil binha?" L-informazzjoni biex inkiteb dan l-artiklu ttieħdet minn diversi siti tal-aħbarjiet, mill-ktieb tal-kriminologu Edward Attard u programmi ta' Xarabank, ta' Peppi Azzopardi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 January 2023